top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
I uphold the politics of values

I uphold the politics of values

Politics is about upholding the common good and empowering people, especially the most vulnerable, to go through their life journey with dignity, writes Albert Buttigieg. Labour’s environmental track record is abysmal.

17/05/26

The right to sleep

The right to sleep

Malta is a vibrant Mediterranean island fiercely proud of its roots, traditions and culture. However, an increasing number of residents are frustrated by excessive commercial noise. Such noise is not only disturbing their daily lives and their well-being but is undermining their right to a decent night’s sleep, which is one’s fundamental right.

07/05/26

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

MP Albert Buttigieg suggests parents should get paid to keep children at home instead of childcare. The number of childcare centres has increased sharply.

01/04/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Aktar minn saqaf

  • Apr 16, 2023
  • 3 min read

Min illum għandu bżonn housing mhux biss saqaf fuq rasu għandu bżonn, imma wkoll għajnuniet oħra biex jindirizza diversi vulnerabbiltajiet soċjali oħra li jista' jkollu.


Credit: Shutterstock.com

Dan l-aħħar kelli opportunità oħra li nindirizza lill-Parlament, din id-darba fuq housing soċjali. Nistqarr li l-housing soċjali għadda minn diversi tibdiliet matul is-snin. Inbidlet is-soċjetà u nbidlu l-isfidi soċjali u allura nbidlu l-għajnuniet offruti.


Imma għalkemm kien hemm dan it-tibdil kollu, il-gvernijiet kollha matul dan iż-żmien dejjem ippruvaw jagħtu support lil dawk il-persuni vulnerabbli biex ikollhom saqaf fuq rashom. Dan għaliex li persuna jkollha saqaf fuq rasha huwa meqjus bħala wieħed mid-drittijiet tal-bniedem. Imma l-vulnerabbiltajiet soċjali ta' 50 sena ilu mhumiex l-istess bħal vulnerabbiltà soċjali tal-lum.


Vulnerabbiltà soċjali matul iż-żmien


Il-vulnerabbiltà soċjali ta' 50 sena ilu, kienu koppji żgħażagħ li kien għadhom fil-bidu tal-ħajja miżżewġa tagħhom. F'dawk iż-żminijiet, il-banek kienu diffiċli biex isellfu l-flus u joħorġu loan kif jagħmlu llum. Illum, koppji żgħażagħ jistgħu joħolmu li jkollhom proprjetà jekk ikollhom loan mill-bank!


U allura dawn kienu jfittxu l-għajnuna tal-Gvern biex jingħataw appartament tal-Gvern. Fil-fatt, dawk li kienu koppji żgħażagħ ta' 20/25 sena, illum huma anzjani. Fil-qosor, fil-maġġoranza tal-każijiet ta' dawn il-koppji ma kellhom l-ebda problema soċjali imma aktar problema finanzjarja.


Imbagħad matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet, kien hemm diversi skemi biex persuni jsiru sidien ta' darhom. Il-Gvern offra art biex tinbiegħ bi prezz baxx. Ħafna llum għandhom darhom għaliex kien hemm din l-iskema.


Kien hemm ukoll skema biex l-inkwilini fil-binjiet tal-Gvern jixtru l-appartament tagħhom b'sussidju għoli. L-għan kien li minn inkwilin wieħed jista' jispiċċa sid ta' proprjetà. Dan mhux biss iservi bħala kapital imma wkoll meta wieħed huwa sid ikollu aktar responsabbiltà fil-kura ta' dawn l-appartamenti.


IMMA jekk wieħed jiġi għal-lum u jara min huwa fil-bżonn tal-housing soċjali, isib realtà differenti.


Il-vulnerabbiltà soċjali tal-lum


Illum il-ġurnata, il-persuni li jersqu għall-għajnuna huma persuni li għandhom mhux biss bżonn ta' akkomodazzjoni imma wkoll għandhom esperjenzi ta' numru ta' vulnerabbiltajiet. Jekk qabel kienu koppji żgħażagħ mingħajr flus, illum diversi klijenti tal-housing huma persuni li għandhom esperjenzi ta' vulnerabbiltajiet soċjali.


