top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Seddaq il-Għaqda

  • manuelschembri
  • Oct 5, 2023
  • 4 min read

Membri tal-Kabinett mhux biss naqsu lil jagħtu ġieħ lill-istorja ta’ pajjiżna, imma tilfu opportunità tad-deheb biex ikun hemm l-għaqda ta’ bejnietna. L-għaqda u s-sliem ma jiġux bix-xejn. Jiġu minn passi żgħar ta’ rikonċiljazzjoni.


ree
Credit: Shutterstock.com

‘Seddaq il-għaqda u s-sliem’ huma kliem meħuda mill-Innu Nazzjonali Malti.


L-innu Malti mhuwiex biss talba lil Alla għal pajjiżna, imma anke impenn għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biex jagħtu sehemhom għal Malta aħjar, fosthom biex jaħdmu favur l-għaqda ta’ bejnietna.


Għalkemm aħna poplu żgħir u għandha ħafna tajjeb, imma donnu li nbatu ħafna mill-firda. Donna nħobbu nfittxu aktar dak li jifridna aktar milli dak li jgħaqqadna. Dan nagħmluh fl-isport, bejn parroċċa u oħra, fil-każini tal-banda u fil-festi. Imma l-aktar li tispikka l-pika u l-firda hija fil-mod kif nagħmlu l-politika.


Għalkemm fil-politika huwa tajjeb li jkun hemm ħsibijiet differenti, għax jekk ma jkunx hemm allura jkun hemm reġim dittatorjali, IMMA, għal diversi drabi matul is-snin, il-politika Maltija serviet biex firdet lil dan il-poplu żgħir tagħna. Ħasra meta wieħed jifhem li l-politika hija għodda biex tagħmel il-pajjiż aħjar.


Tentattiv għal għaqda nazzjonali


B’tentattiv biex ikun hemm għaqda nazzjonali (u allura nħossuna poplu wieħed), intgħażlu ħamest ijiem bħala festi Nazzjonali! Mhux waħda, bħala ma jiġri f’pajjiżi oħra, imma ħames festi nazzjonali. Dawn huma: l-Indipendenza ta’ Malta, il-Jum ir-Repubblika, Jum il-Ħelsien, Sette Giugno u l-Vittoria. Dawn kollha jfakkru ġrajjiet storiċi.


Għalkemm l-Indipendenza, ir-Repubblika u l-Ħelsien huma marbuta ma’ ġrajjiet politiċi partiġjani, fejn iż-żewġ partit politċi prinċipali ħadmu u stinkaw biex isseħħu, u meta seħħew mhux kulħadd kien qiegħed jaqbel magħhom għal raġuni jew oħra, IMMA llum meta nħarsu lura u noħorġu minn mentalità partiġjana, naraw li dawn il-ġrajjiet huma marbuta ma’ xulxin. Ġrajja marbuta ma’ oħra. Grajja li waslet għal oħra f’din il-mixja demokratika tagħna.


Għaldaqstant, illum il-maturità politika tagħna suppost tgħallimna li dawn huma ġrajjiet li, ’l hinn mill-partit politiċi, huma tassew milestones li ħallew impatt kbir f’din il-mixja demokratika.


Fil-qosor, dawn il-grajjiet issa saru ġrajjiet nazzjonali.


Huwa f’dan il-kuntest li sinċerament inħossni diżappuntat li fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li kellna l-ġimgħa li għaddiet fejn fakkarna 59 sena mill-indipendenza, fl-ebda attività ma kien hemm il-preżenza tal-Ministri tal-Kabinett tal-Gvern Malti. L-unika persuna li kien preżenti kien il-Ministru Owen Bonnici, li kien qiegħed jidher minflok il-Prim Ministru fid-dawl li dan kien imsiefer. Filwaqt li nista’ nifhem li jkun hemm Ministri tal-Kabinett li jkollhom impenji oħra, anke barra minn Malta, imma possibbli ħadd ma seta’ jattendi? Kien hemm biss il-bare mininum ta’ preżenza. Deher ċar li l-Gvern kien qiegħed ifakkar dan il-Jum Nazzjonali bi sforz u bi tqanżiħa!


Nistqarr li dan in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-Ministri tal-Kabinett, ma kienx dovut għal impenji tagħhom li seta’ kellhom, imma għaliex din kienet l-indipendenza! Tajjeb li nfakkar li l-Ministri tal-Kabinett ma jippreżentawx lil partit politiku, IMMA lil pajjiż kollu. Għalhekk, in-nuqqas tal-parteċipazzjoni tagħhom hija offiża u nuqqas ta’ rispett lejn il-poplu kollu.


