top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Irridu l-għasses miftuħa

  • manuelschembri
  • Oct 9, 2024
  • 3 min read

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida?


Albert Buttigieg, San Ġiljan
Credit: newsbook.com.mt

Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA għandhom xi ħaga komuni bejniethom. Għandu l-għassa tal-pulizija magħluqa! Dawn l-għasses huma għal divesi xhur jew saħansitra snin magħluqa!


Għalkemm naf li hawn lokalitajiet oħra li għandhom l-għassa magħluqa imma dawn il-lokalitajiet li semmgħet huma lokalitajiet mhux biss li kibru fil-popolazzjoni imma anke għandhom diversi sfidi serji.


Fil-fatt, jekk wieħed jagħti titwila lejn l-istatistika jara li f’dawn l-aħħar 35 sena kien hemm żieda kbira fil-popolazzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet.


Per eżempju, skont ic-census li kien sar fi 1985 u dak ta’ 2021 (l-aħħar wieħed li sar), il-lokalita’ ta’ San Ġwann kibret minn 8,117 għal 14,244 persuni jgħixu hemm. L-Imsida, fis-sena 1985 kien hemm 6,219 persuni jgħixu filwaqt li fi 2021 żdied għal 13,587. Ġewwa l-Gżira, fiċ-census ta’ 2021 kien hemm 10,331 persuna meta f’dak ta’1985 kien hemm 8,471 persuni. Minn naħa l-oħra, ġewwa s-Swieqi minn 6,721 tela’ għal 13,044 persuni.


Dan kollu wasal biex dawn il-lokalitajiet imbiddlu u ma baqgħux lokalitajiet kwieti kif forsi kienu. Is-sens ta’ komunita’ intilef ħafna. Personalment, jiena jgħixt u ħdimt għal divesi snin ġewwa San Ġwann, u allura naf kif kien u naf kif inhu llum!


Dan kollu wassal biex f’dawn il-lokalitajiet hemm diversi kwistjonijiet ta’ serq, vandaliżmu, tensjoni etniċi, ġlied, teħid ta’ droga fl-apert, skart maħruġ barra l-iskeda u/jew mormi barra, storbju, żieda ta’ traffiku, vetturi parkeġġjati ħażin u mġieba mhux xierqa fost oħrajn.


Dan qiegħed iwassal biex diversi familji, b’mod partikolari dawk li għandhom it-tfal u anke persuni anżjani, qegħdin iħossu nuqqas ta’ sigurta. Diversi qegħdin jilmentaw li mhux l-ewwel drabi li jibżgħu jgħaddu minn ċertu toroq jew inkella joħorġu filgħaxija!


Fil-qosor: diversi familji jħossuhom mhux siguri f’darhom stess!


Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan kollu ma nistax nifhem l-intenzjoni tal-Ministru Byron Camilleri u tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ biex dawn jibqgħu jinsistu li jżommu l-għasses ta’ dawn il-lokalitajiet magħluqa!


Kieku dawn il-lokalitajiet huma lokalita’ żgħira u kwieta, bħal ma hija l-Imdina, nifhem IMMA dawn il-lokalitajiet huma ferm busy! L-ironija hija li filwaqt li għassa ta’ l-Imdina hija miftuħa (u tajjeb li hija miftuħa), ir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet li qed insemmi jridu jinqdew mill-għassa ta’ San Ġiljan jew inkella dik ta’ Tas-Sliema!!


Issa kulħadd jaf li dawn iż-żewġ għasses huma diġa’ mhumiex ilaħqu mal-ħidma li huma għandhom minħabba li kemm l-għassa ta’ San Ġiljan u dik ta’ Tas-Sliema għandhom diversi sfidi ta’ buon ordni! Dan mhux lanqas ġust fuq il-pulizija li jservu f’dawn l-għasses, aktar u aktar meta Paceville tiddependi fuq l-għassa ta’ San Ġiljan!


Għalkemm diversi drabi ġibt l-attenzjoni ta’ dan kollu u saħanistra dan l-aħħar saret konferenza stampa flimkien mal-kollega tiegħi Onor. Darren Carrabot u mas-sindki/minority leaders ta’ dawn il-lokalitajiet fejn tlabna li dawn l-għasses jinfetħu, il-Gvern wieġeb li filwaqt li numru ta’ dawn l-għasses qegħdin ikunu refurbished (San Gwann ilha kwazi sentejn!), hemm il-puliżija tal-komunita’!


Filwaqt li huwa vera li hemm dan is-serviżż imma dan huwa servizz limitat. Per eżempju, il-puliżija tal-komunita’ ma tkunx hemm filgħaxija! Xi drabi wkoll wieħed ma jistax isibhom, lanqas jekk jipprova jfittxhom b’nemes! Filwaqt lis-servizz tal-pulizija tal-komunita’ kien pass tajjeb, għaliex waħda teskludi l-oħra?


Filwaqt li nifhem li hemm nuqqas ta’ risorsi umani, nifhem ukoll li l-Gvern irid allura jinvesti aktar! Ma jistax il-Gvern igħid li ma hemmx fondi għaliex fejn irid il-Gvern isib il-fondi! Nemmen li din mhiex kwistjoni ta’ fondi imma ta’ politika li tneħħi l-funzjoni tal-għasses.


Ninsab ċert li diversi residenti f’dawn il-lokalitajiet u oħrajn filwaqt li japprezzaw li jkun hemm pulizija fil-komunita’, tant ieħor japprezza li jkun hemm għassa miftuħa li sservi bħala serħan ta’ moħħ u punt ta’ riferiment ta’għajnuna f’kaz ta’ bżonn!


F’isem ir-residenti qiegħed nitlob li dawn l-għasses jinfetħu mill-ġdid.


Ir-residenti tagħna jixriqielhom aħjar!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 8 t' Ottubru, 2024)

BACK
bottom of page