top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Francis as a mentor?

Francis as a mentor?

As October ends, I find myself reflecting on St Francis of Assisi and the 800th anniversary of his death.

25/10/26

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Silence on Gaza situation is no badge of courage

Ignoring what is happening in Gaza is not neutrality, but a failure of moral courage and a betrayal of universal human rights. For a growing number of people of conscience, silence is an act of cowardice.

20/10/26

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?

Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?

14/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Nov 25, 2025
3 min read

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.


Child holding hands
Credit: Image-Source / Envato.com


Għalkemm kull tifel u tifla li jitwieldu huma ugwali quddiem il-liġi, l-esperjenza tal-ħajja turina li l-opportunitajiet li dawn it-tfal ikollhom mhumiex dejjem ugwali għal kulħadd.


Hawn tfal li jitwieldu ġo familji li jħobbuhom u jgħinuhom jikbru sew u sfortunatament hawn ukoll tfal li twieldu f’ambejnt ta’ vulnerabbiltà u nuqqasijiet. 


Sfortunatament din hija waħda mill-ironiji tal-ħajja.


Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista biex jindirizza din id-diżigwaljanza fis-soċjetà, fejn aktar ma jmur qiegħed ikun hemm differenza aktar wiesgħa bejn min għandu u min ma għandux, ħareġ proposta li jkun hemm fond ta’ investiment għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irrispettivament mill-familja tiegħu/tagħha, jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

 

Kif jaħdem dan il-fond ta’ investiment?

 

Għal kull wild ġdid li jitwieled, jinfetaħ fond ta’ €5,000 li jiġu investiti f’isem dik it-tarbija.  Peress li dawn il-flus ma jitħallewx f’xi kexxun imma jiġu investiti, allura dan l-ammont jikber mal-medda ta’ snin.


Fil-fatt, skont il-costings li saru, jekk ikun hemm interess konservattiv ta’ 2%, f’għoxrin sena dan il-fond jikber għal €7,430. Jekk minn naħa oħra dan ikollu interess ta’ 5% jew 6.5% (dawn jissejħu ‘growth’ jew ‘aggregated’ fid-dinja ta’ l-investiment), allura dan il-fond jikber għal €13,260 u €17,260 rispettivament.


Dan il-fond mhux ser jieħu post benfiċċji jew allowances li t-tfal jirċievu.


Barra minn dan, biex inkomplu nsaħħu l-mentalità u l-kultura li wieħed għandu jaħseb għal futur billi jġemma, il-ġenituri jew min jieħu ħsieb dawn it-tfal jistgħu huma wkoll jżiedu ma’ dan il-fond iniżjali. L-esperjenza turina li diversi drabi n-nanniet jagħtu xi flus lin-neputijiet u allura dawn l-għotjiet jistgħu jingħaqdu ma’ dan il-fond. Fil-fatt, jekk ikun hemm imqar €500 żieda f’kull sena fil-fond, allura fuq medda ta’ 20 sena, il-fond jikber għal €20,570. F’kaz li l-interessi jkun ta’ 5% jew 6.5%, allura l-fond jikber għal €28,520 jew €34,300.


Din il-proposta tagħmel aktar sens meta wieħed jara li sfortunatament l-istatistika turina li hawn diversi tfal li qegħdin f’riskju ta’ faqar jew inkella esklusjoni soċjali. Fil-fatt, fir-rapport maħruġ mill-NSO għal 2024, jindika li wieħed minn kull erbat itfal f’Malta jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklusjoni soċjali. Dan ifisser li hawn 25.9% mit-tfal Maltin, jew aħjar, madwar 29,000 tifel u tifla, li qegħdin f’dan ir-riskju! Fl- 2024, f’Malta kellna rata ta’ 19.7% taċ-ċittadini Maltin li kienu f’riskju ta’ faqar u esklusjoni soċjali. Dan ifisser 19.7% jew aħjar madwar 113,100 persuna!

 

Wieħed x’jista’ jagħmel b’dan il-fond, forsi wieħed jistaqsi?  

 

Filwaqt li dan il-fond ma jistax jissarraf min ħadd, lanqas mill-ġenituri, imma biss minn dik il-persuna li jinsab f’isimha, dan il-fond jista’ jissarraf wara 20 sena u aktar tard meta wieħed jiddeċiedi li huwa l-ħin. Sintendi, aktar ma wieħed iħalli snin jgħaddu, aktar il-fond jikber!  


Wieħed jista’ juża dan il-fond, li jkun issa kiber, biex bihom jista’ jkompli l-istudji tiegħu/tagħha, biex jħallas l-ewwel depożitu għal xiri ta’ l-ewwel dar tiegħu/tagħha jew biex jiftaħ xi neġozju.


Fil-qosor, jiddependi mill-persuna x’jagħmel bihom. B’hekk, permezz ta’ din il-proposta ta’ fond, qegħdin nagħtu l-opportunità lil kullħadd, anke dik il-persuna li forsi trabbiet f’ambjent ta’ vulnerabbiltà u ta’ nuqqasijiet, biex jimxu ’l quddiem.


Filwaqt li hawn min jgħid li din l-iskema mhux sa naraw il-frott tagħha issa, tajjeb li ngħid li bl-istess loġika ta’ ħsieb, allura meta ngħallmu lit-tfal tagħna l-iskola minn età bikrija, nkunu qegħdin naħlu l-ħin għaliex il-frott ta’ dak it-tagħlim narawh ferm aktar snin wara!


Il-Partit Labursita filwaqt li jħobb jgħajjar lilna bħala partit negattiv, quddiem din il-proposta spiċċa biex ikun negattiv huwa stess! Qalilna li din hija ‘copy and paste’ ta’ proposti simili li nsibu f’numru ta’ pajjiżi oħra. Din il-kritika mhux biss hija nġusta, imma anke politikament immatura. Diversi liġijiet soċjali li l-Gvern Laburista daħħal huma ‘copy and paste’ minn liġijiet ta’ pajjiżi barranin. Biżżejjed li nsemmi li l-liġi dwar il-vjolenza domestika li kellna dan l-aħħar, fejn wieħed jista’ jkollu tagħrif jekk is-sieħeb/sieħba għandhomx storja ta’ vjolenza, hija liġi meħuda mill-liġi Ingliża msejħa ‘Clare’s law’!

 

Għaliex l-importanza li ninvestu fit-tfal?

 

Għalkemm din il-proposta qegħdha tagħti opportunità ugwali lil kull wild, jibqa’ dejjem il-fatt li l-flus weħidhom mhumiex biżżejjed biex tarbija tikber f’persuna matura u responsabbli.


Għalkemm il-flus huma importanti u neċessarji, imma żgur li hawn qbil li biex tarbija tikber b’mod matur għandha bżonn l-għajnuna u l-imħabba ta’ familja. Hekk kif il-flus ma jikbrux fis-siġar, hekk ukoll it-tfal ma jikbrux fl-arja imma fi struttura tal-familja, fid-diversità kollha tagħha.


Għaldaqstant huwa fl-interess tagħna lkoll li għalkemm għandha nagħtu appoġġ u sostenn finanzjarju, rridu wkoll nsaħħu lil familja.


Nemmen bis-sħiħ li meta ninvestu fit-tfal, inkunu qegħdin ninvestu fil-futur tagħna lkoll.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 23 ta' Novembru, 2025)

BACK
bottom of page