Il-Parit Laburista għadu maħkum bl-istess sentimenti ta’ 59 sena ilu!


Sfortunatament, il-Parit Laburista għadu ma jistax jiċċelebra din il-ġrajja. Għadu maħkum bl-istess sentimenti ta’ 59 sena ilu! Dak iż-żmien, il-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff kien kontra r-referedum tal-Indipendenza għaliex skont hu din ma kienetx indipendenza sħiħa fid-dawl li l-kap tal-pajjiż baqghet ir-Reġina.


Għalina llum forsi nagħtu raġun lil Mintoff għaliex l-ebda kap ta’ pajjiż ieħor ma għandu jkun kap ta’ pajjiżna, IMMA fil-kuntest storiku dak iż-żmien kien il-pass neċessarju. Wieħed irid jifhem li dak iż-żmien kien hemm partit politiku ta’ Strickland. Dan il-partit kien viċin ħafna tal-Inġliżi. Żgur li qatt ma kienu ser jaċċettaw li r-Reġina ma tibqax il-Kap. Allura Ġorġ Borg Olivier, ta’ diplomatiku għaqli li kien, kellu jaċċetta dan biex b’hekk intrebaħ ir-referedum. Il-politika hija l-arti tal-kompromessi. B’hekk ġejna f’dak iż-żmien kif inhuma s’issa l-Awstralja u l-Kananda, fost pajjiżi oħra, fejn il-Kap tal-Istat għandha l-kuruna Ingliża.


Imma dak li Partit Laburista ma jistax jaċċetta huwa l-fatt li mingħajr dan il-pass storiku, kieku ma kienetx isseħħ ir-Repubblika. U l-Partit Nazzjonalista wera maturità politika meta l-maġġoranza tal-membri tal-Parlament ta’ dak iż-żmien ivvutaw favur li Malta ssir Repubblika! Mingħajr il-voti tal-PN ma setgħetx tinbidel il-kostuzzjoni tagħna biex pajjiżna jagħmel pass ieħor u Malta ssir Repubblika!


Imma din hija l-istorja u ma jiswa xejn għal pajjiżna jekk nibqgħu b’din il-pika partiġjana tal-imgħoddi, aktar u aktar meta l-persunaġġi politiċi ta’ dak iż-żmien ma għadhomx magħna, u allura ma hemmx emozzjonijiet qawwija.


Il-membri tal-Kabinett tilfu opportunità għar-rikonċiljazzjoni


Għaldaqstant, inħoss li l-membri tal-Kabinett mhux biss naqsu li jagħtu ġieħ lill-istorja ta’ pajjiżna, imma tilfu opportunità tad-deheb biex ikun hemm l-għaqda ta’ bejnietna. L-għaqda u s-sliem ma jiġux bix-xejn. Jiġu minn passi żgħar ta’ rikonċiljazzjoni. Żgur li kieku kienu preżenti kienu qed iwasslu messaġġ ta’ għaqda u s-sliem.


Dan li ktibt ma jgħoddx biss għal membri tal-Kabinett tal-Gvern. Jgħodd għalija u għal kollegi sħabi. Il-messaġġ tiegħi huwa li tajjeb li nagħmlu ġesti ta’ għaqda u nattendu f’kull ċelebrazzjoni nazzjonali.


Huma diversi dawk iċ-ċittadini li jinsabu urtati bil-kbir bil-mod kif il-membri parlamentari u l-partiti politiċi nġibu rwieħna ma’ xulxin. Diversi għajjew jarawna qisna kelb u qattus. Diversi qed jaqtgħu qalbhom mill-politika minħabba l-eżemepji ħżiena li xi wħud minna qegħdin jagħtu. Għaldaqstant, nagħmlu tajjeb li neżaminaw l-imġiba u l-attitudnijiet tagħna lkoll.


Forsi wkoll wasal iż-żmien li nagħżlu jum wieħed bħala jum nazzjonali tagħna. Għalkemm dawn il-ġrajjiet huma kollha importanti u marbuta ma’ xulixn, imma hemm bżonn li jkollna l-maturità politika u nagħżlu jum wieħed li jiġborna lkoll flimkien.


Nagħmel ħilti biex nieħu sehem f’kull attività nazzjonali


Fl-ewwel diskors tiegħi bħala deputat, tkellimnt fuq il-politika ta’ sliem u fuq l-importanza li lkoll inkunu strumenti ta’ għaqda. Għalhekk ser nagħmel ħilti kollha biex nieħu sehem f’kull attività nazzjonali, għax għalija Malta tiġi l-ewwel.


Seddaq il-għaqda fil-Maltin u sliem.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 1 t' Ottubru, 2023)

BACK
bottom of page