top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Silence on Gaza situation is no badge of courage

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Ignoring what is happening in Gaza is not neutrality, but a failure of moral courage and a betrayal of universal human rights. For a growing number of people of conscience, silence is an act of cowardice.

20/10/26

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?

14/10/26

When will Malta experience its own Bastille moment?

When will Malta experience its own Bastille moment?

When reform is no longer enough, our political system must change, writes Albert Buttigieg. What it needs is a fundamental rethinking – and rewriting – of the entire system of government.

01/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Id-diskors tieghi waqt il-Kunsill Ġenerali 2015: Nagħmlu Differenza

Mar 8, 2015
3 min read

Insellem lil Simon Busuttil, Kap tal-Partit, lill-amministrazzjoni u lid-delegati kollha miġbura hawn dalgħodu.

Insellem ukoll lil dawk li qegħdin isegwuna permezz tal-mezzi tax-xandir b’mod partikolari lill-anzjani tagħna.

Ningħaqad ma’ sħabi u nsellem ukoll u nirringrazzja lin-nisa tas-sehem tagħhom fil-Jum il-Mara.

Ippermettuli nintroduċi lili nnifisi. Jismini Albert Buttigieg. Għandi 50 sena. Miżżewweg bit-tfal. Għalkemm jien wieħed mill-uċuħ ġodda tal-Partit Nazzjonalista, bit-tama li nkun parti mill-proċess tat-tiġdid ta’ dan l-istess partit u protogonist tal-ġejjieni tiegħu, imma għal dawn l-aħħar 30 sena kont naħdem f’diversi oqsma – fil-qasam soċjali, maniġerjali, reliġjuż u anke edukattiv.

Preżentament jiena naħdem ġewwa l-Caritas u sa ftit wara l-elezzjoni kont Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar. Ħdimt ġewwa Sedqa. Kont għalliem u għal fuq minn 12-il sena kont patri Kappuċċin b’diversi ħidmiet f’Malta u fil-Kenya.


Wara proċess ta’ riflessjoni lqajt l-istendina li saritli li mhux biss ikun Kandidat għal Elezzjoni Ġenerali fuq id-9 u l-10 Distrett imma anke kandidat għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġewwa San Ġiljan.


Għalfejn qiegħed nagħmel dan il-pass ‘il quddiem?


Hija l-intenzjoni tiegħi li nkun ċittadin attiv u mhux ċittadin passiv li jgerger biss.


Nixtieq nagħti sehmi, flimkien miegħek, biex nibni soċjetà aktar umana, soċjetà aktar ġusta u nklussiva fejn l-ebda persuna ma titwarrab fil-ġenb.

Għalkemm diversi drabi, meta wieħed isemmi l-kelma ‘politika’, jiġu f’moħħu stejjer ta’ politika żbaljata u esperjenzi negativi, jiena nagħżel li nżomm li l-politika bħala waħda minn diversi mezzi kif fis-soċjetà wieħed jista’ jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja taċ-ċittadini l-oħra.

Il-motto li dejjem kelli huwa: Ħalli d-dinja ta’ madwarek ftit aħjar milli sibtha.

Dan l-għan jista’ jintlaħaq jekk il-politika tkun mibnija fuq ċerti valuri, fejn il-persuni jiġu l-ewwel – WHEN PEOPLE MATTER – (l-islogan tiegħi)

U l-persuni jiġu l-ewwel meta hemm: Politika li tisma’. Politika li tkun preżenti u Politika li timpenja ruħha.

Politika li tisma’

• Il-politika trid issib il-ħin u tieħu attitudni li tisma’ s-suġġerimenti, id-diffikultajiet, l-opinjonijiet, l-istejjer u l-aspirazzjonijiet ta’ kullħadd. Meta l-politika tieqaf tisma’, tispiċċa tingħalaq fija nnifsha u tispiċċa politika retorika tal-ftit;

• Meta tismgħu allura jkollna l-umiltà u kuraġġ ta’ awtokritika. Nagħrfu li mhux kull deċizjoni politika fil-passat kienet tajba biżżejjed. Għamilna ħafna ġid imma mhux kollox kien ‘ward u zahar’.

Politika li tkun preżenti

• Politika viċin in-nies tfisser politika li tkun ispirata mill-ħajja, ispirazzjoni u l-ġrajjiet ta’ kuljum;


• Ħidma politika li mhix mibnija daqstant dwari, dwar l-ambizzjonijiet jew il-proġetti tiegħi jew inkella x’nista’ nakkwista, imma hija DWARNA u dwar id-diffikutajiet u l-aspirazzjonijiet tagħna lkoll. Il-mentalità ta’ AĦNA trid tkun akbar mill-mentalità tal-JIENA.

Politika ta’ impenn

• Politika fejn Il-persuna hija fiċ-centru tal-ħsieb politiku u tħaddem politika b’kuxjenza soċjali. Politika soċjali ġusta tfisser meta l-persuna ma tkunx għas-servizz tal-ekonomija u l-profitt imma hija l-ekonomija u l-profitt li huma għas-servizz tal-persuna. Soċjetà li ma tiħux ħsieb persuni vulnerabli hija soċjetà li tilfet il-ġewwieni tagħha;

• Għalkemm sfortunatament dejjem se jibqa’ jkun hawn persuni li, għal raġuni jew oħra, se jaqgħu lura u xi wħud minnhom għandhom ‘faqar strutturali’, imma l-politika soċjali vera trid toffri mhux biss il-‘ħuta’ imma anke l-‘qasba’;

• Is-solidarjetà mhijiex pjaċir imma dmir. Is-solidarjetà mhijiex klijenteliżmu imma dinjità. Is-solidarjetà vera tagħti d-dinjità u mhux twassal għal dipendenza.


Nemmen li b’hekk biss nistgħu nagħmlu differenza: Politika li tisma – Politika li tkun preżenti – Politika ta’ impenn. Dawn huma l-egħruq tagħna.


F’ismi u f’isem il-Kandidati kollha li ħerġin għal kunsill f’San Giljan nixtiequ nwasslu l-appell ta’ għaqda. Flimkien biss b’saħħitna.

Għaldaqstant, aħna Tim wieħed – b’viżjoni waħda u b’għan wieħed: dak li nagħmlu differenza pożittivà fil-komunità tagħna.


Grazzi,

Albert

 
 
BACK
bottom of page