top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Forċina

  • manuelschembri
  • Aug 13, 2016
  • 3 min read

Preżentement, għandna persuni u familji, l-aktar anzjani, li qed iħossu l-piż tal-ħajja.


ree

Ninsabu fl-eqqel tal-festi li huma parti integrali mill-kalendarju kulturali, folkloristiku u reliġjuż tagħna. Parti ċentrali miċ-ċelebrazzjoni tal-festi hija l-purċissjoni bl-istatwa tal-patrun/a tal-lokalità. Fost dawk li jgħinu lir-reffiegħa jkun hemm erba’ persuni oħra li jżommu l-forċini. Dawn l-erba’ forċini jserrħu lir-reffiegħa. Permezz tagħhom, ir-reffiegħa jistgħu jieħdu ftit nifs u jserrħu spallejhom mill-għafsa tal-bastun u t-toqol tal-vara.

Fil-ħajja ninsabu lkoll mistiedna biex, kif il-forċina tagħti ftit mistrieħ lir-reffiegħa, hekk ukoll aħna nkunu ‘forċina’ għal xulxin. Mistiedna biex inkunu ta’ wens. Aħna donna reffiegħa. Qegħdin nerfgħu, mhux daqstant xi vara tal-injam jew tal-kartapesta, imma qegħdin nerfgħu l-piż tal-ħajja.

Kull wieħed u waħda minna għandna ċertu piż jagħfas fuq spallejna. Għal xi wħud il-piż tal-ħajja huwa faċli. Għal xi wħud il-ħajja hija salib tqil jagħfas fuq spallejhom.

Għal min għaddej minn mumenti diffiċli, żgur li l-ħajja hija waħda tqila. Min bħalissa jinsab fi proċess ta’ separazzjoni u firda minn uliedu, żgur li qiegħed iħoss il-piż tal-ħajja. Min tilef lil xi ħadd għażiż, żgur qiegħed f’mument ta’ diqa u jħoss it-toqol tas-solitudni u tal-firda. Għal min għandu xi vizzju, il-ħajja mhix faċli. Min għandu xi diżabbiltà jew irċieva l-aħbar li marid b’mod terminali, jaf x’qiegħed nipprova ngħid.

Huwa f’dawn il-mumenti li aħna msejħin biex inkunu ta’ faraġ u għajnuna. Huwa f’mumenti bħal dawn li nuru l-wiċċ tal-umanità tagħna. Ma nistgħux nibqgħu indifferenti. F’pajjiż li aktar ma jmur, aktar qiegħed isir pajjiż egoistiku, il-valur tal-appoġġ u s-sostenn sar aktar urġenti. Niftakru li legoiżmu ma jwassal għal imkien. Għaldaqstant, flimkien nistgħu nagħmlu differenza.

Dan l-appoġġ ma għandux jieqaf fuq livell personali imma anke fuq livell ta’ politika. Il-politika ġenwina hija dik il-politika li trid isservi wkoll ta’ ‘forċina’ lil dawk li fis-soċjetà huma taħt il-piż tal-ħajja. Il-politika trid toħloq strutturi, skemi u linizjattivi li jagħtu serħan lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli. B’hekk, ħadd ma jibqa’ lura. Il-politika mhix biex wieħed joqgħod jitgħajjar u jiġġieled qisu kelb ma’ qattus. Din hija politika skaduta.

Il-politika ġenwina hija dik soċjali, jiġifieri politika li taħseb fl-oħrajn. Din hija l-politika li taħdem biex ikun hemm soċjetà aktar ġusta u umana. Preżentement, għandna persuni u familji, l-aktar anzjani, li qed iħossu l-piż tal-ħajja. Ir-rapport li ħareġ dan l-aħħar mill-Caritas juri dan biċ-ċar.

F’dan ir-rapport ħareġ li l-prezz tal-ikel żdied bi kważi 16% fl-aħħar f’sentejn. Mhux biss. Ħareġ li anke l-għoli tal-kirjiet privati qed ikun ta’ piż, b’mod partikulari għal dawk ta’ dħul baxx, fosthom l-anzjani. Għalkemm l-ekonomija hija importanti, kull programm ekonomiku jrid ikun għas-servizz tal-persuna u mhux il-persuna għas-servizz tal-ekonomija. Meta l-persuna tibqa’ ċ-ċentru ta’ kull inizjattiva ekonomika, tinbena soċjetà b’saħħitha. Dak il-politiku li ma għandux dan il-valur u din l-intenzjoni, ikun daħal għall-politika mhux daqstant biex iservi imma biex jisserva. Jien u l-kollegi sħabi dħalna fil-politika mhux biex noqogħdu nillitigaw mal-Partit Laburista, imma biex nagħmlu d-differenza fis-soċjetà tagħna. Matul id-diversi żjarat li għamilt fl-aħħar xhur, dan ħareġ biċ-ċar. Diversi jinsabu ‘għajjenin’ mill-politiċi taż-żewġ naħat għax dawn donnhom dejjem imqabbdin ma’ xulxin. Għalkemm forsi din hija impressjoni li mhix daqstant reali, huwa minnu li xi wħud donnhom jinsabu fil-politika biex joqogħdu jmieru lil xulxin kontinwament. Jien ma għandix ħin għal dan. Il-ħin tiegħi nixtieq nużah aħjar.

Nixtieq ngħaddih ngħin biex tinbena soċjetà li tagħti appoġġ u serħan lil dawk li jinsabu għaddejjin minn mumenti diffiċli.


F’kull responsabbiltà li kelli, dejjem hekk għamilt fil-limitazzjonijiet umani tiegħi. U hekk qiegħed nagħmel bħala Viċi Sindku f’San Ġiljan. U hekk se nibqa’ nagħmel bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ċert li m’iniex waħdi f’dan.


Diversi kollegi deputati u kandidati sħabi għandhom huma wkoll din il-ħeġġa biex ikunu ‘forċina’ għall-oħrajn. Inħeġġeġ lil dawk li qed jogħtru taħt il-piż tal-ħajja biex ifittxu l-għajnuna. Jalla lkoll kemm aħna nkunu ‘forċina’ għal xulxin f’din il-‘purċissjoni tal-ħajja’.

Jekk nagħmlu dan, is-soċjetà tagħna tkun aħjar milli hi.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 14 ta' Awwissu, 2016)

BACK
bottom of page