top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Kieku kont saħħar!

  • manuelschembri
  • Sep 16, 2024
  • 2 min read

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva!


Albert Buttigieg, San Ġiljan
Credit: newsbook.com.mt

Ftit tal-ġranet ilu, mara Amerikana, Victoria Tenisha Shanae Dillhunt, għoġobha tiftaħ kawza kontrija, kontra s-Sindku ta’ Maċerata fil-Italja u Sindku ta’ Ghent ġewwa l-Belġju.


Għaliex, wieħed jista’ jistaqsi?


Ir-raġuni tagħha kienet għaliex skontha, San Ġiljan kien mażun u saħħar!


Għaldaqstant, fid-dawl li l-lokalità ta’ San Ġiljan, Ghent u Maċerata għandhom lill-qaddis San Ġiljan bħala protettur tagħhom, hija sostniet għalhekk is-sindki ta’ dawn il-lokalitajiet huma saħħara huma wkoll!


Għalkemm m’għadnix Sindku ta’ San Ġiljan mill-2022, xorta din is-sinjura għoġobha tiftaħ din il-kawża u takkużani li jiena mażun u saħħar!


Kif wieħed jista’ jinnota, dan mhu minnu xejn!


Ma nafx kif din waslet għall-konklużjoni li San Ġiljan kien mażun u saħħar. Għalkemm l-istorja ta’ San Ġiljan kienet waħda kulurita, fejn spiċċa joqtol lill-ġenituri tiegħu bi żball, imma żgur li San Ġiljan ma kienx mażun u saħħar!! Wara din it-traġedja, San Ġiljan għadda ħajtu jgħin lil pellegrini u dawk morda. Min-naħa l-oħra, ma nafx lanqas x’għandhom x’jaqsmu s-sindki ta’ dawn il-lokalitajiet!


Għaldaqstant nixtieq inserraħ ras kulħadd li m’inix la mażun u lanqas saħħar!

Imma kieku kont saħħar, kieku nistqarr li kont nagħmel ħafna affarijiet.

Kieku kont saħħar, kont nisparixxi l-ġuħ u l-għaks li hawn fid-dinja.

Kieku kont saħħar, kull tifel u tifla nagħtihom edukazzjoni u opportunitajiet biex jimxu ‘l quddiem.

Kieku kont saħħar, kont neqred il-korruzzjoni u r-regħba li diversi huma maħkuma minnha.

Kieku kont saħħar, kont inwaqqaf il-qerda tal-ambjent u moħqrija tal-annimali.

Kieku kont saħħar, kont inwaqqaf il-gwerer, il-mibegħda u l-ġlied f’Gaża, fl-Ukrajna u f’diversi postijiet oħra!

Kieku kont saħħar, kont …..


Imma m’inix saħħar! U għaliex m’inix saħħar, allura ser inkompli dak li ili nagħmel għal 40 sena. Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva!


Għalhekk dħalt fil-politika. Dħalt fil-politika mhux biex noqgħod nieħu s-selfies! Lanqas biex inħossni importanti jew inkella biex noqgħod nitgħajjar mal-partit oppost qisna ‘tom and jerry’.


Dħalt fil-politika biex flimkien ma’ oħrajn, anke dawk ta’ fehma differenti minn tiegħi, naħdmu għal soċjetà, Malta aħjar. Dan huwa l-iskop aħħari tal-politika. Din hija r-responsabbiltà tagħna.


Imma mhix ir-responsabbiltà tal-politiċi biss. Din ir-responsabbiltà hija ta’ kull ċittadin. Kull ċittadin għandu jkun attiv u mhux ma jimpurtahx minn dak li għaddej f’pajjiżu u barra minn xtutna. Kull ċittadin għandu d-dmir li jagħti sehmu. Kull ċittadin għandu jkun strument li jġib il-bidla pożittiva madwaru. Ma nistgħux inkunu ċittadini passivi, li kollox jgħodd u kollox jgħaddi.


U għal min huwa anke Nisrani, allura għandu responsabbiltà oħra fuq spallejh. Permezz tal-magħmudija, kull nisrani huwa msejjaħ biex ikun ‘il-melħ u d-dawl tad-dinja’. Kull nisrani għandu responsabbiltà li jkun ambaxxatur ta’ Kristu lil oħrajn u jgħin lil proxxmu kollu tiegħu.


Għalkemm ħadd mhu saħħar u ħadd ma jagħmel il-mirakli, IMMA kulħadd jista’ jagħti daqqa t’id għall- bini ta’ dinja aħjar….u jekk wieħed ma jistax jew ma jridx jagħmel dan, għallanqas m’għandux ifixkel jew itellef lil min qiegħed jipprova jagħti sehmu!


Fl-aħħarnett, fid-dawl ta’ din l-akkuża assurda ta’ din l-Amerikana, ippermettuli ngħid minn qalbi: VIVA SAN ĠILJAN!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 16 ta' Settembru, 2024)

BACK
bottom of page