top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Francis as a mentor?

Francis as a mentor?

As October ends, I find myself reflecting on St Francis of Assisi and the 800th anniversary of his death.

25/10/26

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Ignoring what is happening in Gaza is not neutrality, but a failure of moral courage and a betrayal of universal human rights. For a growing number of people of conscience, silence is an act of cowardice.

20/10/26

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?

14/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Trolls theddida għad-demokrazija?

Oct 6, 2025
3 min read

Dan l-aħħar għamilt diskors f’dan il-ħin tal-aġġornament dwar id-deċizjoni tal-Gvern Laburista li jiddeporta tliet Etijopjani li kienu ilhom f’Malta għal dawn l-aħħar 15 u 18 ‘il sena.


Albert Buttigieg


Matul dawn is-snin, dawn it-tliet persuni mhux biss ħadmu, u min kien iħaddimhom faħħarhom bħala ħaddiema bieżla, ħalsu t-taxxa, bnew familji, imma fuq kollox qatt ma taw fastidju lil ħadd.


Matul dan id-diskors staqsejt għaliex il-Gvern Laburista filwaqt li qiegħed idaħħal mijiet u eluf ta’ ħaddiema barranin spiċċa biex keċċa lil dawn it-tlieta. Staqsejt: Possibli dawn kien żejda?


Staqsejt għaliex huma ġew deportati filwaqt li oħrajn li jiksru l-liġijiet, bħal dawk li jkun ta’ kull filgħaxija jbiegħu d-drogi ġewwa l-ġnien tas-Spinola f’San Ġiljan jew dawk li jħossuhom li huma xi ‘king’ ta’ ċertu lokalitjiet, għadhom fostna?


Mill-ġdid nemmen li l-Gvern li jiftaħar li huwa Soċjalist, qiegħed jimxi b’żewġ rigiet jew kif jgħidu l-Inglizi, ‘two weights and two measures’.


Imma l-punt li nixtieq niġbet l-attenzjoni fuqu f’dan l-artiklu huwa li b’dispjaċir ninota li l-ONE News għamel rapport fuq dan id-diskors u mhux biss dawwar dak li għidt, imma spiċċa biex xewwex lis-segwaċi tiegħu. Dan wassal biex it-trolls – jiġifieri dawk li jikkumentaw – ħarġu bi ħġarhom. Diversi kienu l-kummenti mhux biss kienu negattivi u aggressivi imma anke kattivi u personali kemm lejn dawn it-tliet Etijopjani u kemm lejja.


Filwaqt li jiena ġejt mgħallem li ma naqax fil-livel baxx bħal ħaddieħor, u li ma nibżax mill-bullies u trolls huma bullies b’mod virtwali, IMMA l-punt tiegħi hawn huwa li dawn it-trolls qegħdin jagħmlu ħsara lid-demokrazija tagħna.


Filwaqt li kulħadd għandu dritt għal opinjoni tiegħu, imma ħadd ma għandu dritt li jgħajjar u jżebblah lil min ma jaqbilx miegħu. Li wieħed ma jaqbilx ma’ xi ħadd hija l-bażi tad-demokrazija. Li wieħed mingħajr ma jaqra’ dak li jkun hemm imma pront jikteb kummenti aggressivi u baxxi, mhux aċċettabbli.


Dan qed iwassal biex ma jkunx hawn diskussjonijiet maturi.


Filwaqt li kull deputat għandu dritt u saħanistra dmir li jesprimi l-fehma tiegħu, imma huma diversi dawk deputati li qegħdin iħossuhom ikunu intimidati, kundizzjonati u mbeżża’ minn dawn it-trolls.


Dan qed iwassal biex id-Deputati joqgħodu lura, għaliex ma jridux jispiċċaw mira ta’ dawn it-trolls.


Meta jiġri dan, allura l-istess demokrazija tkun ikkundizzjonata minn dawn it-trolls.


Dan mhux qed jiġri biss f’pajjiżna imma anke f’pajjiżi oħra fejn l-aġenda politika qegħdha tkun kundizzjonata minn dawn it-trolls li jikkundizzonaw id-diskors u l-fehma ta’ oħrajn. Jekk wieħed jara’ x’qed jiġri fl-USA, wieħed jifhem xi ħsara qegħdha ssir lid-demokrazija Amerikana.


Filwaqt li nifhem li kull media house għandha l-aġenda tagħha, imma kull media house trid tifhem UKOLL ir-responsabbiltà kbira li hija għandha li twassal il-verità. Il-media – kull media – ma tistax, biex takkwista points politiċi, tispiċċa xxewwex lin-nies u ma tirraportax rapport oġġettiv. Meta nxewwxu lil poplu, allura l-poplu jixxewwex u jispiċċa jinfired aktar.


Ikun kollu ipokrezija meta mbagħad noqgħodu nitkellmu fuq l-għaqda ta’ bejnietna u l-bżonn li ma nħallux kliem ta’ mibgħeda fostna!


Konklusjoni


Filwaqt li nifhem li s-suġġett dwar ir-refuġjati huwa wieħed li jġib opinjonijiet differenti u emozzjonijiet differenti, imma tajjeb li niftakru wkoll li ma nħallux it-trolls ikkundizzjonaw id-diskorsi politiku u l-aġenda fil-parlament.


Dan mhux xi attakk fuq l-espressjoni tal-libertà imma appell sinċier.


Għaldaqstant, nagħmel appell lil media houses kollha u l-ġurnalisti kollha biex jifhmu li filwaqt li tajjeb li jagħmlu xogħolhom, għaliex permezz ta’ xogħolhom huma jsaħħu d-demokrazija, imma ma jistgħux jagħtu lok biex ħaddieħor jinfexx jitgħajjar u jżeblaħ lil ħaddieħor sempliċiment għaliex għandu opinjoni differenti.


OPINJONI DIFFERNT, IVA.

TGĦAJJIR U TIXWIX, LE.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 5 t' Ottubru, 2025)

BACK
bottom of page