top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-ħaruf tas-sagrifiċċju

  • manuelschembri
  • May 23, 2021
  • 3 min read

Isimgħu lill-istudenti u agħrfu l-bżonnijiet tagħhom, u mhux tal-ekonomija biss.



Matul l-aħħar ġimgħat rajna lill-kunsilli tal-istudenti ta’ tliet skejjel post-sekondarji partikolari joħorġu stqarrija indirizzata lill-Prim Ministru, lid-Deputat PrimMinistru, lis-Supretendent tas-Saħħa Pubbliku, u lill-Ministru tal-Edukazzjoni. Dawn huma proprju l-kunsilli tas-Sixth Forms ta’ San Alwiġi, De La Salle, u St Martin’s.


It-talba tagħhom f’din l-istqarrija kienet sempliċi – dik li jingħataw lgħażla li jmorru lura l-iskola għal-lezzjonijiet.


L-iskejjel post-sekondarji u terzjarji tħallew il-baħar


Sfortunatament, donnu f’dan il-pjan sħiħ sabiex il-pajjiż jerġa’ jiġi fuq saqajh, l-iskejjel post-sekondarji u terzjarji tħallew il-baħar. It-turiżmu, il-ħwienet “mhux essenzjali”, il-bars, ir-restoranti, u l-bqija fetħu bwiebhom beraħ – iżda l-istudenti tal-post-sekondarja tħallew id-dar, wara skrin ta’ laptop, jissieltu biex isegwu l-lezzjonijiet monotoni ta’ kuljum; mis-sodda għal-laptop u mil-laptop għas-sodda. Minn mindu sirna nipprijorittizaw dak li hu “mhux essenzjali” fuq dak li hu essenzjalissimu?


Bħalma tenna l-gvern bosta drabi, wieħed mill-aktar setturi importanti huwa l-edukazzjoni u madankollu jkun ideali li ledukazzjoni ssir fiżikament fl-iskejjel. Allura la hi daqshekk importanti l-edukazzjoni, kif lill-istudenti post-sekondarji ma tajtuhomx iċ-ċans li jirritornaw għall-iskola, f’ambjent soċjali iżda kontrollat? Minn tant setturi u istituzzjonijiet, lill-iskejjel postsekondarji kellna nissagrifikaw?


Is-sens ta’ rutina li wieħed jiggwadanja milli jmur l-iskola jippreparah għall-ħajja tiegħu bħala ħaddiem fil-futur u anke żżomm lill-istudent milli jitgħażżen u jintelaq u jiskarta. Uliedna jixbgħu jsegwu l-lezzjonijiet minn wara skrin u huwa faċilissimu li dak li jkun qed jiġri madwarhom fid-dar itellifilhom l-attenzjoni tagħhom.


Ta’ min isemmi wkoll lill-istudenti li minħabba xi kundizzjoni ma jirnexxilhomx isegwu l-lezzjonijiet online, anke jekk ikollhom il-potenzjal li jmorru tajjeb ħafna fl-iskola. Hemm każijiet fejn studenti f’Sixth Forms qed isibuha bi tqila biex jifhmu dak li jkun għaddej waqt il-lezzjonijiet online.


Kwistjoni oħra tinsab fil-fatt li l-iskejjel tal-Ingliż se jiftħu iżda liskejjel post-sekondarjiMaltin le.Minkejja li huma tal-istess etajiet, ħa nżommu lil ċittadiniMaltin milli jmorru l-iskola u nħallu lill-barranin jagħmlu l-kontra.Mhijiex kwistjoni ta’ staġjonalit. u għax l-iskejjel tal-Ingliż jiftħu biss fis-sajf. Il-virus mhuwiex staġjonali.


Jekk istituzzjoni se tiġi trattata mod, istituzzjoni simili ħafna tagħha għandha tingħata l-istess libertajiet. Apparti minn hekk, ħa nagħmlu ċert li dawn it-turisti edukattivi jkunu ħadu t-tilqima? Issa li ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena ’l fuq jistgħu jieħdu l-vaċċin, għalfejn ma ndaħħluhomx lura l-iskola, speċjalment dawk l-iskejjel li għad fadlilhom madwar xahar ieħor mis-sena skolastika?


Wieħed jista’ jargumenta li dawn l-iskejjel se jkunu saħansitra aktar siguri mill-iskejjel primarji u sekondarji għas-sempliċi raġuni li l-istudenti post-sekondarji se jkunu mlaqqmin kontra l-COVID-19.


Hawnhekk jaqa’ l-argument li sar minn xi persuni li l-ftuħ tal-iskejjel post-sekondarji qiegħed jimxi id f’id mal-programm ta’ tilqim u għalhekk inżammu magħluqin.


Apparti minn dan, hemm Sixth Forms li matul il-ftit żmien li għamlu miftuħin b’sistema ibrida, fejn l-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena kienu qed jalternaw ġimgħa b’ġimgħa, ma kellhomx trasmizzjonijiet interni fl-iskejjel tagħhom. Allura kif ħa nmeru n-numri u npinġu lil dawn liskejjel qishom huma qed jikkawżaw l-akbar ammont ta’ każijiet?


Ħsara fuq livell edukattiv, fiżiku u mentali


Lil dawn l-istudenti mhux qed issirilhom ħsara fuq livell edukattiv biss iżda anke fuq livell fiżiku u mentali. In-nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni ma jagħmel ġid lil ħadd, speċjalment meta jkollok bejn 16 u 18-il sena.


Għalfejn qed inċaħħduhom minn dan? Forsi għax dawn l-istudenti jistgħu jibqgħu d-dar waħedhom waqt li l-ġenituri jew il-kustodji tagħhom joħorġu għax-xogħol biex idawru r-rota ekonomika? M’iniex qed ngħid biex jiddaħħlu lill-istudenti l-iskola u nħalluhom jagħmlu li jridu. Altru minn hekk, il-protokolli kollha għandhom jiġu segwiti u kull min jinqabad jikser xi miżura għandu jiġi kkastigat.


Minn dan l-aspett b’mod speċjali, m’għandniex nittrattawhom ta’ tfal żgħar. Imma għall-inqas tuhom l-għażla li jmorru l-iskola. Min irid jibqa’ d-dar minħabba xi vulnerabbilt. jew anke sempliċiment għax irid jibqa’ sigur kemm jista’ jkun id-dar, għandu jkollu kull dritt li jagħmel dan u jsegwi l-lezzjonijiet online b’mod kemm jista’ jkun effettiv. Iżda l-għażla hemm għandha tkun, speċjalment issa li l-każijiet qegħdin baxxi ħafna.


Il-loġika li nibagħtu lill-istudenti l-iskola meta jkun hemm mitt jew mitejn każ kuljum imma ma nibgħatuhomx meta jkun hawn erba’ jew żewġ każijiet kuljum ma treġix.


M’għandux ikun hemm kriterja ġenerali għall-ftuħ tal-iskejjel postsekondarji, iżda l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jikkunsidraw liskejjel b’mod individwali u anke jagħtu lill-amministrazzjonijiet tal-iskejjel rispettivi il-libert. li jagħżlu jiftħux jew le.


L-iktar ħaġa importanti hija din: isimgħu lill-istudenti u agħrfu lbżonnijiet tagħhom, u mhux tal-ekonomija biss.Mingħajr edukazzjoni olistika m’hemmx ekonomija innovattiva.


L-istudenti m’għandhomx ikunu l-ħaruf tas-sagrifiċċju.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 23 ta' Mejju, 2021)

BACK
bottom of page