top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

F’dawn il-ġranet fil-Parlament tkellimna dwar il-lingwa tas-sinjali għal persuni nieqsa mis-smigħ, u fuq il-ħtieġa li jkun hemm interpreti li jkunu kwalifikati bil-warrants biex hekk jintlaħaq livell ta’ professjonalità. Credit: Shutterstock.com Fid-diskors tiegħi tkellimnt li l-lingwa tas-sinjali ilha tkun mgħallem f’pajjiżna lura minn 1950. Fl-2016 ġiet approvata bħala lingwa uffiċċjali, flimkien mal-Malti u l-Ingliż. Imma għalkemm matul dawn is-snin saru diversi passi ’l quddiem, imma bejn...

07/11/25

Overcoming invisible barriers

Overcoming invisible barriers

Children deserve all the opportunities they may get to reach their full potential. Let us put our money where our mouth is and walk the talk. Credit: LightFieldStudios / Envato.com Children are our future. What we decide today will impinge on their future. In other words, their future depends on the decisions we take today. That children deserve all opportunities they may get, to reach their full human potential, is a statement that we can all concur with. However, children who are...

04/11/25

Trolls theddida għad-demokrazija?

Trolls theddida għad-demokrazija?

Dan l-aħħar għamilt diskors f’dan il-ħin tal-aġġornament dwar id-deċizjoni tal-Gvern Laburista li jiddeporta tliet Etijopjani li kienu ilhom f’Malta għal dawn l-aħħar 15 u 18 ‘il sena.

06/10/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Konsultazzjoni fażulla

  • manuelschembri
  • Oct 22, 2016
  • 3 min read

Il-Kunsill talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tiġi organizzata laqgħa pubblika għar-residenti. It-tweġiba kienet li mhix lesta tiltaqa' mar-residenti u tisma' x'għandhom xi jgħidu!


ree

Hekk kif soppa tal-ħaxix mingħajr ħaxix ma tistax tissejjaħ hekk, konsultazzjoni pubblika ma tistax tissejjaħ ‘konsultazzjoni pubblika’ jekk m’hemmx il-pubbliku involut! Fftit tal-ġranet ilu tħabbar masterplan għal Paceville. Bħalma dejjem, dan il-Gvern, ħabbar dan bl-akbar pompa u b’ħafna reklami. Fihom hemm li l-pjan huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika.

Jien nifhem li l-pubbliku se jkun mistieden jagħti l-opinjoni, is-suġġerimenti u l-kritika tiegħu għal dan il-pjan hekk kbir għal Paceville. Iżda mhux hekk!

Bħala Viċi Sindku ta’ San Ġiljan u Paceville, nistqarr li r-residenti fl-ebda mument ma kienu konsultati. Lanqas il-Kunsill Lokali ma kien. Anzi, kien il-Kunsill Lokali li ħa l-inizjattiva biex jiltaqa’mar-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Ippjanar!


Kieku verament l-Awtorit. tal-Ippjanar tixtieq tisma’ l-kummenti tar-residenti, kieku qabel ma ħareġ dan il-masterplan l-Awtorità kellha tfittex li l-ewwel titlob l-opinjoni tagħna. Imma mhux biss dan ma sarx, talli meta l-istess Kunsill talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex flimkien tiġi organizzata laqgħa pubblika għar-residenti, it-tweġiba tal-Awtorità kienet li mhix lesta tiltaqa’ mar-residenti u tisma’ x’għandhom xi jgħidu! Fir-realtà l-Gvern qiegħed juri li dan mhux minnu. Din tkompli tikxef il-maskra ta’ dan il-Gvern. Kulħadd jaf li jekk wieħed qiegħed jgħid li se jagħmel konsultazzjoni pubblika, il-pubbliku għandu jkun involut mill-bidu nett. Għaldaqstant, din il-konsultazzjoni hija waħda fażulla, jiġifieri konsultazzjoni falza.

