top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Kapitlu ġdid

  • manuelschembri
  • Nov 6, 2022
  • 3 min read

Nixtieq vuċi għall-ambjent, għall-ġustizzja soċjali u għall-inklużjoni. Dan huwa l-ispirtu li bih qed nidħol bħala Deputat ġdid.


Credit: DOI - Omar Camilleri

Wara l-mewt tal-mikbi Robert Arrigo, jiena u l-kollega Emma Bonnici Portelli, tfajna n-nomina tagħna biex jimtela’ dan il-post vakant b’rispett sħiħ lejn il-proċess demokratiku u b’lealtà lejn iċ-ċittadini tal-10 distrett.


Huwa unur għalija li ġejt magħżul.


Din hija opportunità oħra biex inkun ta’ servizz mhux biss għall-komunità Ġiljaniza bħala Sindku, imma opportunità fejn issa nista’ nagħti s-servizz tiegħi lill-komunità aktar wiesgħa.


L-ewwel ħsieb tiegħi jmur biex insellem il-memorja ta’ Robert Arrigo. Robert kien politiku li għamel ħafna ġid mhux biss lill-Partit Nazzjonalista u lir-residenti tad-9 u l-10 distrett, imma għas-soċjetà kollha. Is-sentimenti murija f’dawn l-aħħar jiem jikkonfermaw dan. Għandi ħafna x’nitgħallem minnu u żgur li ser nagħmel ħilti kollha biex inkun viċin in-nies kif kien huwa.


It-tieni ħsieb huwa li jiena, kif dejjem pruvajt nagħmel, irrid inkun qaddej tal-ġid komuni. Il-politika mhix dwari. Lanqas mhi dwarek. Il-politika hija dwarna. Nemmen bis-sħiħ li l-politika vera hija dik li hija għas-servizz tal-ġid komuni! Kull persuna li tidħol għal politika tagħmel dan biex toffri servizz u mhux biex tinqeda u tisserva bil-politika!


Pajjiżna jieħu r-ruħ meta nagħmlu l-politika ta’ flimkien, jigifieri politika fejn il-kelma ‘aħna’ tiġi qabel il-kelma ‘jiena’. Għaldaqstant, għalija l-kelma ‘flimkien’ turi l-ħidma għall-ġid komuni. Għal xi wħud, il-ġid komuni ma baqax ġid komuni. Il-ġid komuni huwa dak il-ġid li jmur lil hinn mill-intersssi tal-ftit waqt li tħares l-interessi tal-ħafna.


Għaldaqstant, nixtieq nagħmel politika li tħares l-interessi tal-ħafna u mhux tal-ftit.


Nemmen bis-sħiħ li dan huwa proprju l-valur fundamentali li dejjem dawwal u għaġġen lill-Partit Nazzjonalista matul iż-żminijiet. Il-Partit Nazzjonalista gawda l-fiduċja tal-poplu u għamel riformi u inizjattivi kbar proprju meta għaliex ġab l-ewwel mhux l-interessi tal-ftit jew inkella tal-Partit imma tal-ġid komuni. Sfortuatament, din hija b’kuntrast qawwi mal-Partit Laburista li kwazi dejjem fittex l-interessi tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru l-ewwel qabel kollox.


Għaldaqstant, filwaqt li qiegħed b’umiltà nibda dan il-kapitlu ġdid, b’determinazzjoni sħiħa, nixtieq qattigħ li nkun il-vuċi lil dawk il-valuri li ngħozz. Dawn huma:


1. Il-ħarsien tal-ambjent tagħna. Ilkoll naqblu l-ambjent jinsab taħt assedju ta’ dawk li m’għandhomx xabgħa. L-ebda lokalità mhi ħielsa minn dan il-bini sfrenat kollu. L-ambjent huwa d-dar komuni tagħna. Jekk mhux ser nieħdu ħsieb l-ambjent u nkomplu nagħmlu freġju minnu, allura ser inkunu mhux biss ser nagħmlu pajjizna belt waħda imma ser ikollna diversi problemi ta’ saħħa mentali. L-istudju juri biċ-ċar li hemm rabta sħiħa bejn is-saħħa mentali u bini żejjed li ma jħallix spazji miftuħa! Għalhekk bħala Partit irridu neżaminaw sew il-policies eżistenti tal-kostruzzjoni u nieħdu bla biża’ dawk il-passi meħtieġa. Personalment nemmen li dawn il-policies għandhom bżonn li jiġu reveduti u ssir masterplan nazzjonali fejn l-ambjent jingħata aktar importanza u ħarsien.


2. Il-ħtieġa tal-inklużjoni. B’hekk ħadd ma jibqa’ lura, b’mod partikolari l-anzjani tagħna. Hemm bżonn aktar kura u servizz għalihom fil-komunitajiet tagħna. Hemm bżonn li jinħataw aktar serħan il-moħħ. Huwa d-dover tagħna lkoll li l-anzjani wara snin ta’ servizz u ħidma, iħossuhom b’rashom mistrieħa u siguri. Barra l-anzjani, hemm persuni oħra vulnerabbli li bħala soċjetà rridu nilqgħu fostna u nagħtuhom id-dinjità li jixtiqilhom.


3. Il-bżonn tal-ġustizzja soċjali. Nemmen f’politika għal ħafna u mhux għal ftit. Il-Gvern Labursita għamel lil ftit meqjusa tal-qalba sinjuri u lil ħafna tawhom biss il-loqom! Il-Gvern Laburista lil ta’ madwaru tawhom ħafna imma l-oħrajn taw bil-karità! L-istudju juri biċ-ċar li d-distakk bejn il-fqir u s-sinjur qiegħed jikber. Issa hemm distakk ieħor, bejn is-sinjur u ta’ dawk tal-qalba Laburista! ħ Il-Gvern Laburista rnexxielu joħloq klassi soċjali ġdida! Il-politika vera hija dik li tqassam il-ġid ugwali lil kulhadd mingħajr ma tara wiċċ ta’ ħadd!


Fil-qosor għalhekk nixtieq vuċi għall-ambjent, għall-ġustizzja soċjali u għall-inklużjoni. Dan huwa l-ispirtu li bih qed nidħol bħala Deputat ġdid.


F’dawn l-aħħar 40 sena okkupajt diversi rwoli u responsabbil-tajiet fis-setturi soċjali, reliġjużi, edukattivi u maniġerjali, fos-thom għalliem, patri Franġiskan Kapuċċin, manager fis-Sedqa, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Amministratur f’Caritas, Direttur fl-Equal Partners li taħdem fost it-tfal b’diżabbiltà, ħidma fil-UĦM, Viċi Sindku u issa Sindku f’San Ġiljan. F’kull rwol u responsabblità li kelli dejjem għamil ħilti b’onestà u b’integrità sħiħa biex naqdi dmiri kif kien mitlub minni.


Dan huwa pass, kapitlu ieħor ġdid.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 6 ta' Novembru, 2022)

BACK
bottom of page