top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Indipendenza finanzjarja lil mara

  • manuelschembri
  • Jan 29, 2023
  • 3 min read

Hija l-edukazzjoni li tista' tiftaħ il-bieb għal indipendenza finanzjarja tal-mara.


Credit: Shutterstock.com

Matul din il-ġimgħa fil-Parlament tkellimt dwar l-att sabiex jemenda Kapitlu 318 tas-sigurtà soċjali.

X’inhu dan il-kapitlu? Dan huwa att li qed jiffoka l-aktar fuq dawk in-nisa li jaħdmu xogħol tad-dar, li għandhom ċerta età, jinsabu fil-proċess ta’ separazzjoni u m’għandhomx bolol tas-sigurtà soċjali mħallsa biżżejjed biex ikollhom pensjoni diċenti. Allura dawn jinsabu f’riskju ta’ livell baxx ta’ għajxien.


Insolvu inġustizzja billi noħolqu oħra?


Għalkemm jidher li hemm qbil fuq kif qed ikun propost, jiġifieri li fl-istadju tas-seperazzjoni, il-Qorti tordna lir-raġel jgħaddi parti mill-kontribuzzjoni mħallsa tiegħu matul iż-żmien li kien miżżewweġ lil mara li din tkun baqgħet tieħu ħsieb id-dar, wassalt numru ta’ ossservazzjonijiet.

Għalkemm l-għan ta’ dan l-att huwa tajjeb, fir-rejaltà ser inkunu ‘nsolvu’ inġustiżżja billi noħolqu oħra? Dan għaliex numru ta’ kontribuzzjoni li għamel ir-raġel ser jgħaddihom lil mara u allura donnu ser ‘inżarmaw knisja biex nibnu oħra’? Ġustizzja ma ssolvihiex billi toħloq inġustizzja oħra.

Għaldaqstant ikun TAJJEB li nħarsu fit-tul u minflok li nsaħħu l-istrutturi kollha tagħna biex nipprevjenu milli l-mara tispiċċa f’dan l-istat. Kif jgħidu, prevention is better than cure.

Huwa politikament aktar għaqli li nħeġġu u nippromovu biex il-mara ta’ llum tkun finanzjarment indipendenti b’tali mod li tista’ tfendi finanzjarment għalija nnifisha mingħajr ma tiddependi mill-‘karità’ tar-raġel. Sfortunatament xi drabi hemm element ta’ kontroll minn naħa tar-raġel, li jzomm lil mara tiegħu tiddependi fuqu. Dan jiġri f’każi fejn hemm persuni b’karattru dominanti li diversi drabi jwassal għal problemi soċjali oħrajn bħal vjolenza domestika.

Għaldaqstant, irridu nkomplu nħeġġu lil mara biex tinvesti fl-edukazzjoni tagħha. Hija l-edukazzjoni li tista’ tiftaħ il-bieb għal indipendenza finanzjarja tagħha. Il-PN dejjem emmen fl-edukazzjoni u investa bil-kbir biex il-mara tavvanza u tiggradwa.

Minn naħa l-oħra, nifhem li hemm nisa li jagħmlu l-għażla libera li jieqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb it-trobbija tat-tfal u t-tmexxija tad-dar. Din id-deċiżjoni mhux biss għandha tkun rispettata imma wkoll rikonoxxuta bħala xogħol. Għandna nagħtu dinjità u apprezzament lix-xogħol tad-dar. Allura wasal iż-żmien li x-xogħol tad-dar jiġi mogħti status legali ta’ xogħol daqs xogħol ieħor barra mid-dar?


Qed nissuġġerixxi dan biex fil-każ ta’ separazzjoni – li allura l-focus tas-seperazzjoni hija l-qsim tal-beni akkwistati – ix-xogħol li tkun għamlet il-mara jittieħed f’konsiderazzjoni fl-equation tas-seperazzjoni tal-beni. Sfortunatament, diversi rġiel iġibu lista sħiħa ta’ ħlassijiet li jkunu għamlul, bħal pereżempju fi ħlas ta’ privatjiet lit-tfal, spejjeż ta’ safar, manutenzjoni tad-dar, biex jakkwista sehem akbar. Minn naħa l-oħra, l-mara ma tkunx tista’ tikwantifika s-siegħat tax-xogħol li tkun għamlet fid-dar għaliex dan mhuwiex meqjus fis-seperazzjoni tal-beni.


Xogħol il-mara fid-dar ikun kwantifikat f’każ ta’ separazzjoni


Allura nisħaqq li wasal iż-zmien li f’każ ta’ fini ta’ separazzjoni, ix-xogħol/siegħat li l-mara tkun ħadmet fid-dar ikun kwantifikat, imqar b’rata tal-minimum wage! B’hekk il-mara tkun tista’ tpoġġi x-xogħol li wettqet fil-basket tas-seperazzjoni. Dan iwassal biex is-separazzjoni tkun waħda aktar ġusta u b’inqas weġgħat u feriti.

Punt ieħor huwa dwar il-mara li tkun waqfet taħdem/mill-karriera tagħha biex tieħu ħsieb it-tfal u tipprova terġa’ tidħol fid-dinja tax-xogħol. Jista’ jkun hemm skemi ta’ taħriġ, reġim ta’ taxxa/sussidju simili għal ‘work-in benefit’ sakemm din tiġi fuq saqajha?

Tista’ l-mara li waqafet taħdem barra mid-dar, tibqa’ xorta tħallas il-bolla u jkun hemm inċentivi biex tagħmel dan? Tista’ l-mara jkollha ċ-ċans tħallas b’lura? Nifhem li fl-imgħoddi kien hemm skemi fejn wieħed seta’ iħallas b’lura l-bolol mhux imħallsa.

Problema oħra hija meta l-koppja li trid tissepara trid tbigħ id-dar matrimonjali tagħha. Diversi drabi, iż-żewġ naħat ma jkollhomx sehem biżżejjed biex jixtru propjetà oħra. U din qed toħloq problema serja.

Kull persuna li tiżżewweġ żgur ma tagħmilx dan biex tissepera ’l quddiem! Għaldaqstant, filwaqt li l-koppji għandhom jinvestu fir-relazzjoni tagħhom u jżommu lil xulxin bħala b’akbar valur, wieħed għandu jżomm f’moħħu li din l-eventwalità tista’ sseħħ, aktar u aktar f’soċjetà li qed tinbidel.

L-ulied u s-soċjetà jbatu meta hemm persuni mweġġgħa fis-separazzjoni. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-ġid komuni li ma jkunx hemm separazzjonijiet trawmatiċi.

F’separazzjonijiet trawmatiċi ma jirbaħ ħadd, imma jbati kulħadd.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 29 ta' Jannar, 2023)

BACK
bottom of page