top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ir-responsabbiltà soċjali fil-ħidma lokali

  • manuelschembri
  • Mar 22, 2015
  • 3 min read

L-ikbar sfida tistrieħ fuq l-infrastruttura li tkun tista' tlaħħaq mad-domanda u l-influss ta' nies li jgħixu jew jiġu jżuruna.




Għalkemm ġejt mistieden biex inkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fid-disa’ u l-għaxar distrett, ġejt ukoll mistieden biex nagħti sehemi bħala kandidat għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’San Ġiljan. Nemmen bis-sħiħ li nista’ nagħti sehmi wkoll fuq livell ta’ lokalità ħalli din il-komunità tkompli timxi ’l quddiem.

San Ġiljan huwa waħda mil-lokalitajiet li minn lokalità ta’ sajjieda li kienet sa ftit tas-snin ilu, spiċċat b’ħajja

kożmopolitana li tinħass sew. Kulħadd jaqbel li f’San Ġiljan ma hawnx realtà soċjali u ekonomika waħda. Fost ir-residenti għandek issib diversi stili ta’ ħajja differenti. Minbarra residenti Maltin, hemm diversi residenti ċittadini Ewropej u oħrajn li ġew joqogħdu hawn minħabba raġunijiet ta’ xogħol, studju ta’ lingwi jew bħala turisti.


Barra minn hekk, fi tmiem il-ġimgħa u fi ġranet oħra, għandek issib diversi persuni li jiġu jżuruna minħabba l-postijiet ta’ divertiment. Paceville, li jagħmel parti minn San Ġiljan, għadu meqjus bħala l-mekka tad-divertiment.


Dan kollu jwassal biex verament San Ġiljan ikun lokalità kożmopolitana prinċipali f’Malta.

Għalkemm dan huwa fatt pożittiv għaliex joffri s-sbuħija tad-diversità f’lokalità waħda, dawn il-fatturi joffru wkoll sfida kbira. L-ikbar sfida tistrieħ fuq l-infrastruttura li tkun tista’ tlaħħaq mad-domanda u l-influss ta’ nies li jgħixu jew jiġu jżuruna. Xi rrid ngħid b’dan?

L-infrastruttura fiżika – jiġifieri t-toroq, l-ambjent, l-indafa, il-ġbir tal-iskart, il-parking, numru ta’ karozzi u dħaħen; San Ġiljan jifilħu dan kollu?

L-infrastruttura soċjali – żamma tal-ordni, is-sigurtà, il0vandaliżmu, nies fis-sakra, tniġġis bil-ħsejjes, anzjani li jgħixu weħedhom – kif qegħdin jinżammu? X’inhi r-relazzjoni bejn ir-residenti u dawk li jiġu biex jiddevertu? Id-dritt tar-residenti li jgħixu fis-sliem u d-dritt ta’ min jiġi biex jiddeverti, kif qed jitħarsu? Dawn huma mistoqsijiet li m’hemmx risposta faċli għalihom. Il-Kunsill Lokali, is-soċjetà ċivili u l-komunità kummerċjali għandhom jaħdmu aktar flimkien.

F’dawn is-snin, il-Kunsill Lokali wettaq ħafna xogħol. Inħoss li Kunsill Lokali ġdid għandu jżomm ċerti prijoritajiet. Miż-żjarat fid-djar jidher li l-indafa, il-ġbir tal-iskart, in-nuqqas ta’ parking, l-infurzar tal-liġi u tal-buon ordni għandhom ikunu prijorità. Prijorità oħra għandha tkun l-ħtieġa li l-Kunsilli, flimkien ma’ entitajiet lokali oħrajn, ikun aktar viċin tal-anzjani li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom u inizjattivi kulturali u sportivi li jagħtu sens ta’ rabta mal-komunità kollha.

Proposta personali hija li biex dan kollu jista’ jintlaħaq sew, ikun hemm Fond ta’ Kontribuzzjoni Soċjali. Fih jinġabru fondi biżżejjed biex dawn jintużaw ħalli jkun hawn green enforcement officers, tisbiħ u upgrading ta' l-inħawi u inizjattivi għal kura u sostenn tal-anzjani u ż-żgħażagħ. Għal dan il-Fond għandhom jagħtu sehemhom mhux biss il-Gvern Ċentrali imma anke l-komunità kummerċjali. Filwaqt li huwa minnu li komunità kummerċjali qiegħda tagħti kontribut qawwi lill-Prodott Gross Domestiku, l-operat tagħhom jista’ jkun li qiegħed jinħass direttament ukoll fuq l-infrastuttura u r-residenti tal-lokalità.

Proposta personali, li tista’ tkun kontroversjali għal xi wħud imma li kienu diversi r-residenti li tkellmu miegħi fuqha hija li kull turist li joqgħod f’akkomodazzjoni turistika joffri €1 għal kull lejl li jgħaddi. Din l-inizjattiva mhix xi ħaġa ġdida għaliex tinstab f’diversi pajjiżi barranin. Naħseb li turist li jiġi joqgħod fostna għal ħamest ijiem f’lukanda ta’ ħames stilel mhux se jħoss xi piż finanzjarju jekk joffri li jħallas €5 oħra mal-ispejjeż li jagħmel! 1,000 lejl ifisser €5,000 li jmorru biex ikun hemm tisbiħ u ż-żamma tal-indafa għall-benefiċċi wkoll tal-komunità kummerċjali. Nemmen li r-residenti jkunu mħarsa billi jkun hemm Corporate Social Responsibility lejn San Ġiljan.

Nistieden lir-residenti kollha f’San Ġiljan biex jagħtu s-sehem tagħhom. Mhux biżżejjed li wieħed igerger u jilmenta. Aħna mistiedna biex inkunu ċittadini attivi. Il-vot tiegħek jista’ jagħmel id-differenza.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 22 ta' Marzu, 2015)

BACK
bottom of page