top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Mental health is not a political slur

Mental health is not a political slur

When politics trivialises mental health, everyone suffers. Mental health remains a stark reality, even among children and young adolescents. Recent data indicates that more than one in six people in Malta, roughly 120,000 citizens, live with a mental health condition, with anxiety and depression being the most common.

18/03/26

Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet

Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet

Qiegħed nipproponi li biex neliminaw din il-frammentazzjoni u jkun hemm ‘management’ aħjar u verament effikaċi, allura għandu jkun hemm One-Stop-Shop li joġbor lil kulħadd u kollox f’entità waħda. Credit: Shutterstock.com Il-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet maħruġa f’żoni pubbliċi u fuq bankini, saret kwistjoni nazzjonali.  Huma diversi dawk ir-residenti f’diversi lokalitajiet ta’ pajjiżna li qegħdin jilmentaw u jipprotestaw kif żoni pubbliċi qegħdin jispiċċaw meħuda minn numru ta’...

01/03/26

The silent victims of domestic violence

The silent victims of domestic violence

Research consistently shows that children who are regularly exposed to domestic violence suffer harm even when they are not physically assaulted. Why is it that, very often, the victim and the children are the ones to leave the family unit?

19/02/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Naqbel u ma naqbilx

  • Oct 24, 2015
  • 3 min read

Politika onestà hija l-qofol ta' kull diskors ta' Simon Busuttil. Simon qiegħed jinsisti li dak li finalment se jagħmel differenza bejn iż-żewġ partiti hu l-onestà fit-tmexxija.



Jien, flimkien ma’ oħrajn, ningħaqad miegħu


Għalija l-politika onesta tfisser meta jkollna l-kuraġġ ngħidu l-verit., li wieħed ma jibżax jgħid fejn sejjer tajjeb u lanqas jiddejjaq isemmi dak li mhuwiex. Din hija politika matura u kuraġġuża. Minn diversi żjarat li qiegħed nagħmel bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali, dan huwa messaġġ li spiss nirċievi. Ix-xewqa ta’ diversi li jkollna politika u politiċi li jgħidu l-affarijiet kif verament huma. Il-poplu huwa mxennaq għal politika oġġettiva. Għaldaqstant, għaliex nemmen f’dan it-tip ta’ politika, nistqarr li fil-Baġit hemm inizjattivi tajbin u oħrajn li mhumiex.

Punti li naqbel dwarhom


Naqbel ma’ tkomplija ta’ tnaqqis ta’ taxxi għal dawk ilpersuni li jinsabu fuq il-paga minima u fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà.


Naqbel ma’ in work benefits imħabbra. Naqbel malmiżura ta’ investiment f’enerġija alternattiva. Naqbel mal-isforz biex jieqaf l-isfruttament tal-immigranti irregolari. Naqbel mal-ftuħ ta’ tliet ċentri tat-tfal għal matul il-jum. Naqbel li l-proċess ta’ litigazzjoni bejn il-werrieta miġġielda jonqos. Naqbel mat-tnaqqis ta’ 7% VAT fuq attivit. sportiva. Naqbel mal-bini ġdid l-Istitut Turistiku u ta’ skola. Naqbel ukoll mal-proposta tal-UĦM, imsejħa ‘Job Plus’.

Bħala kunsillier f’San Ġiljan naqbel fil-prinċipju wkoll mal-miżura li kull turist, jagħti kontribuzzjoni ta’ 50ċ għal kull lejl. B’hekk ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ fizzoni turistiċi. Ironikament, din hija proposta li kont għamilt matul il-kampanja għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Punti li ma naqbilx dwarhom


