top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Dar maqsuma?

  • manuelschembri
  • Nov 19, 2017
  • 3 min read

Updated: Jun 8, 2021

Il-kritika ġenwina tista' biss tibnina u ssaħħaħna. Il-kritika ġenwina tagħmilna aktar sodi f'fehmietna.


ree

Din hija mistoqsija li diversi Nazzjonalisti ġenwieni qegħdin jistaqsu. Għaliex nemmen fl-onesà u ma nħobbx ninħeba wara subgħajja, nistqarr li għandna nkunu umli, kuraġġużi u fuq kollox, onesti ma’ xulxin u nammettu li sfortunatament, il-Partit Nazzjonalista għaddej minn mumenti xejn feliċi. Mingħajr forsi ma jrid, il-Partit fir-realt. qiegħed iwassal messaġġ li jinsab f’dar maqsuma!

Iż-żewġ telfiet ‘kissrulna’ l-moral, l-elezzjonijiet interni, b’mod partikolari dawk tal-kap u tal-eżekuttiv, ġellduna. Nazzjonalist spiċċa jitgħajjar u jwarrab Nazzjonalist! Dan qiegħed ngħidu b’għafsa ta’ qalb.

Billi wieħed jipprova jdaħħal rasu fir-ramel, il-problema tikber tista’. Għaldaqstant, l-ewwel pass ta’ fejqan huwa li wieħed jammetti li għandu problema! It-tieni pass huwa li jkun lest li jagħmel xi ħaġa dwarha!

Kull min għandu esperjenza fil-counselling tal-koppji, jaf li ġeneralment, l-ebda naħa ma għandha tort jew raġun kompletament. Kif jgħidu bl-Ingliż: it takes two to tango. Lesperjenza turina li ż-żewġ naħat ikunu taw il-kontribut tagħhom! L-esperjenza fil-counselling turina wkoll li biex wieħed jipprova joffri soluzzjoni aħħarija, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hija li jipprova jifhem liż-żewġ naħat u jara s-sitwazzjoni bil-lenti ta’ dik in-naħa.

Biex nifhmu aħjar dak li qiegħed iseħħ fostna bħala Partit, tajjeb li wieħed, fil-kalma u mingħajr l-ebda emozzjonijiet żejda, jipprova jifhem id-diversi vuċijiet. Li wieħed jipprova jsikket jew iwarrab dawn il-vuċijiet, mhux biss ma jasal imkien imma jkun qiegħed jagħmel aktar ħsara u jġib aktar firda. Għaldaqstant, nagħmlu tajjeb li nifhmu aktar milli nikkundannaw u nwarrbu.

Nemmen li hemm ċerta suppervja politika li qiegħda tgħammad għajnejn diversi nies. Bħal kull suppervja, is-suppervja politika (li jbati minnha anke JosephMuscat) ma tħallikx tara u tisma’ in-naħa l-oħra. Is-suppervja politika tgħidlek li jekk wieħed rebaħ, allura għandu jkaxkar kollox u lil kulħadd. Is-suppervja politika tgħidlek li dawk li huma jew li kienu kontrik, għandek tagħtihom il-ġenb jew turihom il-bieb ta’ barra. Is-suppervja politika ma taċċettax li titlef l-argument. Is-suppervja politika ġġiegħlek tagħlaq widnejk għall-opinjonijiet differenti u taħseb li kull kritika hija negattiva u b’aġenda moħbija biex tagħmel il-ħsara.

Tajjeb li nifhmu li jekk il-Partit irid jerġa’ jkun fit-tmexxija, allura għandu bżonn lil KULĦADD! L-ebda naħa jew oħra ma għandha s-saħħa weħedha. Tajjeb li nifhmu li l-ebda partit ma jitla’ fit-tmexxija bit-tesserati waħdu.Min-naħa l-oħra, l-ebda partit lanqas ma jiġi elett mingħajr il-vot tat-tesserati! Ejjew mela nibżgħu għal xulxin! Ejjew nieqfu nħarsu ikrah lejn xulxin! Il-ħars ikrah ma jiġbed lil ħadd. Ejjew ma nibżgħux mill-kritika, sakemm din hija waħda ġenwina! Il-kritika ġenwina tista’ biss tibnina u ssaħħaħna. Il-kritika ġenwina tagħmilna aktar sodi f’fehmietna. Fl-imgħoddi, il-Partit Nazzjonalista tkellem u ħadem qatigħ fuq il-bżonn tar-rikonċiljazzjoni fost il-Maltin. Dan seħħ wara li l-pajjiż kien għadda minn mumenti iebsa fil-mixja demokratika.

Hemm bżonn li issa din l-għajta ta’ rikonċiljazzjoni terġa’ tissemma’ u titħaddem fostna. Il-Partit għandu bżonn ir-rikonċiljazzjoni għaliex fl-għaqda biss hemm is-saħħa.

Għaldaqstant, qiegħed nistieden lit-tmexxija l-ġdid (li fuqha tistrieħ ir-responsabbiltà ewlenija) li toħloq struttura li fiha jkun hemm proċess ta’ fejqan u ta’ rikonċiljazzjoni. Persuni politiċi li jgawdu l-fiduċja ta’ kulħadd, bħalma huma Louis Galea, Joe Borg u Tonio Borg, fost l-oħrajn, għandhom jiġu mitluba biex jgħinu f’dan il-proċess. Għandna bżonn politiċi li huma ambaxxaturi tal-paċi u mhux aġendi ta’ firda u inkwiet.

Ktibt dawn il-kelmiet bi spirtu onest. Napprezza jekk il-qarrejja jaqrawhom bl-istess spirtu! Nemmen bis-sħiħ li Malta għandha bżonn lill-Partit Nazzjonalista b’saħħtu quddiem il-korruzzjoni sistematika tal-Gvern Laburista. Għaldaqstant, napprezza li ħadd ma juża kliemi biex isawwat naħa jew oħra!

Nemmen fil-politika tal-għaqda għaliex jingħad li dar maqsuma fiha nnifisha ma żżommx sħiħ fit-tul u fl-aħħar tiġġarraf u kbira tkun it-telfa.

Dan mhuwiex kliemi imma kliem ta’min wieħed joqgħod fuqu!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 19 ta' Novembru, 2017)

BACK
bottom of page