top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Kissruh pajjiż

  • May 21, 2024
  • 2 min read

Bħala sinjal ta’ protesta, jiena u numru ieħor ta’ sħabi deputati tfajna karti b’messaġġ kontra l-korruzjoni kemm fil-Parlament u kemm barra mill-Parlament.



Kemm tal-One u kemm id-deputati Laburisti tkażaw bina, saħansitra ġabu ritratt tiegħi nitfa’ l-karti ’l barra mill-Parlament!


Niskanta kemm hawn min huwa ipokrita. Mela hawn min tkaża u għajjarna li ħammiġna l-Kamra u l-Pjazza u dawn l-istess nies ma tkażawx li ħamġu lil Malta u lil isimha bi tħanżir u l-iffangar tagħhom. Pajjiżna ġabuh mandra sħiħa.


Qatt matul l-istorja politika ta’ pajjiżna ma kellna sitwazzjoni fejn Eks Prim Minstru, Eks Deputat Prim Ministru, Ministri u Segretarji Permanenti jispiċċaw jkunu akkużati għal ħasil ta’ flus, b’korruzzjoni u b’kollużjoni ma’ dawk li ffrodaw lil pajjiżna.


Iffrodaw lil pajjiż


Qiegħed nuża l-kliem “dawk li ffrodaw lil pajjiżna” mhux minn rasi. Infakkar li kellna żewġ sentenzi tal-Qorti u anke rapport tal-Awditur Ġenerali li mhux biss Vitals/Steward serqu/ffrodaw lil Malta €400 miljun imma li l-Istat Malti kien kompliċi ma’ din il-ħadma/serqa!


Sfortunatament, il-korruzzjoni hija waħda mill-watermark ta’ dan il-Gvern.


Filwaqt li ma għandi l-ebda problema nistqarr li dan il-Gvern wettaq miżuri tajbin imma l-korruzzjoni bidlet dan il-Partit Laburista f’dar tal-ħallelin u l-frodisiti.


Matul dawn il-ħdax-il sena kellna skandlu wieħed wara l-ieħor, wieħed aktar oxxen minn ieħor. L-aħħar wieħed kien l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali fejn numru ta’ persuni bl-għajnuna ta’ dawk li huma fil-Gvern ħadu eluf minn ħalq ħaddieħor!


Liġi għall-allat


Irridu ninsistu lkoll li l-Liġi hija għal kulħadd. Ma għandhix Liġi għal allat u Liġi għalina. Ilkoll aħna ugwali quddiem il-Liġi. Dan huwa prinċipju fundamentli li ma nistgħux ma naċċettawhx.


Filwaqt li kulħadd huwa meqjus innoċenti sakemm hemm sentenza imma wieħed ma jistax fl-istess waqt joħrog jattaka lill-Qorti u jgħid li din mhiex ġusta!


X’jigri jekk il-qorti tispiċċa teħlishom mill-akkużi… il-Partit Laburista se jbiddel fehmtu u jgħid li l-Qorti mhiex ġusta?


Hi irresponsabbiltà kbira li wieħed ixewwex lill-poplu kontra l-Qorti. Huma r-reġimi dittatorjali jagħmlu dan! Infakkar li dawn huma l-istess persuni li kienu jgħidulna biex inħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu. Issa, għaliex dawn l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu, issa qed jiġu akkużati li qed jaħdmu!


Ħallu l-Qrati jaħdmu


L-appel tiegħi:

  1. Huwa fl-interess tagħna lkoll li nħallu lill-Qorti taħdem. Inkunu qegħdin inġibu l-ġebla fuq saqajna lkoll jekk nispiċċaw nitilfu l-fiduċja fil-qrati tagħna.

  2. L-ebda riżultat ta’ l-ebda elezzjoni ma hija tajba biex taħsel/taħfer l-ebda dnubiet/skandli ta’ ħadd. It-tajjeb u l-ħażin ma jiddependux mir-riżultati ta’ l-elezzjoni.

  3. Dan kollu huwa ta’ ħsara għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Mhux biss niġu l-aħħar fl-Eurovision imma qegħdin niġu anke l-aħħar fost il-membri tal-familja Ewropea fejn tidħol ġustizzja, is-sewwa u l-governanza tajba. Isem Malta qed jitħammeġ u dan mhuwiex qed isir minna imma minn dawk li huma akkużati.

  4. Il-Partit Laburista qed ipoġġi l-ewwel l-interessi tal-partit u mhux tal-pajjiż. Tajjeb li jiftakar f’dak li kien jgħid Mintoff li Malta suppost li tiġi l-ewwel u qabel kollox! Jidher li l-Partit Laburista nesa dan u għalih l-interessi tal-partit huma l-ewwel u qabel kollox.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 21 ta' Mejju, 2024)

BACK
bottom of page