top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-Politika skaduta ta' Tom u Jerry

  • manuelschembri
  • Jan 15, 2017
  • 3 min read

Għandna bżonn politika u l-politiċi li jagħtu improtanza aktar lill-argumenti u lis-sustanza tal-ħsieb! Proprju għalhekk nemmen li Malta jistħoqqilha lil Simon Busuttil.


ree

Tom u Jerry huma żewġ karattri famużi li jinsabu fil-filmati animati. Ilkoll xi darba rajniehom! Tom huwa l-qattus waqt li Jerry huwa l-ġurdien. Dawn huma kontinwament f’kompetizzjoni flimkien. It-tnejn li huma dejjem jippruvaw jaraw kif se jaqbdu jew ipattu lillieħor. Donnhom jinsabu f’pika li ma tispiċċax. Dejjem iggranfati ma’ xulxin.

Xi drabi nħoss li l-politika Maltija u l-partiti politiċi tagħna huma bħal Tom u Jerry. Donnhom iż-żewġ partiti politiċi tagħna dejjem fi ġlieda eterna ma’ xulxin. Daqqa jirbaħ wieħed. Daqqa jirbaħ l-ieħor! Meta partit politiku jagħmel punt jew kritika, fil-pront tara mill-ewwel il-partit l-ieħor jwieġeb bil-punt tiegħu! Dan jidher li ma jiġrix biss fuq livell ta’ partit imma anke fuq livell ta’ mexxejja politiċi, deputati, kandidati u saħansitra fuq livell ta’ ċittadini.

Fil-qosor, qisu l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huma dejjem f’taqbida ma’ xulxin! Għalkemm nifhem li fir-realtà u fid-diskussjoni politika hemm ċerti differenzi ta’ ħsieb u ideat (għalhekk hemm u hawn partiti differenti), inħoss li din ‘il-pika eterna’ mhux biss mhix qiegħda tagħmel ġid lill-istess politiċi u tbiegħed lil ċerti nies mill-politika, imma fir-realtà din mhix il-politika vera li tfittex il-ġid komuni tas-soċjetà.

L-ironija hija li ċ-ċittadini donnhom jistennew u jippretendu li l-politika u l-politiċi għandhom ikunu bħal Tom jew bħal Jerry! Donnu ċerti ċittadini għandhom f’moħħhom li politiku tajjeb u allura li ta’ min wieħed jafdah huwa dak li jgħajjat, isabbat, jirrabja u jitmasħan. Din mhix politika imma teatrin. Nemmen li għandna bżonn politiċi ta’ stoffa u mhux prima donne!

Inżomm li l-politiku matur huwa dak li jkun meqjus fi kliemu u għemilu. Politiku matur huwa dak li għandu argumenti tajbin, kemm kapaċi joffri soluzzjonijiet tajbin, kemm huwa politikament onest u kemm verament għandu għal qalbu l-ġid komuni.

Il-Partit Laburista u Joseph Muscat irnexxielhom jagħmlu kampanja ta’ marketing kbira. Joseph Muscat wiegħed il-ġenna fl-art lil kulħadd. Tliet snin wara kull min juża moħħu jaf li l-kliem kollu li ntqal dwar il-meritokrazija, l-akkontabbiltà, it-trasparenza, il-korruzzjoni u tant kliem sabiħ ieħor huwa biss kliem fieragħ u vojt.

Ilkoll nafu li l-Partit Laburista daħak waħda sew bil-poplu. Għaldaqsant, dan għandu jiftħilna għajnejna biex naraw li ma nippressjonawx ruħna mill-politika u millpolitiċi li jxejru jdejhom jew li jsabbtu saqajhom.

Għandna bżonn politika u l-politiċi li jagħtu importanza aktar lill-argumenti u lis-sustanza tal-ħsieb! Proprju għalhekk nemmen li Malta jistħoqqilha lil Simon Busuttil. Simon Busuttil mhuwiex bniedem li jsabbat, jgħajjat, aggressiv jew li jilgħab quddiem il-kamera ta’ televixin! Simon Busuttil huwa persuna edukata, kalm u għandu ċerta loġika ta’ ħsieb. Huwa proprju dan l-istil ta’ politika li mhux biss jien stess nixtieq li jkolli bħala kandidat imma għandna bżonn dan jekk ma rridux nibqgħu bil-politika skaduta ta’ Tom u Jerry!

Minn diversi żjarat li nagħmel fid-djar tan-nies dan qiegħed joħroġ biċ-ċar. Iċ-ċittadini tagħna, b’mod partikolari dawk li għandhom ċertu livell ta’ edukazzjoni, huma mxebbgħin sa mneħirhom bil-politika tat-teatrini. Il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ dawk li jistgħu jivvutaw u dawk ta’ bejn 20 u 28 sena mhumiex biss diżappuntanti imma hemm ukoll riskju kbir li fl-elezzjoni li ġejja ma joħorġux jivvutaw.

Għalkemm il-politiċi preżenti u l-partiti politiċi jafu b’dan, mhuwiex qed isir sforz ġenwin biżżejjed biex ikun hemm din il-bidla. Sfortunatament, hawn ukoll midja soċjali li l-għan ewlieni tagħha huwa biss biex tagħti palata ħalli Tom jagħti ‘daqqa’ lil Jerry u viċi versa. Għalkemm il-politika hija sfida ta’ ħsibijiet, ma nemminx f’din it-tip ta’ politika. Il-politika hija dwar il-ġid komuni u kif nistgħu nagħmlu s-soċjetà aħjar u mhux politika ta’ teatrin! L-enfasi ma għandux ikun biss fuq id-dehra imma fuq is-sustanza tal-ħsieb.

Jien u kandidati oħrajn sħabi dħalna fil-politika mhux biex inkunu bħal Tom jew bħal Jerry. Lanqas ma dħalna fil-politika biex noqogħdu l-ġurnata kollha nikkritikaw lill-Partit Laburista. Għalkemm li wieħed jagħmel il-kritika hija parti mill-ħidma ta’ kull politiku, iċ-ċittadini mhux biss jivvutaw skont kemm ‘l-oħrajn huma ħżiena’ imma wkoll fuq ‘kemm aħna tajbin’ u qed noffru soluzzjonijiet għall-ġid komuni.

Nistieden lil kulħadd li jekk verament inħobbu lil pajjiżna u jekk verament dħalna fil-politika biex nagħtu servizz lill-komunità, nieqfu nagħmlu l-politika ta’ Tom jew ta’ Jerry! Din hija politika skaduta! Malta jistħoqqilha aħjar!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 15 ta' Jannar, 2017)

BACK
bottom of page