top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

F’dawn il-ġranet fil-Parlament tkellimna dwar il-lingwa tas-sinjali għal persuni nieqsa mis-smigħ, u fuq il-ħtieġa li jkun hemm interpreti li jkunu kwalifikati bil-warrants biex hekk jintlaħaq livell ta’ professjonalità. Credit: Shutterstock.com Fid-diskors tiegħi tkellimnt li l-lingwa tas-sinjali ilha tkun mgħallem f’pajjiżna lura minn 1950. Fl-2016 ġiet approvata bħala lingwa uffiċċjali, flimkien mal-Malti u l-Ingliż. Imma għalkemm matul dawn is-snin saru diversi passi ’l quddiem, imma bejn...

07/11/25

Overcoming invisible barriers

Overcoming invisible barriers

Children deserve all the opportunities they may get to reach their full potential. Let us put our money where our mouth is and walk the talk. Credit: LightFieldStudios / Envato.com Children are our future. What we decide today will impinge on their future. In other words, their future depends on the decisions we take today. That children deserve all opportunities they may get, to reach their full human potential, is a statement that we can all concur with. However, children who are...

04/11/25

Trolls theddida għad-demokrazija?

Trolls theddida għad-demokrazija?

Dan l-aħħar għamilt diskors f’dan il-ħin tal-aġġornament dwar id-deċizjoni tal-Gvern Laburista li jiddeporta tliet Etijopjani li kienu ilhom f’Malta għal dawn l-aħħar 15 u 18 ‘il sena.

06/10/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

'Hangover' tal-festi

  • manuelschembri
  • Jan 5, 2015
  • 6 min read

Għalkemm is-solidarjetà tista' tieħu forma ta' ġbir ta; flus, il-valur tal-ġenerożità ma għandux jibqa' maqful biss f'dan l-aspett.

ree

Kielna u xorbna. Ċelebrajna flimkien mal-għeżież u ħbieb tagħna. Bagħtna l-isbaħ xewqat. Qlajna u tajna rigali sbieħ.

Xi wħud minnha imma kielu u xorbu żżejjed b’tali mod li spiċċaw b’hangover!


Imma l-Milied huwa aktar minn hekk.


Ilkoll naqblu li wara l-istorjbu tal-festini, xorb, ikel u l-ġirja tar-rigali hemm messaġġ qawwi u profond li jmur ‘l hinn minn dan l-istorbju kollu. Huwa messaġġ li tajjeb jekk il-hangover tiegħu jibqa’ magħna matul ix-xhur li ġejjin.

Liema huwa dan il-messaġġ?

Il-messaġġ li joħroġ mill-grajjiet tal-Milied jista’ jinġabar f’żewġ valuri: Tama u Solidarjetà.

TAMA TA' ĦAJJA AĦJAR


Għal xi wħud, 2014 ma kienetx sena faċli. Għal xi wħud, dan il-Milied u bidu ta’ din is-sena ma kienux mument sbieħ. Filwaqt li oħrajn kienu qegħdin jifirħu, jieklu, jixorbu, jiftħu r-rigali u jiltaqgħu mal-għeżiez u l-ħbieb tagħhom, għal xi wħud oħrajn dawn il-ġrannet kienu ġrannet diffiċili u vojta. Ma kellhom l-ebda moħħ għal Milied. Dan forsi minħabba li matul 2014 tilfu xi ħadd għażiż tagħhom. Oħrajn forsi saru jafu li huma morda b’xi marda serja. Għal oħrajn forsi jinsabu weħedhom u tilfgħu għan u l-gost tal-ħajja. Oħrajn forsi huma mgħobbijin bit-toqol ta’ xi viżżju li faqqarhom mid-dinjita’ umana tagħhom.

Għalkemm ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji u bosta, il-messaġġ għal dawn il-persuni huwa wieħed ta’ tama – għada jisbaħ ukoll! Huwa messaġġ sempliċi ta’ tama u kuraġġ għal ħajja aħjar. Għalkemm ilkoll inħossu t-toqtol tal-ħajja IMMA wieħed għandu jagħmel il-ħila kollha tiegħu biex iħares ‘l quddiem u mhux lura. Għalkemm kulħadd iħoss it-toqol tas-salib tiegħu u f’ċertu mumenti dan jagħfas aktar fuq spallejna IMMA wieħed għandu jibqa’ jemmen fiħ innifsu u jara sabiħ u l-potenzjal li hemm fiħ u madwaru. Kull mument li huwa diffiċli - diffiċli kemm huwa diffiċli - jista’ b’xi mod jew ieħor jgħaddi b’wiċċ il-ġid. Ikun għaqli għalina lkoll jekk l-isfidi u forsi d-dizapunti li hemm għalina matul din is-sena l-ġdida, ikollna doza qawwija ta’ tama u kuraġġ. Verament li għada jisbaħ ukoll! Wara kull maltempesta jiġi l-bnazzi! Wara x-xita terġa tfeġġ ix-xemx.

