top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Saqajn tat-tafal

  • manuelschembri
  • Apr 9, 2016
  • 3 min read

Il-Gvern bena s-suċċess fuq l-inġustizzji, il-qerq u l-ingann.



Kien hemm re li matul il-lejl ħolom li ra statwa kbira, sabiħa u li tpaxxi l-għajnejn. Imma r-re induna li din kienet magħmula minn diversi elementi. Ma setax jifhem kif filwaqt li l-istatwa kienet magħmula mid-deheb, il-fidda u l-bronż, saqajha kienu tat-tafal. Għaldaqstant, dik l-istatwa spiċċat titfarrak mal-art. Ir-re qam maħsud. Mar dritt jitlob lil xi ħadd jgħinu jifhem din il-ħolma stramba.

It-tweġiba li ngħata kienet li għalkemm is-saltna tiegħu kienet kbira, qawwija u sinjura, il-pedamenti tagħha kienu dgħajfin. U fil-fatt hekk ġara. Għaliex għalkemm din is-saltna kienet qawwija, il-pedamenti kienu mibnija fuq il-qerq, l-arroganza, il-vjolenza u l-korruzzjoni.

Għaliex qiegħed insemmi din l-istorja li tinsab fit-Testment il-Qadim fil-ktieb imsejjaħ ‘il-Ktieb ta’ Danjel’? Hija storja attwali. Min fil-ħajja jaħseb li huwa b’saħħtu u li ħadd ma jista’ għalih, u jibni kollox fuq ħwejjeġ u valuri dgħajfin, jispiċċa ħażin.

Il-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat, qiegħed jiġrilu l-istess. Muscat ried jerġa’ jibni l-Partit bħala partit kbir u b’saħħtu. Hekk għamel qabel l-elezzjoni. Għaliex il-Partit Laburista, immexxi minn Joseph Muscat, ried jirbaħ l-elezzjoni għal kwalunkwe raġuni, għamel diversi wegħdi ma’ kulħadd. Ir-riżultat tal-elezzjoni kulħadd jaf x’kien. Il-Partit Laburista ħa saħħa kbira. Imma dan id-distakk se jkun il-waqgħa tiegħu! Dan id-distakk ġiegħel lill-Partit Laburista jħoss li ħadd ma jista’ għalih u li jista’ jagħmel li jrid. Biżżejjed wieħed jara kif ġab u qiegħed iġib ruħu fit-tmexxija ta’ pajjiżna.

F’dawn it-tliet snin, il-Partit Laburista ftaħar kemm sar ġid u progress. Biżżejjed wieħed isegwi d-diskorsi kollha tal-Prim Ministru li jiftaħar li Malta qatt daqs illum ma rat daqshekk ġid u progress. Min f’pajjiżna ma jindunax li x-xemx ma telgħetx tliet snin ilu imma li d-diversi riżultati mħabbra huma wkoll frott ta’ ħidma li saret minn tmexxija Nazzjonalista?

Għalkemm il-Gvern Laburista jinsab f’dillirju kbir, ftit qiegħed jinduna li dan huwa mibni fuq it-tafal. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħed jidher li dan il-Gvern huwa dgħajjef. Mhuwiex dgħajjef daqstant fis-saħħa parlamentari, imma dgħajjef għaliex bena u qiegħed jibni kollox fuq il-qerq, l-ingann, l-inġustizzji, laggressività, iċ-ċensura, l-iskandli u l-korruzzjoni.

Il-Gvern bena s-suċċess fuq l-inġustizzji. Ilkoll nafu kemm persuni li kienu jaħdmu mal-Gvern jew ma’ entitajiet pubbliċi spiċċaw tilfu posthom jew ħadu transfer sempliċement biex jagħmlu post għal tal-qalba Laburista. Ilkoll nafu persuni li kienu kompetenti u kwalifikati f’xogħolhom u spiċċaw ħadulhom posthom persuni mingħajr l-ebda kwalifika jew esperjenza. Ilkoll smajna bi stejjer ta’ persuni li ħadu transfers vendikattivi.

Biżżejjed insemmu dak li ġara fl-Armata u fil-Pulizija, fost oħrajn. Il-Gvern bena s-suċċess tiegħu fuq il-qerq u l-ingann. Ilkoll kemm aħna niftakru dak il-kliem sabiħ dwar meritokrazija, kontabbiltà u trasparenza. Ilkoll niftakru l-kliem dwar kif wieħed jista’ma jaqbilx mal-Gvern imma xorta jista’ jkompli jaħdem miegħu. Ilkoll niftakru l-wegħda li ‘Malta hija tagħna lkoll’ u għaldaqstant mhux lil min taf se jkun jgħodd imma kemm taf. Ilkoll niftakru l-famuża ‘shame on you’. Ilkoll niftakru tant wegħdi u kliem ieħor kollu zokkor.

Il-Gvern Laburista bena fuq l-ingann tal-istampa u l-marketing. Ilkoll nafu li mhux kulma jidher huwa fil-verità fatt. Jidher ċar li għalkemm il-Prim Ministru huwa salesman tajjeb, naqas milli jkun statesman.

Imma mhux biss. Dan il-Gvern jinsab imxekkel minn diversi stejjer ta’ skandli. Iżda qatt daqs illum ma kellna skandlu daqshekk kbir li juri xibka sistematika ta’ korruzzjoni. L-iskandlu li mhux biss qiegħed iħammeġ wiċċ il-Prim Ministru, Konrad Mizzi u Keith Schembri, imma qiegħed iħammeġ lill-Partit Laburista u lil pajjiżna. Huwa skandlu li juri li verament il-Gvern Laburista huwa gvern immexxi minn xibka ta’ ħażen u qerq.

Dawn l-istejjer ta’ korruzzjoni qegħdin ‘jaqtgħu saqajn il- Gvern’. Huwa gvern li tilef kull awtorità morali, kull rispett lejh innifsu. Huwa gvern li jinsab fi kriżi enormi. Huwa gvern li qiegħed ‘iħaffer il-qabar’ tiegħu stess.Aktar ma jdum ma jieħu l-passi meħtieġa, aktar tikber il-problema ta’ insigurtà ta’ dan il-Gvern.

Nistieden lil dawk ta’ rieda tajba u onesti biex isemmgħu leħinhom illum wara nofsinhar. Kif fl-imgħoddi nġbarna fit-triq Tal-Barrani biex niddefendu l-libertà f’pajjiżna, hekk issa pajjiżna qiegħed isejħilna biex ninġabru l-Belt biex mill-ġdid insemmgħu leħinna.

Għalkemm l-istatwa kellha rasha tad-deheb, saqajha kienu tattafal. Minħabba f’hekk, spiċċat titfarrak. Hekk jidher li se jiġrilu dan il-Gvern Laburista. ‘Saqajh’ huma dgħajfin. ‘Saqajn tat-tafal’ ma jżommux gvern fit-tul!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 10 ta' April, 2016)

BACK
bottom of page