top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

F’dawn il-ġranet fil-Parlament tkellimna dwar il-lingwa tas-sinjali għal persuni nieqsa mis-smigħ, u fuq il-ħtieġa li jkun hemm interpreti li jkunu kwalifikati bil-warrants biex hekk jintlaħaq livell ta’ professjonalità. Credit: Shutterstock.com Fid-diskors tiegħi tkellimnt li l-lingwa tas-sinjali ilha tkun mgħallem f’pajjiżna lura minn 1950. Fl-2016 ġiet approvata bħala lingwa uffiċċjali, flimkien mal-Malti u l-Ingliż. Imma għalkemm matul dawn is-snin saru diversi passi ’l quddiem, imma bejn...

07/11/25

Overcoming invisible barriers

Overcoming invisible barriers

Children deserve all the opportunities they may get to reach their full potential. Let us put our money where our mouth is and walk the talk. Credit: LightFieldStudios / Envato.com Children are our future. What we decide today will impinge on their future. In other words, their future depends on the decisions we take today. That children deserve all opportunities they may get, to reach their full human potential, is a statement that we can all concur with. However, children who are...

04/11/25

Trolls theddida għad-demokrazija?

Trolls theddida għad-demokrazija?

Dan l-aħħar għamilt diskors f’dan il-ħin tal-aġġornament dwar id-deċizjoni tal-Gvern Laburista li jiddeporta tliet Etijopjani li kienu ilhom f’Malta għal dawn l-aħħar 15 u 18 ‘il sena.

06/10/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Impressjonijiet ħżiena

  • manuelschembri
  • May 5
  • 3 min read

Mhux kull ma jleqq huwa deheb. Din hija espressjoni Maltija. Din l-espressjoni tfisser li mhux dak kollu li jidher sabiħ u jleqq minn barra, huwa hekk fir-realtà.


Nuqqas ta’ kwalità ta’ ħajja
Photo: Shutterstock.com

L-esperjenza mhux l-ewwel darba turina li hemm differenza bejn dak li jidher u bejn dak li huwa reali.

 

Dan jista’ jgħodd ħafna ghall-Gvern Laburista.

 

Għalkemm jidher li huwa Gvem li jispira ruħu minn valuri u politika soċjalista/lemin, fir-realtà I-Partit Laburista sar aktar partit kapitalist u xellugi f’diversi temi, bħal pereżempju fuq it-temi tal-kostruzzioni, negozju, immigrazzioni, governanza, faqar u temi oħrajn.

 

Illum il-Partit Laburista sar kollox għajr Partit Laburista! Fir-realtà juża lil ħaddiem u lill-persuni vulnerabbli biex tal-qalba jkomplu jitħanżru u jiffangaw. Il-lista hija twila li tikkonferma dan.

 

Ilkoll niftakru wkoll diversi slogans u kliem sabiħ bħalma huwa: trasparenza, meritokrazija akkontabbiltà u tolleranza żero għall-korruzzioni.

 

Kull min juża moħħu u ma jitmexxiex minn imnieħru jaf sew li dawn kienu/huma kliem fieragħ u bogħod mill-verità. Ir-realtà turi li f’pajjiżna ma hawnx transparenza, meritokrazija, akkontabbiltà u mgħarrqa fil-korruzzioni! L-aħħar rapport tal-World Corruption Index ipoġġina kważi fl-aħħar post!

 

Diversi drabi, il-Gvern Laburista jagħti l-impressioni li Malta miexja fuq ir-rubini, li kollox huwa sejjer tajjeb u kulħadd huwa sinjur żgħir. Għalkemm ma għandi l-ebda problema nistqarr li hemm numru ta’ persuni u anke setturi li sejrin tajbin (ironikament, setturi li ġew imdaħħla mill-PN fil-Gvern bħalma huma igaming u servizzi finanzjarji), imma ir-realtà hija xi ftit differenti.

 

Hawn min qiegħed ibati

 

Irridu nkunu onesti biżżejjed li filwaqt li nagħrfu li l-ekonomija u xi ċertu setturi sejrin tajbin, hemm ukoll persuni li ’l hinn minn dan qegħdin ibatu u għandu nuqqas ta’ kwalità ta’ ħajja.

