top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ġimgħa ħażina

  • manuelschembri
  • Jul 2, 2016
  • 4 min read

F'dinja li aktar ma jmur aktar qiegħda ssir villaġġ wieħed, u meta l-popli kollha qegħdin iħossu l-bżonn li jkunu aktar viċin ta' xulxin, din id-deċiżjoni tmur kontra dan il-kurrent ta' ħsieb. Fuq livell ta' ekonomija, kummerċ, politika barranija u kultura, ir-Renju Unit iddeċieda li jimxi waħdu.


ree

Nistqarr li din il-ġimgħa kienet ġimgħa ħażina għar-Renju Unit. Dan mhux biss għaliex tilfu l-logħba futbol ma’ tim mill-Iżlanda waqt il-Kampjonat Ewropew, imma għaliex b’maġġoranza żgħira ddeċidew li r-Renju Unit joħroġ mill-Komunit. Ewropea wara 40 sena bħala membru sħiħ.

Ir-Renju Unit huwa pajjiż li ħadem qatigħ biex ikun hawn l- Ewropa ħielsa u magħquda tal-lum. Dan il-pajjiż ċarċar demmu għal diversi oħrajn li jgħixu fl-Ewropa. B’hekk, dan il-kontinent baqa’ ħieles mill-morsa tan-Nażiżmu u l-Faxxiżmu. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ir-Renju Unit ħadem qatigħ mhux biss biex jgħin fil-bini mill-ġdid ta’ tant pajjiżi mfarrka (fosthomMalta), imma ħadem biex il-Komuniżmu ma jaħkimx lill-Ewropa.

Barra minn hekk, ir-Renju Unit flimkien ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn, ħadem biex ikollna l-kwalità ta’ ħajja u d-demokrazija li llum ilkoll qegħdin ingawdu.

Dan jista’ jingħad għal pajjiżna wkoll. Malta kienet kolonja għal madwar 200 sena. Għalkemm Malta kienet pajjiż maħkum, din ilħakma ma kinitx waħda brutali bħalma kellhom pajjiżi oħra.

GħalkemmMalta fl-1964 saret indipendenti (grazzi għall-Partit Nazzjonalista), xorta bqajna nżommu relazzjonijiet eċċellenti mar- Renju Unit. Meta mbagħadMalta saret membru sħiħ tal- Komunità Ewropea (grazzi mill-ġdid għall-Partit Nazzjonalista), Malta u r-Renju Unit kienu ħadmu bħala kollegi u ħbieb antiki.

Id-deċiżjoni tal-maġġoranza fir-Renju Unit li joħorġu lil pajjiżhom hija ta’ xokk kbir. Diversi ma kinux qegħdin jistennew din id-deċiżjoni. Il-komunità Ewropea, mingħajr ir-Renju Unit, mhix se tkun l-istess. Min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit, mingħajr il-komunità Ewropea, se jispiċċa jkun pajjiż iżolat u magħluq fih innifsu.

F’dinja li aktar ma jmur aktar qiegħda ssir villaġġ wieħed, u meta l-popli kollha qegħdin iħossu l-bżonn li jkunu aktar viċin ta’ xulxin, din id-deċiżjoni tmur kontra dan il-kurrent ta’ ħsieb. Xi jfisser dan? Ifisser li fuq livell ta’ ekonomija, kummerċ, politika barranija u kultura, ir-Renju Unit iddeċieda li jimxi waħdu. Fid-dinja tal-lum dan mhuwiex possibbli aktar. Hija ħasra li dan il-pajjiż mhux se jibqa’ madwar il-mejda fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. U hawn toħroġ biċ-ċar il-mentalità ta’ dawk li vvutaw għal barra.

Skont ir-riżultat, dawk li għandhom aktar minn 60 sena vvutaw bi ħġarhom biex ir-Renju Unit joħroġ. Min-naħa l-oħra, iż-żgħażagħ u oħrajn li jgħixu fi bliet kbar, bħal Londra, ivvutaw biex jibqgħu. Dan mhux biss jindika qasma kbira bejn il-ġenerazzjonijiet, imma jikxef żewġ mentalitajiet u żewġ kulturi. Il-tradizzjonali kontra l-moderniżmu. Il-villaġġi rurali kontra l-bliet kożmopolitani.

