top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
I uphold the politics of values

I uphold the politics of values

Politics is about upholding the common good and empowering people, especially the most vulnerable, to go through their life journey with dignity, writes Albert Buttigieg. Labour’s environmental track record is abysmal.

17/05/26

The right to sleep

The right to sleep

Malta is a vibrant Mediterranean island fiercely proud of its roots, traditions and culture. However, an increasing number of residents are frustrated by excessive commercial noise. Such noise is not only disturbing their daily lives and their well-being but is undermining their right to a decent night’s sleep, which is one’s fundamental right.

07/05/26

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

MP Albert Buttigieg suggests parents should get paid to keep children at home instead of childcare. The number of childcare centres has increased sharply.

01/04/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Inħarsu 'l quddiem

  • May 10, 2015
  • 3 min read

Dak li kiseb il-PN irid jindukrah. Irid isostnih u jkabbru. Baqa' ferm u ferm xi jsir!




Il-kampanija tal-Kunsilli Lokali ġiet u marret. Kien hemm min feraħ. Kien hemm min ħassu diżappuntant. Forsi anke mweġġa’. Il-poplu tkellem. Vox popoli, Vox Dei, jgħidu bil-Latin. Il-vuċi tal-poplu hija suprema daqs il-vuċi ta’ Alla.

Personalment, inħossni onorat. Dħalt fil-kamp politiku bl-għan li nagħti sehmi biex inkun wieħed mill-protagonisti tal-ġejjieni tal-Partit. Għaldaqstant kont kandidat ġdid f’San Ġiljan. Għamilt diversi żjarat. Ħabbat kull bieb taż-żona li ġejt mogħti biex inżur. Smajt is-suġġerimenti, id-diffikultajiet, il-kritika u l-kummenti ta’ diversi residenti – kemm dawk b’simpatija Nazzjonalista u kemm dawk b’sentimenti Laburisti. Dan wassalni biex inkun elett, mhux biss bħala wieħed mis-sitt kandidati Nazzjonalisti eletti, imma anke elett mill-ewwel għadd. Hija turija ta’ fiduċja kbira li se nsarrafha f’ħidma għall-ġid tal-komunià.

Għall-PN, dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma kinux passiġġata fil-kampanija. Kien under dog fil-veru sens tal-kelma. Kien hemm ħafna marbut mar-riżultat. Għalkemm mill-bidu nett kulħadd kien jaf li l-maġġoranza ta’ dawn il-Kunsilli se jibqgħu f’idejn il-Partit Laburista, kif kien se jmur il-PN kien kruċjali. Minn wara t-telfa storika fl-elezzjoni ġenerali u minn wara l-elezzjonijiet Ewropej, għajnejn kulħadd kienu fuq il-Partit. Id-distakk se jibqa’ kif kien? Se jikber? Se jiċkien? Kull risposta kellha konsegwenza. Diversi kienu tal-fehma li jekk il-Partit jibqa’ jkollu l-istess perċentaġġ ta’ distakk, allura l-Partit kien jista’ jrodd is-salib għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Għall-partitarji Nazzjonalisti kienet tfisser daqqa oħra ’l isfel fil-moral. Għall-Partit Laburista kienet tfisser li jista’ jserraħ rasu li r-rebħa tagħhom se terġa’ tkun!

Imma dan ma seħħx! Vox Popoli , Vox Dei! Għall-kuntrarju, il-PN naqqas bin-nofs id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Żied voti u kunsillieri fejn qabel ma kellux, b’mod partikulari n-naħa t’isfel ta’ Malta. Kiseb mill-ġdid il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar. Saħħaħ diversi maġġoranzi fosthom f’San Ġiljan. B’eċċezzjoni għal Għawdex, il-Partit mexa ’l quddiem. Il-Partit Laburista, kif kien previst, rebaħ il-maġġoranza imma naqqas il-voti.

Din hija x-xejra li ħarġet. Għall-PN din kienet rebħa morali. Nifs ta’ tama. Riżultat li juri li l-Partit reġa’ beda jagħmel sens għaċ-ċittadini tagħna. Back in business , qal b’sodisfazzjon il-Kap Simon Busuttil. Riżultat li jgħinna nerġgħu nemmnu fina nfusna u jagħtina l-forza meħtieġa biex nimxu ’l quddiem b’sens ta’ tama.

Imma ħbieb, ma nistgħux nieqfu hawn! Dak li kiseb, il-PN irid jindukrah. Irid isostnih u jkabbru. Baqa’ ferm u ferm xi jsir! It-triq li baqa’ hija għat-telgħa, twila u b’diversi ostakli. Jonqos ħafna ħidma. Nemmen li kien hemm diversi fatturi wara dan is-suċċess. Konna viċin ir-residenti. Konna magħqudin f’tim wieħed. Kellna l-integrità u l-onestà ta’ Simon. L-astuzja ta’ Mario. Iż-żelu ta’ Beppe. L-enerġija ta’ Chris u t-tim tiegħu. Kellna wkoll ammont sabiħ ta’ kandidati żgħażagħ u ġodda.

L-esperjenza ta’ aktar minn 30 sena ta’ ħidma fost in-nies u man-nies, tikkonfermali li l-kuntatt kontinwu huwa indispensabbli. Għalkemm il-mezzi soċjali huma neċessarji, jibqa’ l-fatt li l-aktar mod kif wieħed jista’ jkollu fiduċja fik huwa li jiltaqa’ miegħek wiċċ imb wiċċ.

Jekk irridu nħarsu lejn futur sabiħ, jeħtieġ li nkomplu niltaqgħu man-nies. In-nies jgħallmuk. In-nies juruk x’inhu għaddej. In-nies ifehmuk dak li jgħodd u dak li ma kienx jgħodd. Għalkemm huwa veru li n-nies jgħajjuk ukoll u xi drabi huma egoisti fit-talbiet tagħhom, dan huwa s-sigriet.

Għaldaqstant, nistieden lill-kunsillieri sħabi kollha u lill-kandidati l-ġodda tal-elezzjoni ġenerali biex inkomplu bi programm ta’ żjarat lill-familji u nżuru l-familji kollha. Lgħajta ‘Malta Tagħna Lkoll’ nistgħu nagħmluha verament tagħna meta nħabbtu l-bieb ta’ kulħadd. Ejjew verament inkunu partit ta’ kulħadd.

Din hija t-triq ’il quddiem li ġġegħilna nħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 10 ta' Mejju, 2015)

BACK
bottom of page