top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

L-Għaqda

  • manuelschembri
  • Sep 9, 2017
  • 3 min read


ree

‘Dar maqsuma fiha nnifisha, tispiċċa tiġġarraf’. Din mhix espressjoni tiegħi. Din espressjoni li qalha Ġesù minn Nazaret. Lil hinn minn tifsirha spiritwali, din l-espressjoni tfisser li fejn m’hemmx għaqda u serenità, wieħed jispiċċa f’baħar ta’ inkwiet u ġlied li jwassal biex jiġġarraf kollox. Dan ma jgħoddx biss għal relazzjonijiet umani, familji, negozju, imma anke għallpartiti politiċi.

Din l-espressjoni hija attwali għall-Partit Nazzjonalista f’dan il-mument tal-istorja tagħna.

Il-proċess tal-għażla ta’ kap ġdid iġib miegħu b’mod naturali opinjonijiet differenti fuq dawk li offrew li jkunu mexxejja ta’ dan il-partit. Matul dan il-proċess huwa naturali li wieħed jisma’ jew jaqra’ opinjonijiet li huma differenti u mimlija emozzjonijiet kbar.

Mhux biss il-politika fiha nnifisha hija suġġett li jqanqal passjonijiet u emozzjonijiet kbar, imma għalina l-Maltin, il-politika nikluha bil-ħobż u l-ġobon! Dan rajnieh fl-għażla tal-kandidati fl-Amerika. Sakemm intgħażel il-kandidat ta’ kull partit, kien hemm diversi diskussjonijiet jaħarqu u tensjonijiet kbar.

Għalkemm dan kollu huwa minnu u huwa ta’ ġid li fil-Partit ikun hemm diversità ta’ opinjonijiet u fehmiet varji, hemm linja ħamra li wieħed ma jistax jaqbiżha. Jekk wieħed jagħmel dan, allura jkun qiegħed ipoġġi lill-Partit f’periklu kbir. Din il-linja l-ħamra tissejjaħ mhux biss rispett lejn min għandu opinjoni differenti, imma hija l-għaqda tal-Partit. Sinċerament inħoss li f’dan il-mument, l-għaqda ta’ dan il-Partit hija dgħajfa. Dan qiegħed ngħidu b’qalb tqila u b’sens qawwi ta’ responsabbiltà u onestà.

Sfortunatament, in-nuqqas ta’ għaqda jinħass għaliex inħoss li mhux biss ċerti persuni qegħdin jappoġġjaw lil kandidat jew ieħor għall-gwadann personali tagħhom (u allura qegħdin jagħmlu minn kollox biex jibqgħu fi ċrieki interni), imma għaliex huma diversi dawk li qegħdin jitkellmu u jiktbu fuq ilmezzi soċjali b’passjoni għamja u mingħajr ma jiflu sew dak li qegħdin jgħidu jew jiktbu, u mhux biss. Illum il-ġurnata, ilmezzi soċjali, b’mod partikulari facebook, saru għodda importanti biex wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu. Ilkoll nafu li lfacebook ħa post aġenziji tal-aħbarijiet u tal-gazzetti. Aħbar tixxandar f’ħakka t’għajn u ddur id-dinja f’leħħa ta’ berqa. Permezz ta’ dawn il-mezzi soċjali wieħed jagħmel ukoll kuntatti ma’ persuni ġodda u anke jiltaqa’ma’ persuni li jkun ilu ma jiltaqa’ personalment magħhom.

Għalkemm il-mezzi soċjali saru parti minn ħajjitna, ftit nindunaw kemm dawn il-mezzi soċjali mhux biss qegħdin jinfluwenzawna fil-ħsieb u fl-imġiba tagħna, imma jistgħu jkunu għodda ta’ ħsara u deni. Il-mezzi soċjali huma bħala sikkina li tista’ tintuża għat-tajjeb u tista’ tintuża għad-deni wkoll. L-għaqda fil-Partit ma taqax mis-sema.Wieħed irid jindukraha u jaħdem għaliha. Iż-żewġ kandidati u dawk ta’ madwarhom għandhom responsabbiltà kbira biex ma jkomplux jitfgħu lħatab fuq in-nar! Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li fis-17 ta’ Settembru se jkollna mexxej wieħed. Kif dan il-mexxej ilġdid – ikun min ikun – iġib ruħu fl-ewwel ġimgħat/xhur tal-ħatra tiegħu se jfisser ħafna għall-għaqda u l-futur tal-Partit.

Jekk il-mexxej magħżul jieħu l-attitudni li għaliex rebaħ hu, ikaxkar lil kulħadd, allura wieħed jistenna firda u mhux għaqda. Jekk min-naħa l-oħra, il-mexxej magħżul ikun għaref u matur biżżejjed biex joffri l-id tal-ħbiberija lill-kandidat mhux magħżul, allura dan ikun punt ta’ forza u maturità.

Tajjeb li niftakru li meta ntgħażel Eddie Fenech Adami bħala mexxej, Eddie offra l-id tal-ħbiberija sinċiera lil Guido de Marco. Dan ma għamlux biss fl-ewwel xhur imma matul il-karriera politika kollha tiegħu u sa wasal biex għażlu li jkun ukoll President ta’ pajjiżna! Dan huwa eżempju ta’ għaqda u maturità li wieħed għandu jsegwi.

Il-Partit Nazzjonalista meta ħalla l-firda fostu, spiċċa biex tilef mhux daqstant l-elezzjonijiet, imma s-serenità li jkun forza politika pożittiva. Bħal kull familja jew relazzjoni li ma jkollhiex serenità fi ħdanha u tispiċċa qisha ras maqtugħa; hekk jista’ jiġri lill-Partit Nazzjonalista f’dan il-mument tant delikat u importanti.

Għalhekk kull wieħed minna fil-jiem li ġejjin għandu responsabbiltà kbira biex iwieżen sew xi jgħid u jikteb.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 10 ta' Settembru, 2017)

BACK
bottom of page