Jidher li dawk li għandhom iktar minn 60 sena jista’ jkun għad għandhom in-nostalġija ta’ Renju Unit fil-glorja ta’ żmien l-Imperu Brittaniku u li jgħixu żminijiet mudlama tat-Tieni Gwerra Dinjija. Waħda mill-għanjiet patrijottiċi hija ‘Rule Brittania. Brittania rules the waves’. Hija għanja tal-glorja tal-Imperu! Matul il-kampanja għar-referedum, dawk li kienu kontra s-sħubija kienu jużaw slogans bħal ‘Give us back our country’ – ‘Agħtuna lura lpajjiż’.

Il-ħsieb tagħhom huwa li jekk ir-Renju Unit joħroġ mill- Komunità, ir-Renju Unit jieqaf jieħu ordnijiet minn Brussell u jerġa’ jkun hu li jieħu d-deċiżjonijiet kollha. Dawn il-votanti ma setgħux jifhmu kif minn pajjiż li kien superpotenza ta’ imperu li jmexxi lil pajjiżi oħrajn, jispiċċa jitmexxa minn min tilef il-gwerra! Toħroġ biċ-ċar il-mentalità ta’ superjorità u n-nostalġija tal-passat ta’ imperu li spiċċa. Imma possibbli, dawn l-anzjani, meta vvutaw, ma ħasbux ftit fin-neputijiet tagħhom u forsi fi wliedhom stess li qegħdin jgħixu f’dinja totalment differenti? Ma ġabux quddiem għajnejhom tant żgħażagħ li issa se jkollhom inqas opportunitajiet ta’ studju u ta’ xogħol fl-Ewropa? Hija irresponsabbiltà kbira ta’ dawk il-politiċi li biex jakkwistaw il-voti għamlu appell għan-nostalġija. B’hekk, diversi spiċċaw ivvutaw b’qalbhom minflok b’moħħhom!

Raġuni oħra li ġiegħlet lil diversi jivvutaw kontra s-sħubija hija l-problema tal-immigrazzjoni. Din hija problema serja u komplessa li ma hemmx soluzzjonijiet faċli għaliha. Ikun verament irresponsabbli jekk xi ħadd jaħseb li għandu xi soluzzjoni fil-but.

Xejn mhi faċli għaliex wieħed qiegħed jitkellem fuq problema umana komplessa u li għandha għeruq fondi. Imma jekk wieħed irid ikun onest, ma jistax ma jgħidx li l-inqas li għandhom biex jitkellmu fuq dan is-suġġett huma proprju l-Ingliżi!

Waħda mir-raġunijiet li għalihom hawn dan il-moviment ta’ nies fid-dinja ġejja bħala effett dirett tal-kolonjaliżmu. Il-kolonjaliżmu wettaq ħafna ħsara u inġustizzja. Għalkemm il-kolonjaliżmu offra ċerta stabbiltà politika, ħalla wkoll ħafna miżerja u faqar. Matul is-sena u nofs li fihom wettaqt xogħol fil-Kenja, dan rajtu b’għajnejja u missejtu b’idejja!

Għalkemm nirrispetta din id-deċiżjoni demokratika, nemmen li din id-deċiżjoni se tagħmel il-ħsara lill-poplu Ingliż stess, mhux biss fuq livell ekonomiku, hekk kif l-isterlina diġà ħadet daqqa ’l isfel, imma anke fl-istess għaqda tar-Renju Unit. Fil-fatt, l-Iskozja trid l-indipendenza waqt li l-Irlanda ta’ Isfel trid tingħaqad mar-Repubblika Irlandiża.

Din id-deċiżjoni se tagħmel il-ħsara lil Malta wkoll, kemm fuq livell ta’ turiżmu, kummerċ u anke lil tant studenti li jmorru biex jistudjaw hemm.

Għaldaqstant, huwa ta’ min ifaħħar liż-żewġ mexxejja politiċi tagħna li qalu li se jaħdmu flimkien biex iħarsu l-interessi ta’ pajjiżna. Ikun ta’ ħsara nazzjonali jekk xi bravu, biex forsi jingħoġob, joħroġ bl-idea li Malta jmissha tagħmel l-istess! L-interess nazzjonali ta’Malta hu li tkun fl-Unjoni Ewropea. Malta fil-Komunità Ewropea hija esperjenza pożittiva.

Jekk ma jsirx hekk, allura l-ġimgħa ħażina li kellhom l-Ingliżi tispiċċa tkun ġimgħa ħażina għalina wkoll!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 3 ta' Lulju, 2016)

BACK
bottom of page