top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Wens

  • Aug 2, 2015
  • 3 min read

L-akbar wens lill-anzjani huwa s-serħan il-moħħ permezz tal-pensjoni.



L-ebda persuna mhi maħluqa biex tgħix waħedha. Ilkoll għandna bżonn lill-oħrajn – imqar persuna waħda li magħha nħossuna komdi biex naqsmu s-sabiħ u l-ikrah li toffri l-ħajja. Meta ma jseħħx dan, allura faċli li l-persuna tħossha qed tgħix f’deżert.

Persuna li tħossha waħedha titlef il-gost u l-ilwien tal-ħajja, tħoss aktar it-toqol tal-ħajja u tispiċċa tara kollox ikrah u vojt. Għal persuna waħedha, id-dinja tista’ tispiċċa. Is-solitudni hija esperjenza kerha. Tweġġa’ fil-laħam il-ħaj. Hija esperjenza li tista’ twassal għal diversi problemi akbar, inkluż mentali.

L-akbar kategorija ta’ persuni li jinsabu waħedhom hi dik tal-anzjani. Għalkemm wieħed jista’ jsib żgħażagħ u wkoll miżżewġin li minħabba diversi fatturi, jgħixu fissolitudni, l-anzjanit. hija l-aktar fażi tal-ħajja li fiha hemm ċans li wieħed jispiċċa waħdu. Huwa minnu li għandna diversi anzjani li minħabba l-karattru tagħhom, l-esperjenzi li ġarrbu u frott tal-politika favur l-anzjanità attiva, baqgħu jżommu ruħhom attivi.

Min-naħa l-oħra, minħabba l-età, l-istat ta’ saħħa, it-telf tal-persuni u ħbieb għeżież tagħhom, u diversi esperjenzi qarsa tal-ħajja, diversi anzjani jistgħu jispiċċaw f’solitudni kbira. Diversi anzjani jistqarru li s-solitudni hija l-aktar ħaġa li tweġġagħhom. Għalkemm tul il-jum isibu kif jgħaddu l-ġurnata, huwa meta jiġi filgħaxija, xħin jiġu biex jagħlqu l-bieb warajhom, li jħossuhom l-aktar waħedhom. Oħrajn li jgħixu fid-djar tal-anzjani, is-solitudni jgħixuha fis-silenzju tal-qalb u l-memorji tagħhom.

Quddiem dan kollu, is-soċjetà ċivili trid tieqaf mill-ġirja sfrenata tal-ħajja u tiskopri l-valur tal-wens. Il-kelma ‘wens’ hija kelma profonda. Tiġbor valuri oħrajn flimkien. Wens ifisser serħan tal-qalb u l-moħħ. Ifisser solidarjetà. Ifisser empowerment. Ifisser appoġġ, kelma ta’ kuraġġ u faraġ. Ifisser preżenza, telefonata minn darek lil anzjan qribek.

Dan huwa l-mod kif is-soċjetà turi l-apprezzament lejn il-ħidma ta’ dawn l-anzjani. Wara kull wiċċ ta’ anzjan – li forsi tilef is-seħer taż-żgħożija – hemm stejjer ta’ ħidma, esperjenzi ta’ tbatija u suċċessi, mard, sagrifiċċji, ħiliet varji u storja Maltija. Malta tal-lum hija mibnija fuq Malta tal-bieraħ. Hekk kif Malta ta’ għada hija mibnija fuq Malta tal-lum. Ilkoll ħolqa f’din il-katina Maltija. Waqt li nuru l-valur tal-wens lill-anzjani tagħna, qegħdin ngħallmu dan il-valur lil uliedna, iċ-ċittadini ta’ għada. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ wens muri lill-anzjani tal-lum jista’ jfisser li qed niżirgħu ż-żerriegħa għal nuqqas ta’ wens għalina, l-anzjani ta’ għada!

Politika ta’ wens


Il-politika hija mfassla biex tkun l-aħjar mod li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-iskop aħħari tal-politika (u allura ta’ kull politiku), huwa li joffri politika u strutturi ta’ wens meħtieġa liċ-ċittadini kollha – minn meta jkunu trabi sakemm dawn jilqgħu l-anzjanit. tagħhom. Matul il-mixja tagħna bħala pajjiż demokratiku, kull min kellu r-responsabbiltà tat-tmexxija tal-pajjiż ħaseb biex jagħti d-dinjit., is-serħan il-moħħ u l-wens meħtieġ lill-anzjani.

Il-PN tul is-snin fit-tmexxija ħadem qatigħ biex jagħti dan il-wens. Dan għamlu b’diversi inizjattivi u skemi – djar moderni għall-anzjani, shelters ta’ matul il-jum u ta’ billejl, servizz ta’ ‘meals on wheels ’, servizzi varji fil-komunità, programmi b’risq anzjanità attiva u skemi finanzjarji.

Tul iż-żmien li domt Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad- Djar, waħda mill-iskemi li ħdimt kienet biex l-anzjani

jibqgħu fil-komunità. Din l-iskema ‘Nirranġa d-dar tiegħi’ kienet tgħin lil sidien anzjani biex jirranġaw darhom għar-realtajiet ġodda li ġġib l-anzjanità. Din hija forma oħra ta’ wens.

Imma l-akbar wens lill-anzjani huwa s-serħan il-moħħ permezz tal-pensjoni. Għalkemm fil-kwistjoni tal-pensjonijiet hemm diversi problemi ta’ sostenibbiltà, żgur li lkoll irridu nsibu mod kif l-anzjani, ta’ issa u ta’ għada, ikollhom wens ekonomiku.

Preżentement, inħoss li l-anzjani huma l-aktar persuni f’riskju ta’ faqar u vulnerabbilt.. Il-medja tal-pensjoni hija madwar €450 fix-xahar, jiġifieri medja ta’ €110 fil-ġimgħa! Waqt li hawn min hu mejjet fis-sakra b’xi €13,000 fix-xahar, oħrajn iridu jgħixu b’€450! Din hija inġustizzja soċjali.

Il-PN irid ikompli jaġġorna l-politika tiegħu li toffri wens, aktar u aktar meta l-Partit Laburista qiegħed jitbiegħed mill-għeruq tiegħu. Partit li jitbiegħed mill-għeruq huwa partit li jitlef mhux biss l-identità imma wkoll il-ġewwieni tiegħu. Il-PN għandu jkompli jinsisti li joffri wens lil kull persuna u dan għandu jiġi l-ewwel!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 2 ta' Awwissu, 2015)

BACK
bottom of page