Qiegħed nuża t-terminu 'vulnerabbiltajiet soċjali' u mhux 'problemi soċjali' għaliex bit-terminu 'problemi soċjali' faċli ħafna li jkun hemm min iħares lejn dawn il-persuni bħala problematiċi u ta' piż. Dan iwassal għal ċerti preġudizzju u labelling.


Dawn il-persuni bi stejjer ta' vulnerabbiltà soċjali għaddew jew għaddejjin minn stejjer ta' weġgħat, addictions, abbużi, disfunctional relations u esperjenzi fil-ħabs, fost ħwejjeġ oħra. Allura dawn ifisser li għandhom bagalja tqila xi jġorru. Barra li għandhom bżonn ta' saqaf fuq rashom, għandhom bżonn ta' għajnuniet oħra fil-ħajja tagħhom.


Dan kollu jwassalni biex intenni li min għandu bżonn housing mhux biss saqaf fuq rasu għandu bżonn, imma wkoll għandu bżonn għajnuniet oħra biex jindirizza diversi vulnerabbiltajiet soċjali oħra li jista' jkollu.


Servizz ħolistiku


L-esperjenza turina li diversi klijenti ta' Housing, huma wkoll klijenti ta' Appoġġ, Support, Caritas, Sedqa eċċ. X'jiswa li wieħed jipprovdi saqaf lil persuna li għandha vizzju tax-xorb, nuqqas ta' xogħol jew inkella kienet abbużata? Għalkemm is-saqaf ikun pass 'il quddiem (solvejna parti mill-problema) IMMA faċli li wieħed iġib miegħu u fil-binja fejn ikun mar, il-problemi l-oħra li għandu.


Allura nsostni li hemm bżonn urġenti li noħolqu qafas legali u amministrattiv biex ikun hemm din is-sinerġija bejn l-entitajiet soċjali oħra. B'hekk ikun CARE PLAN ħolistiku. Din il-persuna x'inhuma l-bżonnijiet tagħha? X'inhi l-istorja/bagalja tagħha? Għandha bżonn saqaf? Xogħol? Support soċjali u psikoloġiku?


Biex ikun hemm dan il-care plan ħolistiku u jekk il-klijent huwa komuni għal entitajiet oħra, dan għandu jwassalna biex ikun hemm COMMON DATA BASE. B'hekk nevitaw duplikazzjoni. Dan jiġri fis-settur tas-saħħa, fejn it-tabib għandu aċċess għal storja/files kollha tal-pazjent.


Ghettoization?


Mela jekk il-klijenti tal-lum tal-Housing, li fil-maġġoranza tal-każijiet huma persuni b'vulnerabbiltajiet soċjali, se niġbruhom kollha flimkien fil-binja waħda? Jekk nagħmlu dan, allura hemm riskju ta' ghettoization. Biex niftiehem aħjar, jista' wieħed jimmaġina x'jista' jiġri jekk f'klassi, it-tfal kollha jkunu kollha hyperactive?


Dan kollu jkompli jagħtini raġun kemm kienet valida meta konna fil-Gvern daħalna l-ISKEMA KIRI – fejn il-Housing jikri għand il-privat biex imbagħad jerġa' jwelli b'sussidju lill-klijenti tiegħu.


Għaldaqstant, nieħu gost nara li Gvern Laburista, wara li kien tant ikkritika din l-iskem kiri (u għamilli ħajti infern meta kont il-Kap Eżekuttiv tal-Housing), illum biddel fehmtu, u l-Ministru jispiċċa jitkellem pożittiv fuq din l-iskema.


Nistaqsi: Fil-binjiet ġodda, il-Gvern kien se jara li ma jkunx hemm dan il-ghettoization?


Konklużjoni


L-istat għandu responsabbiltà li jkun jaf min huma l-persuni fit-tarf tas-soċjetà tagħna u jipprovdi servizz ħolistiku. Dawn il-persuni għandhom bżonn aktar minn saqaf fuq rashom!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 16 t' April, 2023)

BACK
bottom of page