Mill-masterplan f’Paceville joħroġ ċar li dan huwa biss ġabra ta’ proġetti li kienu miftiehma minn qabel l-elezzjoni. L-ironija hija li filwaqt li l-Gvern ma jridx jisma’ lir-residenti li jgħixu hawn, il-Partit Laburista sab il-ħin qabel l-elezzjoni biex jisma’ x-xewqat ta’ dawn l-iżviluppaturi. Issa qiegħed iwettaq dak li ftiehem magħhom. Tajjeb li ngħidu li fost il-ħafna proposti se jkun hemm mibnija madwar 22 torri kbir b’diversi binjiet oħra madwarhom. Wasal iż-żmien li f’Paceville ssir xi ħaġa. Is-sitwazzjoni f’Paceville mhix waħda tajba, mhux biss għar-residenti, imma għal kulħadd. Kulħadd jaqra u jisma’ l-ġrajjiet li jseħħu f’Paceville.

F’dan il-masterplan hemm diversi punti li jħassbu lir-residenti. Il-popolazzjoni se tikber minn 2,000 għal 9,000 ruħ. Dan mhux korrett sal-aħħar. Dan għaliex ma’ dan in-numru hemm bżonn li wieħed iżid it-turisti u tant eluf ta’ żgħażagħ u oħrajn li jiġu jiddevertu f’Paceville. Dan se jkompli jpoġġi pressjoni kbira fuq l-infrastruttura tal-lokalit. li diġ. hija nieqsa u batuta. L-infrastruttura pubblika, jiġifieri bħalma huma toroq, bankini, sistema ta’ drenaġġ, il-famuża proposta ta’mina oħra u tant ħwejjeġ oħrajn se jkunu lesti sal-2021. Wara dan se jibda l-bini ta’ dawn id-disa’ żviluppi. Intqal li dawn mhux se jinbnew flimkien imma fi stadji differenti. Dan iwassal għal diversi mistoqsijiet, fosthom dwar x’jiġri jekk l insfrastruttura ma tkunx lesta sa ħames snin oħra. U jekk l-iżviluppaturi se jibdew jibnu bil-mod il-mod, dan ma jfissirx li Paceville se jispiċċa kollu bini ta’ kostruzzjoni għal dawn l-għaxar snin li ġejjin? Pender Gardens ilu sejjer tmien snin u għadu mhux lest!

Proposta oħra ta’ tħassib għar-residenti hija li donnu se jkun hemm diversi pjazez miftuħa għall-pubbliku. Għalkemm l-idea hija tajba, fejn dawn il-pjazez qegħdin jiġu proposti attwalment hemm il-bini privat! Dan ifisser li jekk dawn il-pjazez se jsiru, id-djar u bini ieħor iridu jitneħħew. Jekk se jitneħħew, kif se jitneħħew, ta’min se jitneħħa u x’kumpens se jkun hemm? Ilkumpens li se jingħata se jkun biżżejjed għal koppja anzjana biex tixtri post ieħor fl-istess inħawi meta l-prezzijiet mitluba huma dak li huma? Dawn il-pjazez se jibqgħu pubbliċi jew se jispiċċa jkun hemm diversi kjoskijiet kummerċjali kif qiegħed jiġri fil-pjazza ta’ Tignè? Residenti oħrajn li jinsabu jgħixu f’San George’s Park jinsabu inkwetati għax wara li investew flushom fl-appartament tagħhom, issa se jkun hemm żvilupp kbir quddiemhom!

Proposti oħra ta’ tħassib huma l-land reclamation fil-baħar f’Portomaso, fejn se jittieħed il-baħar, it-trasport fejn il-Bajja ta’ Spinola se tispiċċa tkun park and ride , il-ġbir tal-iskart, fejn qiegħed ikun propost li f’Pembroke jkun hemm il-ġabra kollha tal-iskart f’Paceville, hemm ukoll il-kwistjoni ta’ dellijiet li ttorrijiet se jħallu u diversi proposti oħra.

Għaldaqstant, għaliex il-Kunsill Lokali jemmen f’konsultazzjoni vera u mhux fażulla, se ssir laqgħa għar-residenti kollha nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Otturbu fil-Millennium Chapel, f’Paceville, fis-7pm. Inħeġġeġ lir-residenti biex jattendu u jsemmgħu leħinhom.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 23 ta' Ottubru, 2016)

BACK
bottom of page