top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

  • Jan 12
  • 4 min read

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.


San Ġiljan u Paceville
Credit: Shutterstock.com

Nistgħu ngħidu li San Ġiljan u Paceville huma ċ-ċentru kosmopolitan ta’ pajjiżna, minn fejn diversi familji jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Huwa post ukoll fejn diversi negozjanti nvestaw bi kbir.


Sfortutanament, il-Gvern Laburista ittraskura din il-lokalità u mhux qiegħed jagħti l-importanza meħtieġa. U għaliex mhux qed jagħti importanza, allura l-Gvern mhux qiegħed jinvesti kif għandu suppost jagħmel.


Jidher ċar li l-Gvern ma għandu l-ebda pjan kif imexxi din il-lokalità.


Insemmi żewġ punti li qegħdin jitfgħu lura din il-lokalità u l-Gvern mhu ma qiegħed jagħmel xejn dwaru.


Overdevelopment


Bil-Malti ngħidu, ‘iż-żejjed huwa oħt in-nieqes’. Dan huwa veru f’San Ġiljan u f’Paceville. Minn żona kwieta, issa spiċċa, fi kliem xi ħadd, ‘Manhattan ta’ Malta’.


Filwaqt li ma għandi l-ebda problema li din il-lokalità tkun bħal Manhattan, imma jidher ċar li din iż-żona ma tiflaħx aktar żvilupp. Jidher ċar li l-iżvilupp li sar, li qiegħed isir u ser issir, ser ibiddel din iż-żona kompletament.


Ftit taż-żmien ilu, il-Gvern kien ħareġ masterplan li kienet donnha wish-list għal ċertu persuni. Dak iż-żmien kien hemm kritika kbira u l-Gvern kien waqqaf din il-masterplan. Imma xorta ħalla kull proġett li kien hemm fija! Fil-fatt, kull toqba ta’ art li hemm ġiet, jew inkella qed tiġi mibnija mingħajr pjan ħolistiku.


U din hija l-ikbar problema – li m’hemmx pjan ħolitisku! Anzi mhux biss ma hemmx pjan ħolistiku imma l-Gvern ibiddel u jemenda l-pjanti, kif qed jagħmel fil-każ tal-applikazzjoni ta’ Villa Rosa!


It-talba tagħna kienet, u għadha, li jkun hemm tassew masterplan, fejn l-istakeholders kollha inkluż ir-reżidenti, jkunu nvoluti u jkun hemm pjan fit-tul.


Nuqqas ta’ investiment


Filwaqt li l-investituri qegħdin jinvestu flushom f’din il-lokalità, il-Gvern Laburista mhu qiegħed jagħmel l-ebda investiment fl-infrastruttura pubblika. B’infrastruttura pubblika nifhem: toroq, bankini, spazji mifutħa, sistema ta’ dranaġġ, etċ.


Il-Gvern ikun diżonest jekk iwaħħal fil-Kunsill Lokali meta jaf li l-Gvern neħħilhom kull awtorità. Fil-fatt lanqas tabella tat-traffiku ma jistgħu jwaħħlu mingħajr permess mill-Gvern! Imbagħad jkollu l-wiċċ jgħid li l-kunsilli huma l-gvern lokali – my foot, igħidu l-Ingliżi!


Huwa fatt li s-stat li huma fihom it-toroq u l-bankini, huma tal-biki. Mhux biss, imma issa anke l-Bajja ta’ San Ġorġ, li kellha l-blue badge, spiċċat għal diversi drabi magħluqa minħabba l-ħruġ tad-dranaġġ fil-baħar! Dan qed iwassal biex din il-bajja titlef il-kwalità tagħha. U dan mhux qed ngħidu jien imma kitbu saħansittra l-Profs. Victor Axiak u anke ex-Ministru, Evarist Bartolo.


Mhux biss il-gvern abbanduna il-Bajja ta’ San Ġorġ, imma anke proġetti li kienu tħabbru b’tant pompa, u r-riġenerazzjoni tal-Ġnien ta’ Spinola. Qalilna li l-Gvern ser jonfoq €5.5 milju. Sa llum kollox għadu kif inhu. Barra minn hekk, il-proġett tax-xatt tas-sajjieda mhux biss ma tkompliex, imma f’żona li suppost hija għas-sajjieda biex ipoġġu l-inġenji tagħhom, spiċċat bl-imwejjed u s-siġġijiet!


Insaqsi mistosija parlamentari numru 4120, kemm xogħolijiet u investiment saru f’San Pawl il-Baħar, fil-Mellieħa u kemm xogħolijiet u investiment sar ġewwa San Ġiljan.


Risposta: Fil-Mellieħa kien hemm investiment ta’ €47,900, filwaqt li f’San Pawl il-Baħar/Xemxija kien hemm €578,000.


Minn naħa l-ohra, f’San Giljan kien hemm biss €22,500!


Filwaqt li ma għandi l-ebda problema li l-lokalitajiet bħal Mellieħa u San Pawl il-Baħar ikollhom dan l-ammont ta’ investiment, imma ċ-ċifri jitkellmu weħidhom!


In-nuqqas ta’ investiment u telqa jidher ukoll fl-ammonti ta’ toroq li jinsabu fi stat ħażin. Biżżejjed insemmi Triq Borg Oliver fil-Balluta u Triq il-Kbira. Filwaqt li nifhem li kienu saru xi xogħolijiet fihom imma dawn ilhom minn Mejju 2024 fi stat ħażin!


Ma nistax lanqas inħalli barra l-istat tal-indafa u skart ma’ kullimkien, għaliex il-gvern jibża jinforza l-liġijiet ma’ numru ta’ resturants li suppost għandhom il-kuntrattur privat, u mhux lest jirregola ix-short-lets li għalkemm huma tajbin, imma ma jistax ikun li jitħallew jagħmlu ħerba mill-lokalità/residenti.


Hemm ukoll in-nuqqas ta’ sigurtà, u nfakkar lil Gvern fil-wedgħa tiegħu li jkun hemm skwadra tal-pulizija apposta għal din il-lokalità.


Il-Partit Nazzjonalista jinvesti f’din il-lokalità


Il-Partit Nazzjonalista, għaliex jemmen mhux biss li din il-lokalità hija waħda mill-muturi tal-ekonomija, imma jemmen li r-residenti jixirqilhom jkollhom kwalità aħjar ta’ ħajja, u ser ikun qiegħed jieħu ħsieb din il-lokalità.


Għaldaqstant…

  • Għal diversi drabi, il-PN tkellem fuq il-ħtieġa li jkollna turisti ta’ kwalità u mhux ta’ kwantità.

  • Għal diversi drabi l-PN tkellem (u anke jien meta kont Sindku) biex il-flus mill-eco tax, li issa telgħet minn 50c, li kull turist jagħti għal kull lejl, għal €1.50, tkun investità fil-lokalità u mhux tmur ġo fond li ħadd ma jaf fejn imorru! Din hija win win situation fejn kullħadd igawdi minn dan l-investiment. Tista’ timmaġinaw turist li joqgħod f’5-star hotel u jispicca jimxi fuq bankini 1-star li huma kollha mkissra u mimlija boroż tal-iskart maħruġ barra mill-iskeda.


Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern juri mpenn sħiħ lejn din il-lokalità, u jinvesti bis-saħħa kollha għal ġid mhux biss tan-negozjanti li jinvestu flushom hawn, imma għar-residenti li jixirqilhom ferm aħjar.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 11 ta' Jannar, 2026)

BACK
bottom of page