top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Dak li jgħaqqadna

  • manuelschembri
  • Aug 4, 2018
  • 3 min read

Fir-rikonċiljazzjoni hemm l-għaqda u fl-għaqda hemm is-saħħa.



Il-kelma ‘rikonċiljazzjoni’ mhix kelma ġdida filvokabularju tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista fis-snin 80 ħadem qatigħ biex ikun il-partit tar-rikonċiljazzjoni. Wara snin ta’ tmexxija Soċjalista, il-pajjiż kien prattikament maqsum fi tnejn.


Meta l-Partit Nazzjonalista ġie fdat bit-tmexxija ta’ pajjiżna, b’mod partikolari Eddie Fenech Adami ħadem biex idewwi l-feriti miftuħa li ġabet din il-qasma matul is-snin. Għalkemm il-ġerħa tal-firda ma ngħalqix kompletament, pajjiżna għix għal diversi snin fl-għaqda u fis-serenita.

Għaliex nemmen fil-politika tal-onestà ma nistax ninħeba wara subgħajja. Nistqarr b’qalb imtaqla’ li din is-sejħa għal rikonċiljazzjoni hija meħtieġa issa fil-Partit Nazzjonalista. Għaldaqstant għandna bżonn urġenti li ngħixu mumenti ta’ rikonċiljazzjoni.

Hemm min forsi jistaqsi, xi tfisser ‘esperjenza ta’ rikonċiljazzjoni’?

Rikonċiljazzjoni ma tfissirx li naħa jew oħra jieqfu jaħsbu kif jaħsbuha. Ma tfissirx li wieħed jagħlaq ħalqu biex iżomm il-paċi. Din hija ‘paċi’ artifiċjali u ma ddumx ħafna fit-tul. Dan narawh jiġri fil-koppji meta biex attaparsi tinżamm il-paċi bejniethom, naħa tispiċċa tevita jew inkella titkellem millinqas ma’ xulxin. Rikonċiljazzjoni lanqas ma tfisser li wieħed jimponi fuq ħaddieħor l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu/tagħha bi skuża biex tinżamm l-għaqda.

Ir-rikonċiljazzjoni vera u sinċiera tfisser li:


Wieħed jaċċetta li hemm weġgħat u verament jixtieq jagħmel xi ħaġa dwar dawn il-weġgħat. Fejn hemm rieda tajba, hemm soluzzjoni;

Wieħed jaċċetta li m’għandux raġun jew tort f’kollox. Kull naħa għandha ftit raġun u ftit tort. Għaldaqstant, wieħed jagħmel tajjeb li jisma’ l-istorja ta’ ħaddieħor u jaċċetta li seta’ kien il-kawża ta’ dawn il-weġgħat. Is-suppervja qatt ma waslet imkien;

Wieħed irid jilqa’ kritika ġenwina. M’għandnix nibżgħu mill-kritika ġenwina. Hija l-kritika ġenwina li tista’ tgħinna nħossu l-polz tas-sitwazzjoni. Ikun żball kbir li kull kritika nifhmuha bħala attakk. Wieħed għandu jikkummenta fuq il-messaġġ u mhux fuq il-messaġġier! Ikun żball li persuni validi li lesti joffru kritika ġenwina jitwarrbu.

Wieħed għandu jitbiegħed minn dawk li huma aġenti ta’ firda u jħaddan dawk li huma strumenti ta’ għaqda. Sfortutament, ċertu persuni qegħdin jużaw il-mezzi soċjali jew strutturi oħra biex ikomplu jġibu l-firda. Donnu l-mezzi soċjali saru fejn il-persuna toħroġ il-vomtu tagħha! Donnu kulħadd sar awtorita u l-opinjoni tiegħu/tagħha saret tiswa aktar mill-vanġelu.

Fir-rikonċiljazzjoni wieħed għandu bżonn jaħfer, jaċċetta li jagħmel kompromess u joffri l-id ta’ ħbiberija. Meta wieħed jagħmel dan mhux qiegħed iwassal sinjal ta’ dgħjufija imma għal kuntrarju, qiegħed iwassal messaġġ ta’ kuraġġ u maturita. Ħadd m’għandu jħossu barranin jew eżiljat!

Fl-aħħarnett, rikonċiljazzjoni sinċiera tfisser li wieħed għandu jfittex aktar li jqgħaqqadna milli dak li jista’ jifridna. Ir-rikonċiljazzjoni tfisser li weħed jaċċetta li biex nimxu ’l quddiem għandna bżonn lil xulxin. Għaldaqstant għandu jkun hemm tfixxija għal dak li huwa komuni u hemm qbil fuqu. Hemm bżonn tfitxija għal dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna. Nistqarr li fil-partit hemm aktar ħwejjeġ li naqblu dwarhom milli dak li ma naqblux. Irridu għaldaqstant nibnu fuq dak li jgħaqqadna. Ilkoll naqblu li l-avversarju politiku tagħna huwa Joseph Muscat u l-qerq tiegħu. Ilkoll naqblu li hawn persuni li qegħdin jgħixu f’riskju ta’ faqar waqt li oħrajn qegħdin jistanew. Ilkoll naqblu li mhux aċċettabbli li wieħed

ikompli jibni mingħajr kontroll. Ilkoll naqblu li tal-qalba qegħdin ipappuha waqt li oħrajn qegħdin lura.


Ilkoll naqblu li s-servizzi finanzjarji tagħna qegħdin jingħataw isem ħażin. Ilkoll naqblu li filwaqt li l-Gvern jiftaħar bis-surplus, hawn defiċit etiku, ta’ xejn mhu xejn. Ilkoll naqblu li tant anzjani qegħdin ibatu l-faqar.


Ilkoll naqblu li l-edukazzjoni tagħna mhix qiegħda tkun preparazzjoni għal ħajja. Ilkoll naqblu li l-korruzzjoni hija rampanti. Ilkoll naqblu, għax hu fatt, li Kieth Schembri u Konrad Mizzi għandhom kontijiet sigrieti barra minn Malta u dan mhux aċċettabbli. Ilkoll naqblu li rridu nkomplu l-ħidma tagħna biex inkunu tassew nafu min huwa ssid jew siden tal-EGRANT!

Din tfisser ir-rikonċiljazzjoni.

Fil-firda m’hemmx qligħ!

Min-naħa l-oħra fir-rikonċiljazzjoni hemm l-għaqda u fl-għaqda hemm is-saħħa.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 5 ta' Awwissu, 2018)

BACK
bottom of page