top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Iva, jimpurtani!

  • manuelschembri
  • May 10
  • 3 min read

Nemmen li jekk dak li qiegħed iseħħ fl-Ukranija mhux aċċettabbli, l-istess mod mhux aċċettabbli dak li qiegħed iseħħ f’Gaża.


Gaza Strip
Credit: Anas-Mohammed / Shutterstock.com

X’jimpurtani hija kanzunetta Maltija ta’ Philip Vella.


Din id-diska titkellem li donnu xi wħud ma jimpurtawhomx minn ħaddieħor. X’jimporta jekk xi ħadd huwa bil-ġuħ, l-aqwa li żaqqi hija mimlija! X’jimporta li hawn il-ġlied, l-aqwa li jien fil-kwiet!


U nista’ nagħmel lista sħiħa fejn wieħed ma jimpurtah minn XEJN u minn ĦADD. L-aqwa li huwa sejjer tajjeb!


Sfortunatament, din hija mentalità li ħakmet lil diversi.


Il-Papa Franġisku jsejjħilha l-‘globalizzazzjoni tal-indifferenza’. Dan ifisser li wieħed jingħalaq fih innifsu, ikun indifferenti quddiem l-inġustizzja u sofferenza ta’ madwarru u jispiċċa jkun mehdi biss fih innifsu u fid-‘dinja’ tiegħu.


Għaliex qiegħed ngħid dan?


Qiegħed ngħid dan biex niġbed l-attenzjoni għas-sofferenza, disperament u issa anke l-ġuħ ta’ eluf ta’ persuni li jinsabu f’Gaża.


Dak li qiegħed iseħħ f’Gaża mhux biss huwa nsult lill-umanità kollha imma wkoll tikxef l-ipokrezija ta’ xi wħud li jagħżlu li jdawru wiċċhom biex ma jarawx.


Nemmen li jekk dak li qiegħed iseħħ fl-Ukranija mhux aċċettabbli, l-istess mod mhux aċċettabbli dak li qiegħed iseħħ f’Gaża.


Ma nistgħux nimxu b’mentalità ta’ ‘two weights, two measures’. Ma nistgħux inkunu selettivi.


Ħa nkun ċar.


Dak li għamel il-Ħamas mhux aċċettabbli. Mhux aċċettabbli li jinqatlu ‘l fuq minn 1,200 Iżraeljan. Lanqas mhu aċċettabbli li jittieħdu numru ta’ ostaġġi fejn xi wħud minnhom mietu waqt li oħrajn għadhom miżmuma.


Le, dan mhux aċċettabbli!


Imma bl-istess kejl u bl-istess intensità mhux aċċettabbli lanqas li teqred pajjiż sħiħ u jġibu terrapien! Lanqas mhu aċċettabbli li toqtol ‘il fuq min 50,000 persuna fosthom madwar 10,000 tfal innoċenti!


Le, lanqas dan mhu aċċettabbli!


Lanqas mhu aċċettabbli li biex il-Gvern ta’ Iżrael ikompli b’din il-gwerra juża l-ikel bħala arma ta’ gwerra.


Għal dawn l-aħħar xahrejn, l-ebda konvoj ta’ provvisti ma tħalla jidħol f’Gaża. B’hekk dan il-poplu qiegħed f’disperazzjoni ta’ ġuħ, mingħajr ikel, mingħajr ilma, mingħjar mediċini u għajnuniet oħra. Ix-xeni li qegħdin naraw ta’ kuljum, ta’ tfal u anzjani jitkarrbu għall-ikel huwa nsult lill-umanità!


Nemmen bis-sħiħ li dan huwa att kriminali li joqtol poplu sħiħ bil-ġuħ!


Il-Gvern Iżraeljan qal li lest li jħalli dawn l-għajnuniet jidħlu jekk ikunu biss taħt il-kontroll tiegħu u mhux aktar f’idejn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Magħquda. Imma jekk jiġri dan, allura l-ikel u l-għajnuniet ikomplu jintużaw bħala arma ta’ gwerra.


Biex il-ferita tkompli tikber, issa l-Gvern Iżraeljan ħa deċiżjoni li jieħu bil-forza Gaża kollha. Dan ifisser li jerġa’ jagħmel displacement ieħor tal-poplu, hekk kif sar 78 sena ilu meta kien hemm dik l-imsejħa NAKBA, fejn eluf tilfu djarhom.


Xi ħadd forsi jgħidli li dak li qiegħed jiġri f’Gaża mhux affari tagħna, x’jimpurtana jew li Malta hija newtrali.


Min jirraġuna b’dan il-mod jara mhux biss sal-ponta mnieħru u magħluq fid-‘dinja’ tiegħu imma jinsa li dak li jiġri barra minn Malta jolqot lilna wkoll. Rajna dan meta dan l-aħħar, bastiment viċin it-territorju tagħna ġie attakkat b’riskju għas-sigurtà tagħna lkoll.


Allura nistaqsi: Malta newtrali tfisser li ndawru wiċċna, nagħlqu għajnejna quddiem it-traġedja umana ?


Nista’ nagħlaq għajnejja biex ma narax? Nista’ ndawwar wiċċi biex ma narax l-inġustizzja? Nista’ nsodd widnejja biex ma nismax il-karba ta’ poplu bil-ġuħ?


Nemmen li s-silenzju huwa forma ta’ kompliċità.


Propju għaliex aħna pajjiż newtrali u ma nżommu ma’ ħadd, għandna l-libertà li ngħidu l-affarijiet x’tassew kif inhuma. B’hekk aħna kredibbli.


Għaliex ma għandna obbligi lejn ħadd, allura nistgħu nkunu vuċi assertiva għall-paċi.


Għaldaqstant, l-appell tiegħi huwa li noħorġu mill-indifferenza tagħna u naħdmu biex inkunu ambaxxaturi u bennejja tal-paċi.


Iva, jimpurtani.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 9 ta' Mejju, 2025)

BACK
bottom of page