top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ninvestu fil-familja

  • manuelschembri
  • Feb 28
  • 3 min read

Il-familja hija waħda mill-pedamenti tas-soċjetà tagħna. Għaldaqstant, huwa fl-interess tagħna lkoll li nagħmlu l-politika favur il-familja.


Ninvestu fil-familja
Credit: Shutterstock

Bit-terminu ‘familja’ qiegħed nifhem fil-definizzjoni wiesgħa li nifhmu bija llum. Dan għaliex lkoll kemm aħna nixtiequ ngħixu f’bejta’ fejn hemm l-imħabba u l-għozza.


Bħal kull żmien, il-familja ta’ llum għandha numru ta’ sfidi li trid taffaċja. Jekk fiż-żmien il-gwerra jew wara l-gwerra, il-familji ta’ dak iż-żmien affaċċjaw il-ġuħ, il-mard u saħansitra l-imwiet, illum il-familja għandha sfidi oħra u ġodda.


Fost diversi sfidi, hemm l-isfida tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin għal familja minħabba mpenji finanzjarji, loans mal-banek minħabba xiri ta’ apartmenti u l-ġirja tal-ħajja.


Dan in-nuqqas ta’ bilanċ jew ħin għal familja qiegħed iwassal biex numru taż kopji għalkemm jixtiequ li jkollhom it-tfal imma ma jħossuhomx li għandhom ħin u risorsi biżżejjed biex jġibu t-tfal. Fill-fatt, fejn qabel il-membri tal-familja kienu jkunu aktar minn erba' persuni, illum il-ġurnata, numru ta’ familji mhumiex aktar minn tlett membri! Wieħed irid igħid ukoll li dan mhuwiex biss minħabba nuqqas ta’ ħin imma wkoll minħabba li l-expections għolew, edukazzjoni, housing u l-kwalita’ tal-ħajja imxiet ‘il quddiem.


Imma u hawn qegħdha l-imma kollu.


Dan qiegħed iwassal li jekk nibqgħu b’din l-istess rata ta’ twelid, 30 sena oħra ser ikollna l-maġġoranza tal-pajjiż li jkollu ‘il fuq minn 60 sena! L-istatistika turina biċ-ċar li mhux qegħdin inġibu biżżejjed trabi biex ir-razza Maltija tibqa’ tezisti! L-istess statistika turina li filwaqt li biex tiġġedded ir-razza Maltija għandha bżonn li kull mara twelled żewġ trabi li jitwieldu, fir-rejalta’ għandha biss wild wieħed! Mill-ġdid l-istatistika turina li fi 2023, mietu 5,000 Maltin filwaqt li twieldu biss 4,100 (li minnhom kien hemm trabi mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija).


Dan ifisser allura li l-mara hija xi magna li twelled biss it-tfal?


Dażgur li le. Filwaqt li hija għażla personali li wieħed ikollu t-tfal u din l-għażla trid tkun mibnija fuq deċizjoni matura bejn il-kopja imma huwa fl-interess tagħna lkoll li niffaciltaw l-ambjent li fiħ wieħed ikollu t-tfal!


Għaldaqstant, hija fl-interess nazzjonali li naraw li nwieznu lil familji tagħna biex nagħmluħa aktar faċli li kopja jkollha aktar minn wild wieħed. Jekk ma jigrix dan, allura hemm riskju li mhux biss ir-razza Maltija tispiċċa biż-żmien imma li jkollna tibdil kbir fuq il-kultura tagħna. Ifisser wkoll li jekk hemm inqas tfal li jitwieldu, ser ikollna inqas ‘il quddiem ħaddiema Maltin biex jsostnu l-attivitajiet ekonomiċi tal-pajjiż! U dan ser ifisser aktar ħtieġa ta’ ħaddiema barranin biex jaħdmu!


Għalhekk hemm bżonn b’mod urġenti li l-politiċi ta’ kull fehma, min iħaddem u kull min jista’ jagħti kontribut biex inpoġġu flimkien biex nagħmlu pjan ta’ azzjoni li jaħseb għal futur.


Il-PN bħala forza politika fil-pajjiż ħriegna numru ta’ proposti biex nagħtu l-appoġġ lil dawk il-ġenituri biex ikollhom aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja,b’għan li jkun hemm aktar wild.


Dan kienu l-proposti tal-PN:


  1. Espansjoni tal-leave tal-ġenituri biex il-familji jkollhom aktar ħin flimkien


  • Leave tal-missirijiet (parternity leave) jiżdied minn 10 għal 15-il ġurnata biex jiġi rikonoxxut ir-rwol dejjem jikber tal-missirijiet fil-kura tat-tfal

  • Leave tal-ġenituri (parental leave) jiġi estiż minn 8 għal 28 ġimgħa, maqsum indaqs bejn iż-żewġ ġenituri u mhux trasferibbli biex tkun promossa r-responsabbiltà kondiviża

  • Leave tal-maternità (maternity leave) jiżdied minn 18 għal 24 ġimgħa, bl-aħħar sitt ġimgħat ikunu trasferibbli lill-ġenitur l-ieħor jekk iridu

  • Total ta’ sena sħiħa leave mħallas bejn leave tal-maternità u leave tal-ġenituri, li jagħti l-flessibbiltà essenzjali lill-familji


  1. Leave mħallas mill-gvern għal kull ħaddiem, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom


  • Il-leave tal-ġenituri, tal-missirijiet u ż-żieda fil-leave tal-maternità jkunu mħallsa mill-gvern għall-ħaddiema kollha. Fil-każ tal-leave tal-ġenituri (parental leave) il-ħlas ikun sal-livell tal-paga medja, li hu ferm aktar mir-rata tal-leave tal-mard li hemm bħalissa

  • Ħaddiema għal rashom (self-employed) jingħataw l-istess drittijiet bħal ħaddiema impjegati, biex jiġi żgurat trattament ġust għal kull forma ta’ xogħol

  • Il-gvern ikopri dawn l-ispejjeż biex inaqqas il-piż finanzjarju fuq min iħaddem u n-negozji


  1. Appoġġ għall-kura tat-tfal u remote working


  • Għajnuna finanzjarja għal ġenituri li jagħżlu li jibqgħu d-dar mat-tfal fit-tieni sena wara t-twelid, ekwivalenti għas-sussidji li jagħti l-gvern għall-kura tat-tfal (childcare centres)

  • Krediti tat-taxxa għall-kumpaniji privati li jimplimentaw mudelli ta’ remote working, biex jiġu rikonoxxuti l-benefiċċji ta’ arranġamenti flessibbli tax-xogħol

  • Inkoraġġiment biex aktar negozji jadottaw policies ta’ remote working u flessibbiltà ħalli jtejbu l-produttività u l-benesseri tal-impjegati.

Bħala kelliem għal familja flimkien ma’ kollegi oħra li ħdimna fuq dawn il-propost nitlobu fil-pajjjiż ikollna diskussjoni matura fuq din is-sitwazzjoni.


Għaldaqstant, nistiednu lil Gvern, li nemmen li anke huwa jifhem is-serjeta’ tas-sitwazzjoni għaliex fl-aħħar Baġit kien ħabbar xi miżuri f’dan ir-rigward, biex ‘l hinn mill-politika partiġjana npoġġu flimkien ħalli nfasslu pjan ta’ ħidma. Flimkien inkun aktar b’saħħitna.


Huwa fl-interess tagħna lkoll li ninvestu fil-familja. Il-familja hija l-futur tagħna.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Illum – 23 ta' Frar, 2025)

BACK
bottom of page