top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Francis as a mentor?

Francis as a mentor?

As October ends, I find myself reflecting on St Francis of Assisi and the 800th anniversary of his death.

25/10/26

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Ignoring what is happening in Gaza is not neutrality, but a failure of moral courage and a betrayal of universal human rights. For a growing number of people of conscience, silence is an act of cowardice.

20/10/26

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?

14/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ħarsa lura, ħarsa ‘l quddiem

Jan 12
2 min read

Ninsabu propju fl-ewwel jiem tas-sena 2026. Iż-żmien igerbeb. Ma jistenna lil ħadd.


It-tfal kollha kollha tagħna
Credit: Shutterstock.com

Għalkemm l-arloġġ tal-ħajja jkompli jdur mal-medda taż-żminijiet u ħadd ma jista’ jżommu, wieħed imma għandu jara kif qiegħed jgħix matul iż-żmien misluf lilu. Huwa fl-interess ta’ kull persuna li jara kif qiegħed iqatta’ dan iż-żmien. Persuna li ma tħarisx lura u tagħrbel sew kif għexet, tispiċċa ħafna drabi biex tirrepeti l-istess żbalji li tkun bkiet fuqhom!


Għaldaqstant, huwa importanti li filwaqt li ż-żmien għaddej wieħed jiżen il-ħajja tiegħu/tagħha.


Minbarra li hemm il-miżien li bih inkejlu u nwieżnu l-piż tal-oġġetti hemm ukoll il-miżien tal-ħajja. Il-miżien tal-ħajja jurina l-bilanċ ta’ dak li nkunu wettaqna waqt li jikxef ukoll l-iżbilanċ, dak li ma wettaqniex. Il-miżien tal-ħajja jurina t-tajjeb u l-ħażin, is-sabiħ u l-ikraħ, is-suċċessi u d-diżappunti, il-pożittiv u n-negattiv tal-ħajja tagħna.


Għaldaqsant fil-bidu ta’ sena oħra tajjeb li nwieżnu lilna nfusna.


Tajjeb li nistaqsu jekk l-2025 kinitx sena li fiha konna forza għat-tajjeb jew aġenti għal ħażin? Konna piż għal ħaddieħor jew inkella forċina għall-oħrajn? Matul is-sena 2025 għamilna pass ‘il quddiem? Sirna aktar persuni umani, b’qalb miftuħa għal ħaddieħor jew inkella konna biss ngħoddu ż-żmien b’mod passiv u egoist ? Matul l-2025, għexna jew inkella eżistejna?


Tajjeb li nsibu ħin u jkollna l-kuraġġ u s-sinċiera meħtieġa li nistaqsu dawn il-mistoqsijiet, kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell nazzjonali.


Fuq livell personali


Fejn mort tajjeb? Fejn inqast? X’kienu d-diffikultajiet li sallbuni ? X’immotivani matul is-sena l-oħra biex kuljum inqum u nagħti l-kontribut tiegħi? X’kienu s-suċċessi tiegħi? Kemm ħabbejt? Lil min weġġajt? X’kien il-kontribut soċjali tiegħi?


Personalment, bħala Deputat komplejt bil-ħidma tiegħi mhux biss fil-Parlament fejn ħadt sehem f’diversi diskussjonijiet u kumitati tal-kamra imma wkoll komplejt inkun preżenti fil-ħajja tal-komunità nwettaq diversi żjarat fil-familji u nagħti vuċi liċ-ċittadini.


Fuq livell nazzjonali


Inħoss li kompliet tikber fostna l-mentalità ta’ xejn mhu xejn, li kulħadd jista’ jagħmel li jrid u jgħid li jrid. Li ħadd ma jista’ għal ħadd. Il-mentalità li kollox jgħodd jekk dan jgħodd għalija u żdiedet il-kilba u l-egoiżmu sfrenat ta’ ċerti żviluppaturi u negozjanti li komplew irvinaw l-ambjent tagħna għal gwadan tagħhom.


Rajna wkoll lil pajjiżna jkompli jaqa’ lura fil-governanza tajba. Għalkemm nistqarr li l-Gvern wettaq miżuri tajba u ta’ benefiċċju imma fl-istess waqt matul din is-sena komplejna naraw sensiela ta’ korruzzjoni, abbuż ta’ poter u nepotiżmu sfrentat.


Min-naħa l-oħra, rajna wkoll lis-soċjetà ċivili tqum u ssemma’ leħenha fuq diversi temi, fosthom dawk ambjentali.


Hija t-tama li l-2026 tkun sena li lkoll kemm aħna mhux biss naqdu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet varji tagħna imma wkoll li nagħrfu nkunu ċittadini onesti ta’ dan il-pajjiż fejn indawru d-diffikultajiet li kellna matul l-2025 fl-opportunitajiet.


Nawgura s-sena t-tajba lil kulħadd.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 7 ta' Jannar, 2026)

BACK
bottom of page