top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

'Tra il dire e il fare'

  • Jun 14, 2015
  • 3 min read

Kien għaqli għall-PN li dan l-aħħar ressaq proposta għall-ħarsien tal-art pubblika fil-Parlament.




Bit-Taljan hemm espressjoni li tgħid: “Tra il dire e il fare c’è di mezzo un mare”. Bejn dak li tgħid u dak li tagħmel, hemm baħar jaqsam. Espressjoni profonda. Tikxef li l-kelma mhix biżżejjed. Il-kliem iqanqal imma huwa l-eżempju li jkaxkar, jgħid il-Malti. Nista’ ngħid li jien kapaċi nsajjar, imbagħad m’iniex kapaċi naqli bajda! Nista’ ngħid li jien espert fil-karozzi, imbagħad ma nafx lanqas inbiddel tajer imniżżel!

Bil-kliem nista’ ngħid ħafna ħwejjeġ sabiħ. Bil-kliem nista’ noħlom. Bil-kliem nista’ nwiegħed ħafna proġetti kbar. Bil-kliem nista’ ndewweb u ‘nġennen’ lil kulħadd warajja! Verament li l-kliem huwa rħis. Imma l-esperjenza tal-ħajja turina lkoll li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Fil-ħajja reali huma l-fatti li fl-aħħar mill-aħħar jgħoddu.


Dan li qiegħed ngħid mhuwiex maħsub għall-ħajja personali jew familjari ta’ xi ħadd, b’mod partikulari ta’ xi politiku. Nemmen bis-sħiħ li l-ħajja personali u familjari, anke tal-politiku, huma santwarju privat li ħadd ma għandu jidħol biex joqgħod jissindika... sintendi sakemm dan ma jkunx kontra l-liġi ċivili ta’ pajjiżna. Il-ħajja personali għandha tkun imħarsa dejjem u f’kull ħin. Dak li qiegħed ngħid huwa lil hinn minn dan. Huwa dwar il-mod kif nagħmlu l-politika. Il-politika mibnija fuq kliem imqanqal trid twassal għall-fatti. Politika mingħajr azzjoni hija vojta.

Politika mingħajr fatti hija politika fiergħa mibnija fuq kampanja ta’ marketing . Politika mingħajr azzjoni hija politika mingħajr kredibbiltà. Forsi għalhekk diversi ċittadini qegħdin jitilfu t-tama fil-politiċi u fis-sistema politika? Tra il dire e il fare ... Bħala kandidat ġdid faċli ħafna li biex niġbed l-attenzjoni, insib ruħi ngħid ħafna kliem fieragħ jew inkella nwiegħed kollox lil kulħadd! Il-kliem huwa bħal ċirasa. Dan jgħodd ukoll għall-Partit. Bħala Partit li jinsab fl-Oppożizzjoni, faċli ħafna li nieħdu pożizzjonijiet popolari, niktbu policies u ‘nwiegħdu’ ħwejjeġ li meta jerġa’ jkollna r-responsabbiltà tat-tmexxija nsibu li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jaqsam.

Fil-passat tgerfixna fi kliemna stess! Tra il dire e il fare… Żewġ wegħdiet li bħalissa qed isiru mill-partit tagħna huma li rridu nkunu partit viċin in-nies u li l-futur tal-partit huwa lambjent. Żewġ wegħdiet mibnija fuq ix-xewqat ta’ ħafna, fosthom tiegħi. Imma l-kliem mhux biżżejjed. Iż-żewġ kelmiet għandhom konsegwenzi kbar. Iż-żewġ kelmiet jagħtu direzzjoni u identità profonda. Li tkun viċin in-nies huwa sabiħ imma dan ifisser li l-Partit irid dejjem ikun fuq in-naħa tan-nies u jwieżen lil dawk li mhumiex qegħdin jgħixu ta’ nies minħabba d-diversi vulnerabbiltajiet li għandhom. Lesti li nkunu dejjem fuq in-naħa tal-poplu? Tra il dire e il fare… Li nemmnu li l-futur tal-Partit huwa l-ambjent hija l-għażla naturali u loġika tagħna. Imma jekk tassew nemmnu f’dan, allura ma nistgħux ’il quddiem nilagħbu bl-ambjent u nbiddlu r-regoli skont il-konvenjenzi ta’ xi wħud. ODZ irid jibqa’ ODZ! Ifisser li l-ambjent jiġi qabel kull gwadann ekonomiku.


Ifisser li nħarsu l-ftit spazji miftuħa li baqa’. Ilkoll nafu li meta konna fil-Gvern, dan ma kienx dejjem. Id-dellijiet tal-passat għadhom jiġru magħna!

Kien għaqli għall-Partit Nazzjonalista li dan l-aħħar ressaq proposta għall-ħarsien tal-art pubblika fil-Parlament. Kien aktar għaqli Simon Busuttil li filwaqt li qal li nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat, naħdmu biex inħarsu dak li baqa’ fl-ODZ. Jista’ jkollna kredibbiltà jekk inżommu l-konsistenza. Minn issa għall-quddiem. Proprju huwa hawn fejn il-Gvern Laburista qed ibati. Ir-riżultati tal-Kunsilli Lokali wrew dan. Il-kwistjoni tal-Ponta taż-Żonqor ikkonfermat dan. Qabel l-elezzjoni, il-Partit Laburista rebaħ il-qlub u l-imħuħ ta’ ħafna bi kliem sabiħ. Iżda wara sentejn fit-tmexxija fiex qiegħed il-Partit Laburista?

Il-Gvern Laburista tkellem fuq power station f’sentejn. Il-fatti juru mod ieħor. Il-Gvern Laburista tkellem fuq meritokrazija. Il-fatti juru mod ieħor. Il-Gvern Laburista tkellem fuq trasparenza. Il-fatti juru mod ieħor. Il-Gvern Laburista tkellem fuq kontabbiltà. Il-fatti juru mod ieħor. Il-Gvern Laburista tkellem fuq housing dinjituż. Il-fatti juru mod ieħor. Għalkemm huwa minnu li l-Gvern Laburista wettaq wegħdi oħrajn, fosthom id-drittijiet ċivili, l-ikbar wegħda li qal b’tant pompa, li kien se jħaddan politika ġdida ta’ tmexxija x’sar minnha?

Tra il dire e il fare


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 14 ta' Ġunju, 2015)

BACK
bottom of page