top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
I uphold the politics of values

I uphold the politics of values

Politics is about upholding the common good and empowering people, especially the most vulnerable, to go through their life journey with dignity, writes Albert Buttigieg. Labour’s environmental track record is abysmal.

17/05/26

The right to sleep

The right to sleep

Malta is a vibrant Mediterranean island fiercely proud of its roots, traditions and culture. However, an increasing number of residents are frustrated by excessive commercial noise. Such noise is not only disturbing their daily lives and their well-being but is undermining their right to a decent night’s sleep, which is one’s fundamental right.

07/05/26

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

MP Albert Buttigieg suggests parents should get paid to keep children at home instead of childcare. The number of childcare centres has increased sharply.

01/04/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Inħaddru pajjiżna

  • Feb 14, 2021
  • 3 min read

Hija ironika li filwaqt li qegħdin jingħataw permessi biex ikun hemm bini kullimkien, saħansitra anke f'widien, noħorġu skemi biex inħaddru l-faċċati!



Riċentament, reġgħet tfaċċat fuq il-proposta sabiex Triq Sant’Anna fil-Furjana ssir ġnien pedonali b’mina taħtha biex jgħaddu l-karozzi. Il-pjani għal dan il-proġett ġew proposti fl-2014 minn grupp ta’ erba’ arkitetti Maltin li xtaqu jsaħħu t-titlu ta’ ġenna ta’ ġonna għas-subborg Furjaniż.


F’Jannar tal-2020, InfrastructureMalta kienu tefgħu din il-proposta fuq l-ixkaffa għal darb’oħra għaliex xtaqu jagħtu prijorità lil proġetti oħrajn sas-sena 2025. Din il-proposta reġgħet sabet ruħha fuq l-aħbarijiet sena wara, f’Jannar tal-2021, għaliex il-Franċiżi qed jippjanaw li jagħmlu xi ħaġa simili fiż-żona tax-Champs-Elysès il-belt kapitali, Pariġi.


Il-mistoqsija prinċipali li toħroġ minn dan kollu hija din: Kellna nistennew lill-Pariġini jagħmlu xi ħaġa simili biex nerġgħu nagħtu dan il-proġett il-prijorità li tistħoqlu?


Jekk nikkunsidraw it-track record ta’ dawn l-Awtoritajiet fl-aħħar snin, naraw li x-xogħol tagħhom biex jippreservaw il-ħdura naturali li diġà hija eżistenti huwa fqir. Il-biża’ ta’ bosta għal dan il-proġett hi li jiġri bħalma ġara f’Raħal Ġdid u f’Ħ’Attard, fejn siġar maturi li kienu jikkaratterizzaw Pjazza Antoine de Paule u toroq f’Ħ’Attard għal deċenji sħaħ spiċċaw tpartu ma’ siġar, kważi kważi xtieli, li jogħlew ftit piedi mill-art.


Fl-aħħar jiem, rajna wkoll li l-Awtorit. tal-Ippjanar kreat skema msejħa ‘Green Your Building’, fejn jingħataw fondi lill-individwi u n-negozji biex iħaddru l-faċċati tal-binjiet tagħhom. Ġaladarba din hija skema li tħaddar, jixraqilha tiġi mfaħħra għaliex l-intenzjonijiet huma tajbin. Iżda rridu nkunu konxji li hemm distinzjoni qawwija bejn il-ħdura li nsibu bl-għeruq tagħha ankrati fl-art u naqra werqiet jiddendlu mal-faċċata ta’ bini. B’hekk, m’għandniex inħallu inizjattiva bħal din tieħu post dak li għandna naħdmu verament għalih. Hija ironika li filwaqt li qegħdin jingħataw permessi biex ikun hemm bini kullimkien, saħansitra anke f’widien bħal fil-każ fil-Qala Għawdex, noħorġu skemi biex inħaddru l-faċċati! Jekk verament nemmnu fl-ambjent mhux aħjar nieħdu ħsieb l-egħlieqi u widien tagħna?


Il-proġetti ta’ dawn l-awtoritajiet dejjem jinstemgħu idealistiċi u sbieħ. Iżda hawnMalta, f’bosta setturi, inbatu minn ħaġa kruċjali – l-implimentazzjoni, jiġifieri li mit-teorija niġu fil-prattika! F’dan il-każ, l-implimentazzjoni u l-mod kif isiru dawn il-proġetti għandha titlob lpreservazzjoni ta’ aspetti naturali diġ. eżistenti fejn, minflok jitpartu ma’ xtieli ferm inqas maturi, dawn l-ixtieli jiżdiedu

magħhom.


F’sezzjoni tas-sit elettroniku ta’ InfrastructureMalta ntitolata ‘Our values’ (‘Il-valuri tagħna’), imkien m’hemm miktub li l-konservazzjoni ambjentali fil-proġetti infrastrutturali tagħhom hija valur li jħaddnu.


Permezz ta’ dan, indirettament qed jammettu li l-ambjent naturali mhuwiex prijorit. fil-proġetti ta’ żvilupp sostennibbli tagħhom. Jiġifieri qed jgħidulna li m’għandniex nippretendu li jagħtu valur lill-konservazzjoni ambjentali. Allura kif qed nafdawhom b’dawn il-proġetti?


Sabiex proġetti bħalma hu dak ta’ Triq Sant’ Anna jseħħu b’mod verament effettiv u sostenibbli, għandna bżonn awtoritajiet ta’ pjanar infrastrutturali aktar kredibbli li lesti jaħdmu mhux biss fit-tarmac u fil-konkos, iżda wkoll fil-preservazzjoni ta’ dak kollu li hu naturali.


Hemm bżonn naraw aktar indħil konkret minn entitajiet bħall-Awtorit. għall-Ambjent u r-Riżorsi. Il-missjoni ta’ din l-Awtorit. hija: “To safeguard the environment for a sustainable quality of life” (‘Li nissalvagwardjaw l-ambjent għal kwalit. ta’ ħajja sostennibli’).


B’hekk għandna nistennewha tagħmel dan verament b’kollaborazzjoni sħiħa mal-entitajiet ikkonċernati. Fil-każ tal-proġett ta’ Triq Sant’Anna, għandhom jiġu preservati s-siġar tal-palm li hemm fl-istrixxa ċentrali ta’ din it-triq magħrufa fost l-oħrajn għall-funtana tal-iljun u għalloġoġ tagħha. Dan ikun pass tassew għaqli li jwassal biex din it-triq, b’mod sostenibbli, verament issir bħal kuritur imħaddar.


Din it-triq ġiet klassifikata bħala l-aktar triq b’arja mniġġsa f’pajjiżna minħabba l-ammonti kbar ta’ karozzi li jgħaddu minnha u minħabba lgħamla tagħha, fejn hemm nuqqas ta’ ftuħ minħabba l-bini li hemm fuq kull naħa tat-triq. Jekk investiment bħal dan isir, inkunu bdejna nindirizzaw waħda fost l-aktar problemi ambjentali kbar fi gżiritna.


Madankollu, proġetti bħal dawn għandhom isibu ruħhom iseħħu f’lokalitajiet u żoni differenti f’Malta u Għawdex. Jalla l-gvernijiet tallum u ta’ għada jintebħu li l-ambjentmhuwiex għadu tagħna u li huwa akbar minna. Ir-rovina ambjentali minna l-bnedmin hija forma ta’ suwiċidju li qed iseħħ bil-mod. Qatt tissottovalutaw l-impatti u l-effetti li jħallu d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħna fuq l-ambjent ta’madwarna.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 14 ta' Frar, 2021)

BACK
bottom of page