top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Gvern dahru mal-ħajt?

  • Oct 22, 2023
  • 3 min read

Il-Partit Nazzjonalista flok iwaħħal u jkeskes kontra l-importaturi, qiegħed minflok jipproponi li jagħti l-appoġġ u s-sostenn.


Credit: Shutterstock

Din il-ġimgħa kelli l-opportunità li flimkien mal-kollega Mark Anthony Sammut nindirizza konferenza stampa f’isem il-Partit Nazzjonalista. It-tema ta’ din il-konferenza stampa kienet dwar l-għoli tal-ħajja u l-impatt li dan qiegħed iħalli.


Matul l-intervent tiegħi tkellimnt li l-għoli tal-ħajja mhux xi perċezzjoni jew inkella qiegħed jolqot fil-laħam il-ħaj lil xi kategorija tas-soċjetà u mhux oħra. Jidher ċar li kull kategorija tas-soċjetà tagħna qiegħdha ġġorr dan il-piż. S’intendi dawk li huma l-aktar vulnerabbli, bħal anżjani u single parents, qegħdin iħossuha ferm u ferm aktar.


Fil-fatt, biex dak li għidt ikollu bażi ta’ argument sod u mhux kliem fieraħ, ġbit l-attenzjoni għal studju professjonali li sar mill-General Workers Union. Dan l-istudju bl-isem: ‘A proposal towards the definition and estimate of the NATIONAL LIVING INCOME in Malta 2022’ jagħti stampa ċara tas-sitwazzjoni! F’dan ir-rapport/studju, jagħmel diversi kategoriji ta’ nies – bħal single parent b’wild wieħed, anzjani single, koppja b’wild wieħed jew aktar u koppja anżjani. F’paġna 74, ir-rapport jaħdem b’mod professjonali x’għandu jkun id-dħul tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod dinjituz. Għal aktar dettalji ara l-grafika numru 1.



Grafika numru 1

Imma l-aktar ta’ tħassib huwa li f’paġna 80 ta’ l-istess rapport, dan jagħti persentaġġ ta’ kemm hawn persuni f’kull kategorija msemmija li ma jlaħħqux ma’ dan id-dħul neċessarju – ara l-grafika numru 2.



Grafika numru 2

Pereżempju, single parent b’wild wieħed hawn 74% f’Malta li ma jaslux għal dan it-threshold u allura ma għandhomx ħajja diċenti! L-istess anzjani single, fejn hawn 71.6% minnhom li ma għandhomx dħul biżżejjed, filwaqt li koppji anzjani hawn 68.6% li ma għandhomx dan id-dħul!


Dan kollu jagħti stampa ċara li s-sitwazzjoni hija waħda serja u żgur li mhix aċċettabli.


Dan ikompli juri kemm il-Partit Nazzjonalista huwa korrett meta għal diversi xhur ilu jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern Laburista fuq dan.


Min-naħa l-oħra, il-Gvern Laburista jidher li ma għandu l-ebda idea x’jagħmel u jinsab daru mal-ħajt. L-esperjenza tal-ħajja turina li meta wieħed ikun daru mal-ħajt, wieħed jispiċċa jwaħħal f’ħaddieħor biex ma jidhirx li huwa t-tort tiegħu. Hekk qiegħed jagħmel il-Partit Laburista!


L-ewwel waħħal dan l-għoli tal-ħajja fil-Covid 19, imbagħad waħħal fil-gwerra fl-Ukraina. Għalkemm dawn huma fatturi li żgur li hemm qbil li ma għinux u kulħadd fehma din, IMMA l-Gvern ma jistax jibqa’ jaħsel idejh u jippunta subajh lejn ħaddieħor. Għaliex qiegħed ngħid dan? Għaliex issa l-Gvern wara li waħħal fil-Covid u fil-gwerra, ISSA qiegħed iwaħħal u jkeskes il-poplu kontra l-importaturi, jiġifieri dawk li jġibu l-prodotti tal-ikel minn barra.


Jekk il-gvern jaf li hemm xi abbuż minn xi impurtatur, dan għandu jirraportah lil MCCAA, li hija l-entità li tara li ma jkunx hemm abbuzi u allura jħalli l-istituzzjonijiet jaħdmu kif iħobb jgħid il-Gvern stess. Fl-istess waqt, din l-attitudni mhix tajba u tagħmel ħsara lil kulħadd!!


Kien għalhekk li kemm il-PN, diversi MEP tagħna u kemm ukoll diversi msieħba soċjali kellhom kliem iebes għal dan.


Il-Partit Nazzjonalista flok iwaħħal u jkeskes kontra l-importaturi, qiegħed minflok jipproponi li jagħti l-appoġġ u s-sostenn. Araw x’differenza! Fil-fatt, il-PN qiegħed jipproponi li jkun hemm fond ta’ għajnuna biex jgħin lil importaturi fl-ispejjez loġistiċi tagħhom – transport u storage. Nafu li ħafna drabi fid-dawl li hemm spejjeż kbar biex jinġibu u jinżammu l-prodotti tal-ikel, dawn l-ispejjeż jispiċċaw jgħaddu fuq il-konsumatur. Għaldaqstant, il-proposta tagħna qegħda tgħin lil importatur ma jkollux spejjeż akbar u allura l-prodotti tal-ikel ma jkomplux jgħolew!


Proposta oħra li l-PN qiegħed jagħmel hija li l-COLA – jiġifieri dik iż-żieda li tingħata kull sena biex tagħmel tajjeb għal għoli tal-ħajja – ma tkunx intaxxata! Jekk din is-sena, skont il-mekkaniżmu (maqbul b’mod storiku meta l-PN kien fil-Gvern) ser ikun ta’ €13 żieda, allura kulħadd għandu jieħu dan l-ammont u mhux inqas!!


Tajjeb li ngħid li din il-proposta mhux biss hemm qbil fuqu mall-kamra tal-kummerċ u l-UĦM imma issa anke l-istess GWU qegħdha taqbel ma’ din il-proposta!


Imbagħad ikollhom il-wiċċ jgħidu li l-PN huwa bla ideat u negattiv!


Dawn huma żewġ proposti biss minn oħrajn li ser inkunu qegħdin ngħidu fiz-żmien li ġej.


Il-PN jibqa’ impenjat li jkun hemm ġustizzja soċjali fejn mhux aċċettabli li min jitbażwar biex jasal sal-aħħar tax-xahar, u hemm min qiegħed jiffanga u jitħanżer minn fuq dar il-poplu. L-istejjer ta’ korruzzjoni li ta’ kull ġimgħa qegħdin jinħarġu, juru verament kemm il-PL spiċċa korrott.


Il-PL jinsab daru mal-ħajt. Il-PL ma jistax ikun is-soluzzjoni, għaliex huwa parti mill-problema għal dan l-għoli tal-ħajja fejn jippremja lil tal-qalba u lil korrotti, filwaqt liċ-ċittadini onesti jagħtihom il-loqom.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 22 t' Ottubru, 2023)

BACK
bottom of page