top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Malta is burning

Malta is burning

Malta’s electricity failures expose the cost of putting short-term growth ahead of long-term planning, writes Albert Buttigieg. The government cannot claim to be surprised by rising temperatures or increasing electricity demand.

19/08/26

The rot runs deep

The rot runs deep

Malta needs renewed commitment to institutional independence, transparency and accountability, writes Albert Buttigieg. Democracy is not protected by silence but, rather, by people who care enough to stand up when principles are at stake.

10/08/26

Il-festi Maltin: Bejn il-fidi u l-folklor

Il-festi Maltin: Bejn il-fidi u l-folklor

Ix-xhur tas-sajf huma marbuta mal-istaġun tal-festi. Kważi f’kull belt u raħal f’Malta u f’Għawdex jiġu ċċelebrati festi f’ġieħ il-qaddis jew il-qaddisa patruna tal-lokalità.

06/08/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Għall-kapitlu li jmiss

  • Jun 30
  • 2 min read

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira.


It-tfal kollha kollha tagħna
Ritratt ta' Erika Lanzafame


Kull bidu fih it-tmiem


F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu.


Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni u għar-residenti. Dejjem għażilt li nagħmel politika ta’ valuri li tħares l-interessi tal-ĦAFNA aktar milli l-interessi tal-‘ftit’. Dan kien l-għan aħħari tiegħi.


Ninsab kburi li matul dan iż-żmien dejjem bqajt konsistenti mal-valuri tiegħi, anke meta ma kienx faċli li nagħmel dan jew kont taħt pressjoni biex ma nagħmilx hekk.


Dan ifisser li ħiereġ mill-kapitlu politiku kif dħalt, b’subgħajja dritti!


Għall-valuri li nemmen fihom lest inħallas kull prezz li hemm bżonn.


Madankollu, għalkemm ser nieqaf inkun politiku f’partit, xorta waħda se nkompli nkun attiv bħala ċittadin privat u se nibqa’ nsemma’ leħni b’mod assertiv u aktar liberu fuq temi li nemmen bis-sħiħ fihom. Dak li kont nemmen fih, ser nibqa’ nemmen fih. Din tfisser il-konsistenza.


It-temi għal qalbi huma: l-ambjent fis-sens wiesa’ tiegħu, l-għożża lejn l-annimali KOLLHA, il-ġustizzja soċjali u l-inklużjoni. Dan ser inkun qed nagħmlu permezz ta’ diversi ħidmiet fil-volontarjat u f’entitajiet oħra.


Min ħaseb li ser noqgħod nikbi xortija, qed jiżbalja. Għandna għajnejna fuq quddiem biex dejjem inħarsu ’l quddiem, aktar milli lura. Dejjem hekk kont u hekk ser nibqa’. Anzi, peress li issa m’iniex marbut ma’ ħadd, nista’ nkun aktar liberu biex inwassal l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tiegħi. Mhux l-ewwel darba li Membru Parlamentari, ta’ naħa jew oħra, ikollu joqgħod lura milli jesprimi ruħu għaliex jibża’ li jitlef xi vot jew inkella ma jibqax f’għajnejn tajba mal-Kap jew mal-partit.


Nirringrazzja lill-PN


Nirringrazzja lill-PN għall-opportunitajiet li tani biex inservi lill-komunità bħala viċi sindku u sindku f’San Ġiljan u bħala Deputat.


B’mod partikolari nsellem lil Simon Busuttil, li kien minn tal-ewwel li emmen fija u nkoraġġieni biex nagħmel dan il-pass fl-arena politika. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil numru ta’ kollegi oħra, miż-żewġ naħat, li ħdimt mill-qrib magħhom.


Grazzi lill-ħafna li dejjem kienu ta’ sostenn f’din il-mixja tiegħi, b’mod partikolari r-residenti ta’ San Ġiljan, il-mara u l-familja tiegħi.


Bil-Malti ngħidu, “meta jingħalaq bieb, jinfetaħ ieħor”.


Il-mixja u l-ħajja jkomplu… kif dejjem komplew!


Kif jgħidu bit-Taljan, ‘alla prossima’.


Għall-kapitlu li jmiss!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 26 ta' Ġunju, 2026)

BACK
bottom of page