top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

L-għoli tal-ħajja

  • manuelschembri
  • Apr 5, 2023
  • 3 min read

Hi r-responsabbiltà tal-politiċi onesti li naraw li min huwa fis-skra jieqaf jitħanżer u min huwa mejjet għall-qatra jingħata l-appoġġ kollu meħtieġ.


Credit: Shutterstock.com

Bħala Kelliemi għall-livell aħjar ta’ għajxien kontra l-għoli tal-ħajja, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal żewġ stħarriġ li sar dan l-aħħar. Stħarriġ mill-gazzetta Times of Malta (20/3/23) juri l-inflazzjoni tal-prezzijiet/l-għoli tal-ħajja hija preokkupazzjoni taċ-ċittadini. Dan l-istħarriġ jaqbel ukoll ma’ stħarriġ ieħor maħrug mill-gazzetta ILLUM (19/03/23). Iż-żewġ sondaġġi waslu għal istess konklużjoni.


Il-poplu Malti jinsab inkwetat. Min jgħid mod ieħor mhux qiegħed ikun onest mal-poplu tagħna.


L-istess Ministru Clyde Caruana kien biżżejjed onest meta fil-Parlament stqarr li xirja li qabel kienet tiswa €220, din saret tiswa €290, jiġifieri żieda ta’ €70.


Fil-fatt, jekk jara HICP – Harmonized Index of Consumers Prices – wieħed isib li, filwaqt li fl-2022 (is-sena l-oħra) l-inflazzjoni kienet 4.2%, sena wara (Frar 2023) din telgħet għal 7%.


Dan kollu wassal għal żieda kemm fil-prodotti tal-ikel magħmulha mill-ħalib, laħam u xorb mhux alkoħoliku, u anke żieda fl-ikel ġewwa r-ristoranti.


Id-difensuri tal-Gvern jgħidu li din iż-żieda hija xorta inqas minn dik ta’ pajjiżi fl-Ewropa. Għalkemm dan huwa minnu, imma dan ġej mill-fatt li l-Gvern qed jagħti sussidju qawwi fuq l-enerġija u l-fuel. Fil-fatt, jekk jieqaf dan is-sussidju, ir-rata tal-inflazzjoni tkun ferm akbar. Dan stqarru l-istess Ministru Caruana meta kien qed jiddiskuti ż-żieda tal-COLA.


L-istess apoloġisti tal-Gvern jwaħħlu dawn iż-żidiet fil-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, u minħabba l-Covid 19. Għalkemm dawn huma żewġ fatturi li ma nistgħux ma niħdux inkonsiderazzjoni, imma wieħed ma jistax jibqa’ jinħeba warajhom u jġibhom bħala skuża.


Pagi tal-Maltin


Għalkemm il-Gvern Laburista dejjem jipprova jqabbel ir-rata tal-inflazzjoni tagħna ma’ pajjiżi oħra Ewropej biex donnu jwassal il-messaġġ ħalli nikkunslaw għaliex f’pajjiżi oħra huma ferm agħar minnha, imma l-istess Gvern imbagħad jonqos li jkompli jqabbel il-pagi/salarji/purchasing power ma’ ċittadini Ewropej mas-salarji/pagi tal-ħaddiema Maltin. Ma jagħmilx dan għaliex jaf sew li hemm differenza.


Minn mistoqsija li saret dan l-aħħar lil Ministru Caruana, ħareġ li hawn 134,662 ħaddiema Maltin li jaqgħilu inqas mill-paga media ta’ €21,156 u dan qabel it-taxxa/bolla!


Issa skont stħarriġ li sar mill-GWU/Alleanza kontra l-faqar/Graffiti nstab li koppja b’wild wieħed għandhom bżonn €25,746 biex ikollhom għejxien diċenti! Dan ifisser li hawn hawn diversi li qed iħossu l-għoli tal-ħajja.


Mhux biss. Fl-istħarriġ tal-NSO fl-2022 kien hawn 103,329 persuni f’riskju ta’ faqar u eskluzzjoni soċjali.