Imma biex dan iseħħ wieħed ma jistax joqgħod idejħ fuq saqqu. Xejn ma jsir b’xejn. Wieħed irid mhux biss jemmen fiħ innifsu imma jemmen bis-sħiħ li vera għada jisbaħ ukoll. Filwaqt li wieħed għandu jaċċetta u jilqa’ t-tbatija, is-solitudni u l-weġgħat tal-mument bħala parti mill-proċessi tal-ħajja imma għandu jieħu dawk il-passi kollha meħtieġa biex jimxi ‘l quddiem. Kull diffikulta’ tista’ u għandha tinbidel f’opportunita’ biex jagħmel pass ‘il quddiem. Għaldaqstant min f’dan il-Milied ħassu waħdu minħabba l-mewt ta’ xi ħadd għażiz, filwaqt li għandu sfida kbir biex igħix il-mument tat-telfa imma għandu jagħmel kuraġġ u jieħu ħsieb lilu nnifsu. Fil-proċess tat-telfa imsejjaħ bereavement wieħed għandu minflok jingħalaq fiħ innifisu, għandu jitkellem u jaqsam din is-sobgħa ma’ min jista’ jagħmillu kuraġġ, jagħtih tama u sapport meħtieġ. Min jinsab imkaxxar mal-art minħabba xi viżżju qerriedi, għandu jkollu t-tama ta’ ħajja aħjar. B’din it-tama għandu jqum u jieħu r-rigni tal-ħajja f’idejħ billi jfittex bis-serjeta’ għajnuna professjonali mingħand dawk l-entitajiet jew persuni li joffru dan is-sapport. Il-messaġġ ta’ tama għandu jfissser messaġġ ta’ impenn: Iva, NISTA’. Nista’ inkun aħjar. Nista’ nimxi ‘l quddiem.

Minn naħa l-oħra, aħna li kielna, xorbna u fraħna f’dan il-Milied, għandha noffru messaġġ ta’ tama u nkorraġġiment. Bħala membri tal-familja umana, Ilkoll imsejħin biex noffru din it-tama. Dan għandu jwassalna għat-tieni valur: Solidarjetà

SOLIDARJEÀ MAL-OĦRAJN


Ilkoll naqblu li l-Milied hija festa ta’ solidarjetà u ġenoriżita. Xi drabi naħsbu li dan il-valur għandu jkun magħna biss matul il-ġrannet tal-Milied. Dan ma għandux ikun. Is-soldarjeta’ għandha tibqa’ magħna kuljum. Kuljum għandna niċċelebraw is-solidarjetà. Kuljum nistgħu niltaqgħu ma’ persuni li għandhom bżonn mhux biss it-tama imma anke s-sapport meħtieġ. Għalkemm xi drabi nħossu li l-kelma ‘solidarjetà’ hija biss għotja ta’ flus, din hija biss waħda mill-faċċati tas-solidarjetà. Għalkemm is-solidarjeta’ tista’ tieħu forma ta’ ġbir ta’ flus imma l-valur ta’ ġenorżita ma għandux jibqa’ maqful biss f’dan l-aspett.

Il-poplu Malti, forsi għaliex ġej minn tradizzjoni Nisranija – fejn il-valur ta’ ġenerorżita’ hija tema ċentrali ta’ din it-tradizzjoni – huwa poplu b’qalb ġeneruza. Dan jidher f’kull kampanja ta’ ġbir ta’ fondi. L-istrina hija waħda fost diversi kampanji ta’ ġbir fejn joħroġ b’mod l-aktar ċar dan l-aspett. Imma s-solidarjetà vera ma għandhix ikollha wiċċ, kulur, kultura, reliġjon jew inkella orjentazzjoni sesswali. Il-vera solidarjetà tmur ‘l hinn minn dan kollu u tara biss persuna li għandha d-dinjita’ umana feruta! Xi drabi l-ironija hija li aħna ġeneruzi ħafna ma’ min jinsab ‘l bogħod minn xtutna imma mbagħad m’aħniex ġenerużi meta dawn jispiċċaw jiġu fostna!

