top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Silence on Gaza situation is no badge of courage

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Ignoring what is happening in Gaza is not neutrality, but a failure of moral courage and a betrayal of universal human rights. For a growing number of people of conscience, silence is an act of cowardice.

20/10/26

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?

14/10/26

When will Malta experience its own Bastille moment?

When will Malta experience its own Bastille moment?

When reform is no longer enough, our political system must change, writes Albert Buttigieg. What it needs is a fundamental rethinking – and rewriting – of the entire system of government.

01/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

It-tfal kollha kollha tagħna!

Dec 6, 2025
3 min read

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu.


It-tfal kollha kollha tagħna
Credit: Rawpixel / envato.com

Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara.


Qiegħed nagħmel dan l-enfasi għaliex jekk m’aħniex konvinti bid-dinjità umana ta’ KULL persuna, allura d-diskors tagħna fuq l-inklużjoni huwa fieragħ, retorika u buzz word.


Għalkemm pajjiżna mexa passi kbar fl-inklużjoni ta’ kull persuna – tajjeb li niftakru li 60 sena ilu, Mons. Azzopardi beda joħroġ persuni mill-katina – nemmen li xorta waħda persuni b’diżabilità , b’newrodiverġenza u l-familji tagħhom għandhom sfidi li jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tagħhom.


Bħala kelliem għall-ħarsien tat-tfal b’diżabbiltà u newrodiverġenza – jiġifieri għal tfal b’awtiżmu/ ADHD u dislessija, niġbed l-attenzjoni li għad hemm numru ta’ gaps fil-politika tagħna b’mod partikolari f’età bikrija.


Il-letterattura xjentifika turina li l-early interventions (interventi f’età bikrija) – jiġifieri minn 1-5 snin huma kruċjali fl-iżvilupp ta’ dawn it-tfal. Irridu nilħquhom kmieni kemm jista’ jkun biex ikun hemm l-interventi meħtieġa li jaffettwaw ċertu mġiba bażika.


Issa f’dawn il-mumenti kritiċi fejn importanti li jkun hemm dijanjożi bikrija, dawn it-tfal qegħdin minflok jistennew fil-waiting list tas-CDAU!


Għalkemm il-professjonisti li jaħdmu fis-CDAU jaħdmu sew, l-ambjent u l-waiting list – li hija ta’ ‘l fuq minn sena – hija xi ħaġa li għandha tinkwetana.


Dan ifisser li meta f’dawn is-snin, dawn it-tfal għandhom bżonn l-għajnuna, qegħdin minflok jistennew fil-kju!


U x’se jagħmlu dawn it-tfal sadanittant? Ħafna drabi l-ġenituri jkollhom jieħdu lil uliedhom fil-privat. Għalkemm f’dan il-baġit kien hemm żieda għall-ispejjeż ta’ terapija, kulħadd jaf li dan mhuwiex biżżejjed.


Nuqqas ieħor huwa li wara li jgħaddu mis-CDAU u jibdew jattendu l-iskola, numru ta’ dawn it-tfal jispiċċaw mingħajr LSE. Insaqsi lill-Ministru tal-Edukazzjoni kemm hemm nuqqas ta’ LSEs u jweġibni li se jagħtini r-risposta f’seduta oħra! Jidher ċar li hemm nuqqas ta’ LSEs u xi wħud b’nuqqas ta’ preparazzjoni fis-suġġetti tan-newrodiverġenza.


Mhux l-ewwel darba wkoll li l-ġenituri jintalbu biex ma jibqgħux jieħdu dawn it-tfal jew inkella jġibuhom 1/2 fil-ġimgħa għal 2/3 sigħat!


Dan kollu qed iwassal biex dawn it-tfal minn età bikrija qed ikunu mwarrba taħt skuża jew oħra!


Issa xi ħadd jgħidli li dak kollu li semmejt mhuwiex fir-remit/responsabbiltà tal-Ministeru tal-Inklużjoni għaliex is-CDAU jaqa’ taħt il-Ministeru tas-Saħħa filwaqt li LSEs jaqgħu taħt l-edukazzjoni.


U propju hawn hija l-problema u għal dan xtaqt niġi.


Filwaqt li tajjeb li għandna Ministeru għall-Inklużjoni imma nemmen li hemm frammentazzjoni tas-servizz u tad-deciżjonijiet fuq livell ta’ policy.


Din il-frammentazzjoni – edukazzjoni – saħħa – politika soċjali – qed iddgħajjef il-kwalità tal-interventi tagħna. Sfortunatament, diversi jbatu mis-silos mentality – jiġifieri kulħadd jaħdem għalih.


Allura wasal iż-żmien li l-Ministru responsabbli mill-inklużjoni u newrodiverġenza jkollu r-responsabbiltà ta’ deċiżjonijiet minn A to Z mingħajr ma jiddependi minn ministeri oħra li jista’ jkollu ħsibijiet u prijoritajiet differenti?


Wasal iż-żmien li dan il-ministeru jkun ONE SHOP STOP tas-servizzi/policies kollha kollha li dawn it-tfal u l-familjari tagħhom ikollhom bżonn. B’hekk wieħed ma jispiċċax mingħand Pilatu għal għand Kajfa.


Nemmen li l-proposta li jkun hemm ONE STOP SHOP MINISTRY tista’ tgħin kemm lil amministrazzjoni biex tagħlaq ċertu gaps, kemm għal ġenituri biex ma jispiċċawx jiġru minn post għal ieħor u kemm għat-tfal li għandhom bżonn l-interventi bikrin.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 3 ta' Diċembru, 2025)

BACK
bottom of page