 

Dan ħareġ ċar minn studju riċenti, ‘Beyond Measurement: Insights for Wellbeing Policy in Malta’. Dan id-dokument kien maħruġ mill-Fondazzjoni Well-being bl-għajnuna ta’ NSO u l-Università ta’ Malta. F’dan ir-rapport filwaqt li jinnota li hemm ekonomija jew aħjar GDP li huwa b’saħħtu, jsib li:

 

  • Hawn 8,079 minn ċittadini tagħna li jaqilgħu inqas minn 10,000 euro fis-sena;

  • Hawn 40,900 li jinsabu fil-faqar materjali;

  • 19,015 ċittadin Malti li jinsab marid jew inkella ma jħossux tajjeb;

  • 42,069 ċittadini li jgħixu fid-djar mudlama, bl-umdu jew b’saqaf iqattar;

  • 143,784 ċittadin Malti li qegħdin jgħixu fi storbju kontinwu; u

  • 8,323 persuni li jħossuhom fi stat ta’ miżerja b’mod emozzjonali.

 

Bħala politiku huwa fir-responsabbiltà tiegħi li nitkellem fuq din Malta u fuq dawn il-Maltin!

Bħala politiku wkoll irid ikolli l-kuraġġ li filwaqt li ngħid ‘prosit’ Iill-Gvern tal-ħidma tiegħu imma ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal din ir-realtà! Wara kull ċifra, m’hemmx biss numru imma persuna/familji tad-demm u I-laħam li qegħdin ibatu.

 

Dan ifisser li ridu nsibu riga aktar wiesgħa biex inkejlu I-ġid u I-progress tal-pajjiż biex verament tkun stampa vera u ġusta!

 

Għal diversi snin, ir-riga li ntużat biex tkejjel il-progress nazzjonali kienet riga ta’ GDP – GROSS DOMESTIC PRODUCT. Il-ħsieb huwa li aktar ma l-pajjiż ikollu ġid, aktar ikun hemm flus fil-but taċ-ċittadini.

 

Riga li tibqa’ tintuża

 

Filwaqt li l-GDP hija riga li għandha tibqa’ tintuża, nemmen li rridu nagħmlu pass ieħor u nintebħu li hemm rigi oħra ta’ kif wieħed ikejjel il-livell tal-għajxien taċ-cittadini.

 

Nieħu gost ninnota li dan l-aħħar il-Gvern se jkun qiegħed juża rigi oħrajn biex ikejjel il-ġid fil-pajjiż.

 

Għalkemm il-flus huma importanti u neċessarji biex joffru livell aħjar ta’ għajxien imma mhumiex kollox. Forsi għal soċjetà materjalista, li aktar ma għandha aktar trid, din forsi tinstema’ stramba.

 

Imma x’jiswa li jkolli I-ġid kollu tad-dinja mbagħad imdejjaq bija nnifsi? X’jiswa li għandi I-flus imma ma għandix min iħobbni u jaċċettani kif jien? X’jiswa li għandi karozza lussuża imma mwaħħal siegħa fit-traffiku? X’jiswa li għandi I-liġijiet kollha imma xorta hawn min qed jissawwat jew jiġi diskriminat? X’jiswa li għandi xogħol imma ma għandix job satisfaction!

 

Fil-gosor: X’jiswa li I-pajjiż għandu GDP tajjeb imma mbagħad huwa mifrud, nervuż u mingħajr valuri?

 

Għalhekk irridu mmoru ’I hinn mir-riga ta’ GDP u naraw fatturi/indikaturi oħra bħalma huma SDGs – SUSTAINABLE DEVELOPMENT GOALS. X’inhuma dawn?

 

Dawn huma indikaturi li juru l-well-being tal-persuna, jiġifieri mhux biss jittieħed I-aspett finanzjarju imma anke l-fattur tas-saħħa tal-persuna, il-kuntentizza, l-edukazzjoni r-relazzjonijiet mal-familja/ħbieb, il-work-life balance u I-ambjent fost oħrajn.

 

Fil-qosor: naraw il-ġid tal-persuna/well-being tal-persuna b’mod olistiku.

 

Konkluzjoni

 

Filwaqt li I-GDP huwa riga tajba u li għandha tibqa’ tintuża, imma nkunu diżonesti li nużaw biss din ir-riga biex naraw il-progress ta’ nazzjon. II-GDP waħdu jagħtina stampa li kollox ileqq imma fir-realtà din mhix l-istorja għal diversi persuni!

 

Hija r-responsabbiltà tal-klassi politika li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 4 ta' Mejju, 2025)

BACK
bottom of page