Is-solidarjetà vera għandha tintwera anke b’affarijiet sempliċi ta’ kuljum. L-għotjiet tal-flus, tajbin kemm huma tajbin, mhumiex biżżejjed. Xi ħadd kien iġħid li wieħed jista’ jaġħti ġidu kollu f’karità imma jekk ma jagħmilx dan għaliex jemmen fl-imħabba lejn oħrajn, dan ma jkun jiswielu xejn!

Ir-raġuni tal-imħabba lejn l-oħrajn twassalna biex nieqfu naħsbu li aħna ċ-ċentru tal-univers u niftakru fl-oħrajn! L-imħabba lejn oħrajn għandha twassalni biex nifhem li hemm affarijiet li ma jiswex flus imma li jagħmlu differenza kbira. Tbissima ma tiswiex flus imma tista’ tiswa’ mitqlu deheb lil min għandu bżonnha f’mumenti imdalmin. Kelma ta’ kuraġġ ma tiswa’ xejn imma tista’ tiswa l-ħajja ta’ persuna. B’kelma f’waqta’ tista’ ttela’ lil persuna l-‘ġenna’!

Għajnuna żgħira tista’ tħalli effett kbir. Xi drabi naħsbu li nistgħu nagħmlu biss l-ġid jekk nagħmlu affarijiet kbar. Azzjonijiet żgħar u li forsi weħedhom jidhru sempliċi jistgħu jagħmlu differenza kbira.

L-affarijiet ordinarji jistgħu jissarfu f’affarijiet straordinarji. Il-ġrajja tal-Milied tħeġġiġna biex matul is-sena kollha naħdmu biex nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ oħrajn. Ma nistgħux nagħmlu kollox imma nistgħu nagħmlu xi ħaġa. U dak li nistgħu nagħmlu, dak għandha nagħmlu!

F'SOĊJETÀ EGOISTA


F’soċjeta’ li aktar ma tmur aktar qegħdha tinħakem minn sens qawwi ta’ egoizmu fejn l-ewwel jiena, t-tieni jiena u jekk jibqa’ jiena wkoll, irridu naħdmu lkoll biex inwasslu l-messaġġ ta’ solidarjetà. Huwa ta’ sodisfazzjoni li tara ċertu kumpaniji li jorganizzaw ġurnata msejħa Corporate Responsibility għal ħaddiema tagħhom biex igħinu lil oħrajn.

Fl-istess waqt tajjeb li fil-proċess tal-edukazzjoni ta’ uliedna għandha ukoll lkoll naħdmu biex minn l-ewwel snin tat-tfulija, ngħallmu lil uliedna l-valur tal-ġenerorżita . Mhux biss billi noffrulhom eżempji ta’ solidarjetà imma noffrulhom ukoll opportunitajiet biex igħixu dan il-valur. Il-messaġġ għandu jkun ċar: kemm hu sabiħ li tagħti, taħseb f’ħaddieħor u ma taħsibx li int biss li qiegħed tgħix!

Imma l-messsaġġ ta’ solidarjetà ma għandhux ikun biss f’għotja ta’ flus jew f’azzjonijiet sempliċi ta’ kuljum. Is-solidarjetà trid tkun imħaddma wkoll fuq livell politiku – solidarjetà strutturali permezz ta’ tħaddim ġust tal-politika soċjali.

Is-soċjeta’ tagħna għamlet passi ta’ kwalità meta ħassbejt fl-oħrajn. L-għan aħħari kien u għadu li l-ebda persuna ma tibqa’ lura. Matul is-snin, il-politiċi tagħna minn kull naħa, ħadmu bil-modi tagħhom biex joħolqu skemi ta’ għajnuna u sosten. Dan intwera’ b’diversi skemi tas-servizzi soċjali li hawn fil-pajjiż.

Dan seta’ iseħħ għaliex il-politiċi tagħna emmnu li l-persuna għandha tkun fiċ-ċentru tal-ħsieb politiku. Is-soċjeta’ turi l-kwalità ċivili tagħha meta tħaddam politika b’kuxjenza soċjali.

Politika soċjali ġusta tfisser meta l-persuna mhiex għas-servizz tal-ekonomija u l-profit imma hija l-ekonomija u profit li huma fis-servizz tal-persuna. Soċjetà li ma tridx tieħu ħsieb persuni vulnerabbli u l-imwarrab hija soċjetà li tilfet il-ġewwieni tagħha.

