top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
The rot runs deep

The rot runs deep

Malta needs renewed commitment to institutional independence, transparency and accountability, writes Albert Buttigieg. Democracy is not protected by silence but, rather, by people who care enough to stand up when principles are at stake.

10/08/26

Il-festi Maltin: Bejn il-fidi u l-folklor

Il-festi Maltin: Bejn il-fidi u l-folklor

Ix-xhur tas-sajf huma marbuta mal-istaġun tal-festi. Kważi f’kull belt u raħal f’Malta u f’Għawdex jiġu ċċelebrati festi f’ġieħ il-qaddis jew il-qaddisa patruna tal-lokalità.

06/08/26

The price of prosperity

The price of prosperity

Economic growth without limits risks destroying the very quality of life it promises to improve, argues Albert Buttigieg. The island is at risk of becoming a neurotic nation.

22/07/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Mit-taġen għal ġon-nar

  • Oct 11, 2015
  • 3 min read

Ilkoll nafu li t-traffiku kien dejjem problema. Imma żgur li mhux daqs kif inhu issa! Anke fis-sajf kellna t-traffiku!



Din hija espressjoni li tingħad meta xi ħaġa flok tmur għall-aħjar, taqleb għall-agħar! Bħalissa hija espressjoni fuq fommna minħabba s-sitwazzjoni kaotika tat-traffiku u għall-kwalità fqira tat-trasport pubbliku. Qatt ma niftakar li ma kienx hawn traffiku fit-toroq. Qatt ma niftakar li wara xi ħalba xita, it-toroq ma jsirux donnhom għadira waħda. Lanqas qatt ma niftakar li sservizz pubbliku kien jimxi fuq ir-rubini. Ilkoll nafu li ttraffiku kien dejjem problema. Imma żgur li mhux daqs kif inhu issa! Anke fis-sajf kellna t-traffiku!

Dan qiegħed iħalli impatt fuq l-ekonomija għaliex xi ħaddiema qed jaslu tard. Dan qiegħed iħalli effett fuq l-ambjent minħabba l-użu żejjed tal-fuel. Fuq kollox, qiegħed iħalli effetti soċjali għaliex il-ħaddiem qiegħed jasal nervuż fuq il-post tax-xogħol u t-tfal mimlija tensjoni għax jaslu tard liskola.

Matul is-snin saru diversi tentattivi biex it-traffiku jonqos u jitjieb is-servizz pubbliku. Iżda ma kinux biżżejjed. Dawn huma xi punti li jistgħu jservu għal soluzzjoni ħolistika:

1. Huwa fatt li hawn ħafna karozzi għall-ispazju limitat u għall-popolazzjoni żgħira tagħna. Għal diversi, kull qadja jridu jagħmluha bil-karozza! Dan qiegħed iwassal ukoll għal problemi ta’ obeżità. Sirna niddependu wisq millkarozza! Diversi familji ta’ erba’ membri, għandhom erba’ karozzi! Ilkoll nafu li ż-żgħażagħ, hekk kif jagħlqu 18-il sena, tarahom jixtru karozza! Dan ifisser status symbol, libertà u indipendenza. Min-naħa tal-ġenituri, dan ifisser li jieqfu jkunu donnhom sewwieqa ta’ taxi! Hemm bżonn politika u edukazzjoni li tħeġġeġ inqas użu ta’ karozzi. Din hija bidla ta’ kultura. Il-pajjiżi Ewropej jagħtuna diversi eżempji.

2. Jekk irridu inqas traffiku fit-toroq, allura rridu servizz pubbliku tajjeb u effiċjenti. Sfortunatament, morna minn ġot-taġen għal ġon-nar! Għalkemm is-servizz tal-Arriva kien ta’ ċerta kwalità, il-mod kif ir-riforma ddaħħlet wassal biex din ir-riforma falliet! Għalkemm issa l-Gvern qiegħed jagħti tliet darbiet aktar f’sussidju, is-servizz għadu fjakk. Nistgħu nnaqqsu l-karozzi privati jekk il-ħaddiema li jaħdmu l-Belt jingħataw rati baxxi biex jitħajru jużaw is-servizz pubbliku? Aktar linji diretti? U jekk l-istudenti talUniversità u l-MCAST jingħataw rati aħjar? Jew servizz pubbliku jew pick up points lejn ċerti skejjel tal-Knisja jew indipendenti li bihom jistgħu jaslu diversi studenti li jattendu f’dawn l-iskejjel?

3. Diversi ġenituri li għandhom lil uliedhom jattendu fliskejjel tal-Knisja jew dawk indipendenti jwasslu huma lil uliedhom. Jista’ jkun li għandhom il-miżata għolja? Forsi għandhom l-impressjoni li wliedhom mhumiex imħarsa waqt il-vjaġġ? Forsi jisimgħu bi stejjer ta’ bullying fuq ilvannijiet? L-Oppożizzjoni offriet suġġeriment lill-Gvern biex il-ġenituri ta’ dawn it-tfal ikollhom is-servizz sussidjat jew bla ħlas. Dan diġà jseħħ mal-istudenti fl-iskejjel tal-Gvern.

4. Il-bżonn li f’ċerti ħinjiet, speċjalment filgħodu, ċerti vannijiet u trakkijiet tax-xogħol ma jitħallewx fit-toroq. Dawn joħolqu t-traffiku. Din kienet waħda mill-miżuri flaħħar Baġit. S’issa, għandha fuq l-ixkaffa.

5. Il-bżonn ta’ aktar preżenza ta’ pulizija. Din tagħmel differenza. Imma biex iseħħ dan, ma għandhomx ikunu donnhom statwi b’idejhom marbuta, imma joffru direzzjoni lis-sewwieqa!

6. Ċerti toroq prinċipali huma dojoq, bħal Triq Ħal Qormi, u l-parking bays għandhom jitneħħew f’ċerti ħinijiet. B’hekk jagħtu lok ta’ aktar passaġġ għall-karozzi. Hemm bżonn ukoll inqas egoiżmu minn xi sewwieqa li jieqfu biex jixtru! Fejn huma l-gwardjani?

7. Ippjanar aħjar ta’ toroq. Aktar sinjali ta’ lights. Inqas roundabouts! Inqas zebra crossings f’ċerti toroq. Skemi li jħeġġu l-pooling tal-karozzi. Skemi ta’ sussidju fuq taxis f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata. Aktar edukazzjoni mas-sewwieqa. Aktar infurzar tal-liġi. Aktar trasport alternattiv, bħall-użu tar-roti jew dgħajjes bejn il-Belt u Tas-Sliema u lBelt u l-Kottonera. Min jgħix il-Kottonera jew Tas-Sliema, minflok jiħu kedda jsuq, billi jaqbad dgħajsa għall-Belt u bil-kontra mhux aħjar u orħos?

Dawn huma ftit punti bit-tama li ma nkomplux nispiċċaw minn ġot-taġen għal ġon-nar!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 11 ta' Ottubru, 2015)

BACK
bottom of page