U hawn toħrog mhux biss l-inġustizzja soċjali imma anke l-ipokrezija tal-Gvern Laburista. Filwaqt li hawn min qiegħed mejjet għal qatra, hawn oħrajn li fi kliem Onorevoli Rosianne Cutajar, ‘kulħadd qed jitħanzer’!


Sussidju fuq l-enerġija/fuel


Minn naħa l-oħra, il-Ministru Caruana stqarr li l-inflazzjoni mhix waħda għolja minħabba s-sussidju qawwi li l-Gvern jagħti fuq l-enerġija tad-dawl u l-fuel. Filwaqt li dan is-sostenn huwa wieħed fil-prinċipju tajjeb u hemm pajjiżi oħra li qed jagħmlu dan, imma nistaqsi: ‘Dan is-sussidju ta’ miljuni huwa wieħed sostenibbli, jigifieri nistgħu nibqgħu naffordjawh għas-snin li ġejjin? Barra li l-kelliem mill-IMF talab lil Malta biex tħejji exit strategy biex ma jibqax jingħata dan is-sussidju, dan is-sussidju ser ikompli jgħolli d-dejn nazzjonali li skont NSO reġa’ żdied ukoll?’


Inkompli nistaqsi: ‘Il-fatt li qed jingħata dan is-sussidju lil kulħadd – carpet approach – dan huwa ġust soċjalment? Jekk ser jitkompla jingħata lil kulħadd mhux ser inwasslu l-messaġġ li ma hawnx problema ta’ enerġija u allura wieħed jibqa’ joħlom li kollox miexi sew u jista’ jwassal għal ħela?’


‘Għaldaqsant ma jkunx aktar ġust u korrett jekk is-sussidju jingħata lil min huwa verament fil-bżonn u vulnerabbli, filwaqt li dak li jkun ġie ffrankat jingħata bħala għajnuna lil bdiewa u l-negozjanti tar-ristoranti?’


Qed ngħid dan fid-dawl li l-istħarriġ juri li l-inflazzjoni żdiedet minħabba li kemm il-bdiewa u kemm in-negozjanti tar-ristoranti kellhom żieda fl-ispejjeż tagħhom, b’mod partikolari l-bdiewa fl-ikel għal bhejjem tagħhom. Dan wassal allura għal żieda fil-prodotti tal-laħam u tal-ħalib.


It-triq ’il quddiem


Fil-manifest tal-PN, il-partit kien wiegħed li jagħmel fond ta’ għajnuna lil importaturi biex b’hekk jikkontrollaw l-ispejjeż tal-importazzjoni u dawn ma jispiċċawx iġġorruhom il-konsumaturi. Nemmen li dan huwa mod wieħed biex jitrażżan l-għoli tal-ħajja.


Għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala tagħna biex ikollna prodott Malti. Barra li l-prodott tal-bdiewa/raħħal tagħna huwa aktar bnin, imma huwa mod ieħor biex ikollna ikel irħas. Imma biex jiġri dan irridu mhux biss nagħtu s-sostenn lil bdiewa/raħħala imma wkoll inħarsu l-kampanja u l-ambjent!


Kif qal l-istess Ministru Caruana u dak li ilna ngħidu għal diversi snin, hemm bżonn li nieqfu nidependu fuq il-powerstation/fuel u mmorru għal enerġija nadifa. Malta għandha r-riżorsa tax-xemx u r-riħ. Nemmen li rridu nisfruttaw dawn l-elementi aktar.


Responsabbiltà tal-politiċi onesti


Jidher ċar li l-għoli tal-ħajja qed jolqot il-livell tal-għajxien taċ-ċittadini tagħna. Jihder ċar li hawn min huwa mejjet għal qatra u hawn min huwa mejjet fis-sakkra.


Hija r-responsabbiltà tal-politiċi onesti li naraw li min huwa fis-sakra jieqaf jitħanzer u min huwa mejjet għal qatra jingħata l-appoġġ kollu meħtieġ.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 2 t' April, 2023)

BACK
bottom of page