top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

L-agħma u t-trux

  • manuelschembri
  • May 21, 2016
  • 2 min read

Sfortunatament hawn persuni li għalihom il-ġibda tat-tribù hija ferm aktar qawwija mill-ġibda għall-verità u l-onestà.



L-esperjenza ta’ min huwa nieqes mid-dawl u missmigħ mhix esperjenza sabiħa. Nammira bil-kbir lil dawk li għalkemm jgħixu f’din id-dalma talħajja, jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jgħixu b’ottimiżmu.

Imma lil hinn min-nuqqas ta’ dawl u smigħ fiżiku, jeżisti nuqqas ieħor ta’ dawl u smigħ. Bil-Malti għandna espressjoni profonda. Spiss insibu lilna nfusna ngħidu li t-trux veru huwa dak li ma jridx jisma’ u l-agħma huwa dak li ma jridx jara. Ħafna drabi, persuni f’dan l-istat ikollhom livell qawwi ta’ fanatiżmu. Jaraw biss dak li jridu jew jixtiequ. Jisimgħu biss dak li jdoqq għal widnejhom. Xejn aktar.

Jinstabu diversi forom ta’ fanatiżmu, fosthom dak politiku. Persuna fanatika hija pesuna silettiva. Għal din il-persuna, kulma jagħmel il-partit huwa kollu tajjeb u l-partit qatt ma jagħmel xejn ħażin. Persuna fanatika mhix kapaċi tieħu kritika. Hekk kif wieħed jipprova jirraġuna, din il-persuna tispiċċa taqa’ personali u tinfexx titgħajjar.

Għaldaqstant, persuna fanatika mhix kapaċi tuża moħħha u tasal waħedha għall-konklużjonijiet, imma toqgħod fuq dak li jgħid il-partit permezz tal-midja tiegħu. Persuna fanatika hija persuna li tibla’ r-ross bil-labra. Hija persuna li minn filgħodu sa filgħaxija taf titkellem biss fuq il-politika partiġjana.


Sfortunatament, il-partiti politiċi jagħmlu ‘festa’ fuq l-injoranza tagħha! Jien m’iniex persuna fanatika. Qatt ma kont. Lanqas meta kont saċerdot. L-abjad u l-iswed dejjem sejjaħtilhom b’isimhom. Preżentement jien mhux biss Viċi Sindku f’San Ġiljan, imma kandidat għall-elezzjoni ġenerali fuq id-disa’ u l-għaxar distrett.

Għalkemm diversi huma viċin tal-PN, xi wħud sabu lilhom infushom jivvutaw għall-ewwel darba lill-Partit Laburista. Oħrajn għadhom jemmnu li l-PN wettaq l-iżbalji u kien jimmeritah li jispiċċa fl-Oppożizzjoni. Oħrajn donnhom qatgħu qalbhom mill-politika inġenerali. F’dawn id-distretti jgħixu diversi ċittadini li mhumiex fanatiċi tal-politika. Għalihom ilpolitika hija importanti sa ċertu livell. F’ħajjithom hemm valuri, interessi u suġġetti oħrajn. Filwaqt li jemmnu fil-valur tal-politika, ma jemmnux bis-sħiħ fil-politika partiġjana. Il-PN irid jersaq lejn dawn il-persuni mhux biss b’umiltà, imma anke b’inqas aggressività politika. Inħoss li ma’ dawn iċ-ċittadini rridu nidħlu fi djalogu kostruttiv, intelliġenti u awtokritiku. Wieħed ma jibżax isemmi t-tajjeb u l-ħażin tal-Gvern Laburista u fl-istess waqt isemmi t-tajjeb u l-ħażin li l-PN wettaq fit-tmexxija.

Din hija l-politika onesta u l-politika differenti li Simon Busuttil qiegħed jinsisti dwarha. Inħoss li diversi ċittadini jistgħu jerġgħu lura lejn il-PN jekk dan jagħraf jidħol fi djalogu kostruttiv lil hinn minn doża ta’ partiġjaniżmu aggressiv. Min-naħa l-oħra, diversi residenti f’dawn id-distretti ma jistgħux jifhmu kif filwaqt li diversi Nazzjonalisti kienu kritiċi quddiem il-partit tagħhom u fl-aħħar elezzjoni vvutaw lill-Partit Laburista, ma jistax jingħad l-istess għall-partitarji Laburisti.

Mistoqsija li spiss ikolli hija: ‘Huwa possibbli li quddiem dawn l-iskandli kollha, quddiem dan l-ingann, abbuż ta’ poter, kontijiet sigrieti, ftehimiet dubjużi u qerq sfaċċat li qiegħed isir taħt l-amministrazzjoni preżenti, xorta dawn il-partitarji Laburisi jibqgħu jiġġustifikaw u jagħtu l-appoġġ tagħom? Huwa possibbli li quddiem dan kollu jagħżlu li jkunu torox u għomja?’

It-tweġiba tiegħi tkun li sfortunatament hawn persuni li għalihom il-ġibda tat-tribù hija ferm aktar qawwija millġibda għall-verità u l-onestà. Sfortunatament, xi wħud għandhom għajnejn imma jagħżlu li ma jarawx. Għandhom widnejn u jagħżlu li ma jisimgħux. Sewwa jgħid il-Malti.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 22 ta' Mejju, 2016)

BACK
bottom of page