top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Mental health is not a political slur

Mental health is not a political slur

When politics trivialises mental health, everyone suffers. Mental health remains a stark reality, even among children and young adolescents. Recent data indicates that more than one in six people in Malta, roughly 120,000 citizens, live with a mental health condition, with anxiety and depression being the most common.

18/03/26

Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet

Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet

Qiegħed nipproponi li biex neliminaw din il-frammentazzjoni u jkun hemm ‘management’ aħjar u verament effikaċi, allura għandu jkun hemm One-Stop-Shop li joġbor lil kulħadd u kollox f’entità waħda. Credit: Shutterstock.com Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet maħruġa f’żoni pubbliċi u fuq bankini, saret kwistjoni nazzjonali.  Huma diversi dawk ir-residenti f’diversi lokalitajiet ta’ pajjiżna li qegħdin jilmentaw u jipprotestaw kif żoni pubbliċi qegħdin jispiċċaw meħuda minn numru ta’...

01/03/26

The silent victims of domestic violence

The silent victims of domestic violence

Research consistently shows that children who are regularly exposed to domestic violence suffer harm even when they are not physically assaulted. Why is it that, very often, the victim and the children are the ones to leave the family unit?

19/02/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Lejn politika ta’ wens

  • Apr 10, 2024
  • 3 min read

Updated: May 21, 2024

Matul il-mixja politika ta’ pajjiżna, pajjiżna dejjem ħadem biex ikollna soċjetà ħanina li twieżen lil ħaddieħor.


Credit: Shutterstock

Kull partit fil-Gvern, s’intendi, bil-mod tiegħu, ħadem biex ikollna soċjetà mibnija fuq il-valur ta’ solidarjetà u wens lil oħrajn. Dan sar b’diversi interventi, inizjattivi u skemi ta’ politika soċjali.


Il-ħsieb kien dejjem li aħna, bħall-ħajt tas-sejjieħ, ġebla tmiss ma’ ġebla oħra, fejn il-ħajt huwa b’saħħtu meta kull ġebla tkun ma’ ġebla oħra.


Għaldaqstatnt, lil hinn minn politika partiġjana, ilkoll għarafna li rridu naħdmu għal soċjetà aktar umana u ħanina li tieħu ħsieb dawk li huma vulnerabbli u mwarrba tas-soċjetà tagħna.


Fuq kollox, l-għan li suppost għandu jmexxina fil-ħajja politika huwa proprju li noffru s-servizz tagħna lil komunità.


Imma s-soċjetà tagħna nbidlet u għadha tinbidel.


Sfortunatament, il-valur tas-solidarjetà u tal-wens qiegħed jonqos. Dan ġej minħabba diversi fatturi, fosthom li l-bniedem sar aktar egoist u jaħseb għalih biss u ma jimpurtahx minn ħaddieħor.


Qegħdin ngħixu f’soċjetà fejn l-ewwel jien, it-tieni jien u t-tielet jiena u jekk jibqa’, jiena wkoll. Qegħdin ngħixu f’soċjetà fejn il-jien sar suprem u jerbaħ fuq il-kelma ‘aħna’. Mhux hekk biss. It-tajjeb u l-ħażin sar jiddependi minn kemm huwa ta’ ġid għalija aktar mill-għalina.


Sfortunatament, donnha qegħdin ngħixu f’soċjetà individwalistà fejn jimpurtanti biss u dejjem minni innfisi. Il-jien sar alla filwaqt li s-sens ta’ komunità qiegħed jintilef u jonqos. Dan nistgħu narawh f’diversi lokalitajiet tagħna fejn is-sens ta’ komunità – sens of belonging – naqas sew.


Donnu r-regola tal-ħajja saret li ma jimpurtanix minn ħaddieħor. Dan nagħmluh mhux biss f’affarijiet kbar imma anke f’affarijiet zgħar.


X’jimpurtani li nipparkja fuq il-bankina jew fuq disabled parking… l-aqwa li sibt nipparkja!


