top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
I uphold the politics of values

I uphold the politics of values

Politics is about upholding the common good and empowering people, especially the most vulnerable, to go through their life journey with dignity, writes Albert Buttigieg. Labour’s environmental track record is abysmal.

17/05/26

The right to sleep

The right to sleep

Malta is a vibrant Mediterranean island fiercely proud of its roots, traditions and culture. However, an increasing number of residents are frustrated by excessive commercial noise. Such noise is not only disturbing their daily lives and their well-being but is undermining their right to a decent night’s sleep, which is one’s fundamental right.

07/05/26

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

MP Albert Buttigieg suggests parents should get paid to keep children at home instead of childcare. The number of childcare centres has increased sharply.

01/04/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Iż-żejt tela' fil-wiċċ

  • Dec 6, 2015
  • 2 min read

Id-dokument dwar governanza tajba se jagħti viżjoni ċara li Gvern Nazzjonalista tgħallem mill-iżbalji u jrid li jimxi u jmexxi bl-onestà.



Minn meta Joseph Muscat ġie fdat fit-tmexxija tal-Partit, beda proċess ta’ bidla fl-immaġni tal-Partit. Biex ikompli jserraħ ras dawk li kienu fix-xifer li jivvutaw għall-ewwel darba lill-Partit Laburista, Joseph Muscat tkellem fuq tliet kunċetti fundamentali fil-politika – meritokrazija, kontabbiltà u trasparenza.

Diversi jixtiequ li dan il-pajjiż jitmexxa fuq il-meritokrazija, fejn fil-ħajja wieħed jimxi ’l quddiem fuq il-ħiliet u mhux fuq lil min jaf. Diversi huma tal-fehma wkoll fuq il-ħtieġa ta’ kontabbiltà, jiġifieri li l-politiku u dawk fis-servizz pubbliku jridu jagħtu kont tad-deċiżjonijiet li jwettqu. Diversi jistennew lit-tmexxija tal-pajjiż tkun trasparenti, li kollox isir bla ħabi.

Għaldaqstant, il-poplu meta vvota lill-Partit Laburista kien qiegħed jemmen li se jkun hemm il-bidla. Ivvota għat-trasparenza, meritokrazija u kontabbiltà kif kienu mwiegħda.

Sentejn u nofs wara li qiegħed joħroġ fiċ-ċar li ż-żejt tela’ fil-wiċċ. Kien kollu kliem sabiħ u bżar fl-għajnejn.

Għaliex nemmen fil-politika onesta ma għandix problema nistqarr li l-Partit Laburista wettaq xi miżuri tajbin. Imma nistqarr ukoll li l-Gvern Laburista falla bil-kbir f’dawn it-tliet wegħdiet. Fiż-żjarat li qiegħed nagħmel fid-djar, diversi huma dawk li qegħdin jistqarru li huma ferm diżappuntati. Diversi jħossuhom traduti u li ġew ingannati u użati. Laburisti ġenwini huma rrabjati li wara l-kliem sabiħ hemm l-istess Partit Laburista antik talimgħoddi li jaqdi lil tal-qalba jew switchers li vvutaw Labour għall-interess personali tagħhom.

Marlene Farrugia hija waħda minn fost ħafna diżappuntati. Min jirraġuna u jgħarbel sew, jaf li l-meritokrazija mwiegħda saret biss ċajta tal-Gvern. Diversi promozzjonijiet u ħatriet ta’ konsulenza, b’eluf ta’ ewro f’salarji u perkaċċi, mhumiex qegħdin jingħataw fuq il-mertu imma fuq bażi ta’ lil min taf u min jiflaħ jiffanga.

Min jaħseb b’moħħu jaf li l-wegħda l-oħra tal-kontabbiltà baqgħet fuq l-ixkaffa. Ħafna deċiżjonijiet żbaljati, donnu li ħadd mhu jagħti kont ta’ għemilu. Nieħdu l-eżempju tal-isfreġju fuq ilfaċċata ta’ Kastilja.Wara li ngħata tender ta’ €300,000 bla sejħa pubblika, issa dan id-dawl tneħħa. Min se jerfa’ r-responsabbiltà tal-isfreġju? Ir-Reġina ngħatat l-istess pittura darbtejn! Min se jħallas tal-iżball li jimbarazzana? Fit-Triq tal-Kosta ntilfu €11-il miljun mill-fondi Ewropej. Min se jagħmel tajjeb?

Min jirraġuna jaf tajjeb ukoll li l-wegħda ta’ trasparenza kienet biss ta’ qabel l-elezzjoni. Jekk dan mhuwiex hekk, allura għaliex diversi kuntratti, fosthom dawk tal-power station, tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, il-kuntratt ta’ trasport pubbliku, il-bini fuq il-ponta taż-Żonqor, il-proġett fl-isptar f’Għawdex u kuntratti oħrajn, baqgħu sigriet tal-Istat?

Il-PN taħt it-tmexxija għaqlija u sinċiera ta’ Simon Busttil illum qiegħed iħabbar dokument ieħor fuq it-tmexxija tajba. Dan se jagħti viżjoni ċara li Gvern ġdid Nazzjonalista tgħallem mill-iżbalji u jrid li jimxi u jmexxi bl-onestà. Malta għandha bżonn Gvern onest. Ma’ kull ġurnata, aktar joħroġ ċar liema partit jixtieq iservi lill-pajjiż u liema partit qiegħed jisserva bil-pajjiż. Wara sentejn u nofs, iż-żejt tela’ fil-wiċċ.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 6 ta' Diċembru, 2015)

BACK
bottom of page