Naqbel ma’ Simon Busuttil meta jgħid li l-Bagit jagħti ‘ftit għalik u ħafna għalihom’. Kif nista’ ma naqbilx meta naqra lista sħiħa ta’ persuni li qegħdin jirċievu eluf ta’ ħlasijiet u karigi, waqt li aħna ningħataw €1.75 żieda fil-ġimgħa? Nista’ naqbel meta l-pensjonanti, li huma fuq il-pensjoni minima, b’dan il-Baġit se jieħdu biss żieda bejn €4.14 u €8.92 meta l-ekonomija sejra tajjeb? Nista’ naqbel meta min għandu pensjoni mhux kontributorja se jieħu biss l-għoli tal-ħajja? Nista’ naqbel meta naqra li żiedu 2,500 anzjan f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali? Nista’ naqbel mal-proposta li l-Gvern iħallas nofs il-paga minima ta’ carer lil dawk l-anzjani li huma fil-waiting list għal dar tal-anzjani imma mbagħad iridu jinqatgħu minn fuq il-waiting list? Nista’ naqbel li persuni b’diżabbiltà kienu se jingħataw €5.16 żieda fil-ġimgħa u issa din tneħħiet? Nista’ naqbel li l-istudenti Għawdxin kienu se jingħataw €800 u spiċċaw bi €300? Nista’ naqbel meta nisma’ li Malta għandha l-ogħla rata ta’ għoli tal-ħajja u talikel fl-UE? Jista’ wiehed jaqbel meta dawk li twieldu wara l-1968 se jkollhom iħallsu 41 sena bolla minflok 40 sena? Dan huwa mod diżonest kif wieħed jgħolli l-età tal-irtirar? Tista’ taqbel meta taqra li hawn 100,000 persuna f’riskju ta’ faqar? Is-sena li għaddiet in-nies waqgħu lura fil-kontijiet tagħhom, inkluż fis-self tal-banek, u dawn żdiedu b’14,000. Żgur li Sai Mizzi u oħrajn mhumiex f’din il-kategorija! Nista’ naqbel meta r-rata tal-qgħad hija manipulata? Il-Gvern daħħal jaħdmu miegħu 5,500 u neħħa 1,353 persuna mir-reġistru. Issa, il-Community Work Scheme se tingħata lil kumpanija privata. Dawk li se jidħlu f’din l-iskema se jinqatgħu mir-reġistru għaliex huma ma’ din il-kumpanija?

Lanqas ma nista’ naqbel li l-Gvern kien qed jixtri l-elettriku b’6ċ3 għal kull unit meta lilna jitlobna 10ċ5 għal kull unit! Lanqas ma naqbel sa barra fuq it-tneħħija tal-bolla ta’ 5% għal dawk li jixtru l-ewwel proprjet.. Dan jista’ jkompli jgħolli l-prezz mitlub mis-sidien. L-aħħar stħarriġ jindika prezzijiet għolja għall-first time buyers. Kien ikun aktar għaqli kieku l-Gvern żamm l-iskema preċedenti fejn kien jagħti sussidju fuq l-interessi ta’ self għal tmien snin. B’hekk wieħed seta’ jiffranka mhux €5,000 imma €14,000!

Lanqas ma naqbel sa barra li jkun hemm hub għal persuni b’diżabbiltà. Għalkemm nifhem l-intenzjoni, din mhix se sservi biex dawn jintegraw fis-soċjetà. Jalla ma jispiċċawx bħal xi ghetto! Ma naqbilx lanqas li jinbnew aktar appartamenti soċjali. Mhux għaliex ma hawnx bżonn. B’aktar binjiet soċjali hemm ir-riskju li jkun hemm ‘ghettoization’ ta’ persuni bi problemi soċjali. Kien ikun ferm għaqli kieku l-Gvern jagħti inċentivi biex dawn jikru jew jixtru mill-privat.


Imma l-aktar ħaġa li ma naqbilx magħha f’dan il-Baġit hija li hemm faqar ta’ viżjoni u direzzjoni ċara. Pereżempju, ma hemmx viżjoni sostenibbli kif persuni se joħorġu mill-faqar! Ma hemmx viżjoni kif se negħlbu l-illitteriżmu u n-nuqqas ta’ attendenza skolastika – żewġ fatturi li jwasslu għall-faqar. M’hemmx viżjoni fuq l-edukazzjoni fil-livelli kollha. B’għoti ta’ tablets biss, ma naslux!

M’hemmx direzzjoni kif se nsolvu l-problema tat-traffiku u t-trasport pubbliku li saru l-akbar problema nazzjonali. Fil-Baġit hemm biss li se ssir konsultazzjoni! M’hemm l-ebda viżjoni kif se jġibu aktar investiment u noħolqu niċeċ ġodda ta’ investiment f’Malta u f’Għawdex ħlief il-bejgħ tal-passaporti! M’hemm l-ebda viżjoni fuq il-biedja u s-sajd – żewġ setturi dgħajfa. M’hemm l-ebda viżjoni fuq il-ħtieġa ta’ żvilupp ambjentali sostenibbli u l-kwistjoni tal-ODZ.


“Aħna nistgħu nagħmlu aħjar, ferm aħjar, minn dan il-Gvern.” Hekk stqarr Simon fl-aħħar tad-diskors tiegħu fil-Bagit. Kif tista’ ma taqbilx?!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 25 ta' Ottubru, 2015)

BACK
bottom of page