IS-SERVIZZI SOĊJALI


Xi drabi, meta wieħed isemmi s-servizz soċjali, malajr jieqaf fuq ċerti abbuzi. Għalkemm huwa vera li hemm min jabbuza mis-servizzi u għajnuna soċjali imma jkun żball li nitfu lil kulħadd f’basket wieħed. Għalkemm nifhem ftit lil Ministru tal-Finanżi meta fil-aħħar Baġit qal li tkun single parent mhix professjoni, imma tajjeb li nifhmu li mhux kulħadd għandu jintefa’ fil-istess basket!

Huwa żball li nagħtu stigma fuq kulħadd. Huwa żball ikbar li naħsbu lis-servizzi soċjali huma biss għal single mothers. Hemm single mothers ġenwieni li vera huma f’sitwazzjoni li għandhom bżonn is-sosten tagħna. Hu fatt li hawn min huwa VERAMENT vulnerabli u ma għandux kwalita’ għolja ta’ ħajja. Huwa vera li hawn fil-pajjiz tfal li qegħdin jgħixu f’nuqqasijiet kbar. Huwa minnu li hawn diversi anzjani li qegħdin jgħixu f’vulnerabilta’ kbira. Huwa vera li hawn familji li għandhom introjtu baxx. Quddiem dawn ir-rejaltajiet ma nistgħtux ndawru wiċċna.

L-istudju li sar dan l-aħħar fuq il-faqar fil-pajjiż juri biċ-ċar dan. Waqt li nistqarr li l-abbuż mis-servizzi huwa ħażin u jrid jitkompla jitrażżan imma jrid ikollna l-onesta’ li ngħidu wkoll li anke l-evazjoni ta’ taxxi u nuqqas ta’ ħlas ta’ VAT huwa abbuż. Anke meta persuni li jingħataw karigi fis-settur pubbliku mingħajr sejħa pubblika u mingħajr kwalifiċi meħtieġa huwa abbuż.

Huwa abbuż ukoll meta wieħed jitħallas salarju ta’ € 13,000 fix-xahar! Jekk niġġustifkaw dawn l-abbużi, allura nifhmu għaliex xi wħud jabbużaw mis-servizzi soċjali. L-argument li sfortutament jintuża huwa: “La wieħed jista’ jagħmel dan, għaliex ma nistax nagħmilhom jiena wkoll?! B’Ingliż ngħidu: “What is good for the goose, is good for the gander”! Għalkemm huwa argument falz imma sfortutament jintuża! Għaldaqstant, jekk wieħed ser jitkellem fuq abbuż għandu jsemmi l-abbużi kollha u mhux ikun selettiv għaliex hekk jaqbel.

ID-DMIR TAL-POLITIKU


Minn naħa l-oħra, kull politiku għandu jifhem li I-għan aħħari huwa li, flimkien maċ-ċittadini l-oħrajn, għandu jaħdem qattieħ biex ikun agent ta’ solidarjetà billi jaħdem għal bini ta’ soċjetà aktar ġusta u aktar umana. Għalkemm sfortunatment dejjem ser jibqa’ ikun hawn persuni li, għal raġuni jew oħra, ser jaqġħu lura u xi wħud minnhom għadhom ‘faqar strutturali’, imma l-politika soċjali vera trid toffri mhux biss il-‘ħuta’ imma anke il-‘qasba’.

Is-solidarjetà tilħaq verament il-milja tagħha meta toffri l-kapaċità li wieħed iqum verament fuq riġlejħ – dak li bl-Ingliż jissejjaħ empowerment. Il-politiċi ma jistgħux ‘jużaw’ lil persuni vulnerabli biex jidhru huma ġeneruzi! Il-politiċi ma jistghux jżommu l-batut lura biex b’hekk dan jibqa’ jiddependi fuqhom. Is-solidarjetà mhiex pjaċir imma dmir. Is-solidarjetà mhiex klijentiżmu imma dinjità. Is-solidjaretà vera tagħti d-dinjità u mhux twassal għal dependenza.

Fil-bidu ta’ din is-sena l-ġdid għandha nagħrfu li l-valuri ta’ tama u solidarjetà huma żewġ valuri, fost oħrajn, li jaġħtuna livel ta’ ċiviltà u juru minn liema stoffa aħna maġunin.

Jalla nibqgħu b’dan it-tip ta’ hangover tal-festi fix-xhur li ġejjin!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta In-Nazzjon – 5 ta' Jannar, 2015)

BACK
bottom of page