top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

F’dawn il-ġranet fil-Parlament tkellimna dwar il-lingwa tas-sinjali għal persuni nieqsa mis-smigħ, u fuq il-ħtieġa li jkun hemm interpreti li jkunu kwalifikati bil-warrants biex hekk jintlaħaq livell ta’ professjonalità. Credit: Shutterstock.com Fid-diskors tiegħi tkellimnt li l-lingwa tas-sinjali ilha tkun mgħallem f’pajjiżna lura minn 1950. Fl-2016 ġiet approvata bħala lingwa uffiċċjali, flimkien mal-Malti u l-Ingliż. Imma għalkemm matul dawn is-snin saru diversi passi ’l quddiem, imma bejn...

07/11/25

Overcoming invisible barriers

Overcoming invisible barriers

Children deserve all the opportunities they may get to reach their full potential. Let us put our money where our mouth is and walk the talk. Credit: LightFieldStudios / Envato.com Children are our future. What we decide today will impinge on their future. In other words, their future depends on the decisions we take today. That children deserve all opportunities they may get, to reach their full human potential, is a statement that we can all concur with. However, children who are...

04/11/25

Trolls theddida għad-demokrazija?

Trolls theddida għad-demokrazija?

Dan l-aħħar għamilt diskors f’dan il-ħin tal-aġġornament dwar id-deċizjoni tal-Gvern Laburista li jiddeporta tliet Etijopjani li kienu ilhom f’Malta għal dawn l-aħħar 15 u 18 ‘il sena.

06/10/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Djar tal-ħġieġ

  • manuelschembri
  • Nov 8, 2015
  • 3 min read

Simon Busuttil, b'differenza għall-Prim Ministru, ħa minnufih il-passi. Hu stqarr ukoll li lest li jkompli jieħu dawk il-passi meħtieġa. Ħadd mhu 'l fuq mil-liġi tal-integrità politika. Din hija l-politika li qed tagħmel u se tkompli tagġmel differenza bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista.


ree

F'dawn is-sentejn u nofs tat-tmexxija Laburista, kellna sensiela ta’ skandli. Biżżejjed insemmu l-iskandli ta’ Cafè Premier, l-iskandlu tal-eks- Ministru Manuel Mallia jew ta' Strada Zekka. Wieħed ma jistax ma jsemmix lanqas diversi ħatriet u psewdo kunsulenzi lil tal-qalba, kollha b’pagi u perkaċċi skandalużi. L-aħħar skandlu li qiegħed jifni lit-tmexxija Laburista ġej mill-ħruġ tal-visas mogħtija minn eks-Ambaxxatur fl-Alġerija. Wara l-iskandli tal-ħruġ tal-visas Libjani u ntriċċi li jidher li kien imdaħħal sew fihom Joe Sammut, eks-teżorier tal-Partit Laburistta, issa jmiss l-visas mill-Alġerija. Donnu l-Gvern Laburista ma jistax jieħu r-ruħ mill-iskandli. Wieħed wara l-ieħor. Wieħed isbaħ mill-ieħor. Wieħed inessi lill-ieħor. Quddiem dan kollu, il-Prim Ministru jidher li waqa’ fil-muta. Editorjal fuq gazzetta lokali laqgħat il-musmar fuq rasu meta staqsa fejn huwa u x’se jagħmel il-Prim Ministru quddiem laħħar skandli?

F’dan il-kuntest kollu, il-ġimgħa li għaddiet tħabbar il-każ sfortunat ta’ Joe Cassar. Qiegħed nuża l-kelma ‘sfortunat’ għaliex ħadd ma jieħu gost jisma’ b’dawn l-istejjer, aktar u aktar meta l-persuna nvoluta hija meqjusa u miżmuma bi stima. Ninsab ċert li l-Joe Cassar huwa kapaċi jiddefendi lilu nnisfu. Il-verità teħlisna. Imma huwa importanti li nibqgħu nsostnu li l-abjad jibqa’ abjad u l-iswed jibqa’ iswed. Jekk dak li ntqal huwa minnu, allura hemm prezz x’wieħed irid iħallas. Din hija l-politika onesta. Politika ta’ integrità. Politika nadifa. Politika ta’ standards. Simon Busuttil, b’differenza għall-Prim Ministru, ħa minnufih il-passi meħtieġa. Hu stqarr ukoll li lest li jkompli jieħu dawk il-passi meħtieġa. Ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi tal-integrità politika. Din hija l-politika li qed tagħmel u se tkompli tagħmel differenza bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista.