X’jimpurtani li noħroġ il-borża taż-żibel u nħalliha barra għal jumejn sħaħ… l-aqwa li m’għandix żibel fid-dar!


X’jimpurtani li npoġġi l-imwejjed u s-siġġijiet fuq żona pubblika… l-aqwa li jkolli klijenti!


X’jumpurani li bnejt u tfajt lil ħaddieħor fid-dlam… l-aqwa li daħħalt l-eluf mill-bejgħ tagħhom.


U nista’ nkompli b’lista sħiħa fejn ma jimpurtani minn xejn u minn ħadd.


Huwa f’dan il-kuntest li għandna bżonn nedukaw għall-valur li naħseb f’ħaddieħor. Żgur li dan is-sens ta’ aħna nistghu naslu għalih biss jekk minn meta tfal tagħna għandhom żgħar fl-età, nedukawhom fil-kultura ta’ aħna.


L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta biex ikollna ‘a caring mentality’, jiġifieri li nkunu ‘men and women for others’; fejn huwa sabiħ li wieħed jaħseb u jgħin lil ħaddieħor.


Din l-edkuazzjoni għandha tkun mhux biss fl-iskejjel tagħna imma anke fil-familja. Il-familja, fit-tifsira wiesgħa tagħha hija l-ewwel skola li tgħallem lit-tfal.


Il-ġenituri/carers għadhom ikun ta’ eżempju ta’ altruwiżmu aktar milli ta’ egoiżmu. Huwa fatt magħruf li l-ġenituri/cares jħallu mpatt kbir fuq il-karattru tal-ulied. Huwa fatt ukoll li diversi persuni li għandhom jew inkella kellhom problemi soċjali, dawn jafu l-bidu tagħhom matul it-tfulija. B’hekk kellhom dak li bl-Ingliż ngħidu ‘dysfunctional childhood’, jiġifieri li t-tfulija tagħhom ma kientx waħda pożittiva.


Barra l-familja, hemm ukoll NGOs li jrawmu liż-żgħażagħ tagħna kemm huwa sabiħ li tieħu ħsieb ħaddieħor. Għalkemm għandha diversi għaqdiet li jaħdmu favur dan, l-esperjenza tiegħi fil-Iscouts għenitni ħafna biex naħseb f’ħaddieħor u jkolli l-mentalità ta’ ‘aħna’. Bħal l-iscouts hawn diversi għaqdiet oħra li joffru formazzjoni b’saħħitha lit-tfal tagħna.


Għaldaqsant, il-volontarjat huwa wkoll mezz ieħor li għandna nħeggu. Diversi huma dawk li jagħżlu xi ‘caring profession’, jagħmlu dan għaliex għandhom esperjenza ta’ volontarjat u wara l-esperjenzi ta’ volontarjat komplew biex jagħmlu din l-esprejenza bħala l-professjoni tagħhom.


Għandna skema li daħħlet f’amministrazzjoni Nazzjonalista għal min jixtieq jagħmel żmien ta’ volontarjat barra minn Malta. Tajjeb ukoll lit-tfal tal-iskola noffrulhom opportunitajiet ta’ volontarjat ukoll u dan jkun meqjus bħala credit ta’ studju wkoll.


B’hekk it-tfal/iż-żgħażagħ ikollhom esperjenza f’ħajjithom li jgħinu lil ħaddieħor. Żgur li b’dan il-mod jitilgħu biex ikunu ċittadini aktar onessti u altruwisti.


Jekk irridu jkollna soċjetà aktar ħanina, allura rridu nagħmlu politika tal-wens, jiġifieri mhux biss irridu ninvestu billi noffru aktar kunidzzjonijiet ta’ xoghol aħjar lil dawk li jagħżlu l-caring professions, imma wkoll li nedukaw lil uliedna/żgħażagħ tagħna fl-importanza li naħsbu fl-oħrajn.


B’hekk biss jista’ ikollna soċjetà ħanina li toffri l-wens u s-sedqa.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 7 t' April, 2024)

BACK
bottom of page