Li niskanta u nibqa’ nitnixxef huwa li, filwaqt li l-Partit Laburista jagħżel li jagħmel ‘storja’ fuq dan il-każ,

idawwar l-attenzjoni tal-media kollha tiegħu (forsi l-poplu ma jibqax jiffukat fuq l-iskandli fi ħdanu?) u jibgħat lill-Ministru Cardona biex waqt konferenza stampa jagħti lecture fuq onestà politika lill-Partit Nazzjonalista, l-istess Partit jagħżel li jinsa li fi ħdanu hemm ferm u ferm aktar skandli serji. Il-Partit Laburista jagħżel li jkun selettiv.


Donnhom ċerti persuni wkoll huma selettivi meta jagħzlu biex ikkummentaw. Għalkemm dak li huwa ħażin jibqa’ ħażin u qatt ma għandu jkun ġustifikat imma bejn każ u ieħor hemm miljuni ta’ ewro differenza. Għaldaqstant jekk wieħed jagħżel jikkumenta fuq il-każ ta’ Cassar, għandu jkun biżżejjed kredibbli u konsistenti u jgħaddi l-istess kummenti fuq skandli oħrajn. Dak li jgħodd għal wieħed, għandu jgħodd għal ħaddieħor.

Imma donnu li l-Partit Laburista u dawk li jagħżlu li jikkummentaw jippreferu jagħżlu li ma jkunux kredibbli. Il-Partit Laburista jagħżel li jara biss it-tibna f’għajnejn ħaddiehor u jinsa t-travu li hemm f’għajnejh. Il-Partit Laburista donnu jagħżel li jitfa' l-ġebel meta huwa nnifsu jinsab jgħix f’dar tal-ħġieġ. Diversi Ministri u ‘ħbieb tal-ħbieb’ jinsabu jgħixu fid-‘djar tal-ħġieġ’. Biżżejjed wieħed isemmi lil Michael Falzon u r-rapport imħejji mill-Awditur imqabbad mill-istess Gvern. Dan ir-rapport sab li l-artijiet mogħtija lil Gaffarena bħala kumpens għal xiri tal-Palazzino fil-Belt ġew valutati ferm aktar milli dak mistenni. Biżżejjed li wiehed isemmi lil Ian Borg u li dan qiegħed jiġi investigat mill-Kumissjoni kontra l-Korruzzjoni dwar allegat abbuż ta’ poter!

Biżżejjed wieħed isemmi kif ingħataw 164 kuntratti ta’ kunsulenzi b’nefqa totali ta’ €3.2 miljuni u lil min dawn ġew mogħtija! Biżżejjed li wieħed isemmi kif ċerti persuni qegħdin jingħataw promozzjonijiet u ħatriet fl-entitajiet tal-Gvern. Per eżempju, fl-Awtorit. tad-Djar, il-23 post intern li kien hemm dan l-aħħar, ingħataw lil persuni li din il-gazzetta kienet żvelat isimhom ftit jiem biss wara li ħarġu s-sejħiet! Dan ifisser li qabel ma kienu saru l-interviews, il-persuni kienu diġ. magħżulha! Imma jekk wiehed irid jislet tagħlima li tgħodd għal kull min huwa fil-politika, inkluż għalija u għall-kollegi ġodda fil-Parit Nazzjonalista u anke fi ħdan il-Partit Laburista, hija li jekk irridu nsaħħu d-demokrazija, ejjew naraw lid-‘dar politika’ tagħna ma tkunx tal-ħġieġ! Għalkemm il-ħajja personali u ntima tagħna għandha tibqa’ tagħna, tibqa’ rispettata u mħarsa dejjem minn kulħadd, ejjew inżommu ‘l bogħod minn min jista’ issa jew ‘il quddiem jtellef l-integrità pubblika u l-onestà politika tagħna.


Meta jkollna politiċi li jgħixu fid-‘djar tal-ħġieġ’, ifisser li mhux biss il-partit u l-persuna li jkunu mhedda imma listess demokrazija f’pajjiżna.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 8 ta' Novembru, 2015)

BACK
bottom of page