top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2022 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

L-Għażla

  • manuelschembri
  • Aug 26, 2017
  • 3 min read

Huwa importanti li naraw min huwa kull kandidat. Jista' jkun hemm persuni li fir-realtà għandhom interessi u ambizzjonijiet personali. Dawn jagħmlu ħsara…


ree

Fi ftit ġranet oħra, il-Partit Nazzjonalista sejjer millġdid jagħmel għażla ta’ kap ġdid. Bħal f’kull għażla oħra, hemm ċertu punti li wieħed għandu jsegwi jekk verament l-għażla li ser nagħmlu tkunx waħda tajba.

Għażla responsabbli


Bħal kull għażla oħra, hemm ċertu responsabbilt. marbuta malgħażla. Irridu nifhmu li qegħdin nagħżlu kap ta’ partit politiku li għandu mhux biss storja kbira ta’ kisbiet għal pajjiżna, imma huwa wieħed mill-partiti prinċipali li jħaddem u jħares id-demokrazija f’dan il-pajjiż. L-għażla li ser nagħmlu hija għażla li mhux biss sejra tħalli effett fuq il-ħidma u l-viżjoni tal-PN fis-snin li ġejjin, imma hija għażla li ser tħalli effett akbar fuq pajjiżna kollu. Biex wieħed jista’ jifhem aħjar din ir-responsabbiltà, wieħed għandu jiftakar fl-2008. F’dik is-sena, il-Partit Laburista kien fl-istess baħar tagħna. Il-PL kellu għażla ta’ kap ġdid wara r-riżenja ta’Alfred Sant. Nistaqsi: kieku d-delegati Laburisti dak iż-żmien għażlu lil George Abela minflok lil JosephMuscat, kieku l-ġrajjiet politiċi u soċjali, li kellna minn dak iż-żmien, kienu jkunu ferm differenti?

Għażla infurmata


Matul dawn il-ġimgħat tal-kampanja, l-erba’ kandidati kellhom iċ-ċans juru l-viżjoni u l-ideat tagħhom b'laqgħat ta’ diskussjoni, b\lużu tal-mezzi soċjali biex iwasslu l-messaġġ tagħhom. Ninsab ċert li kienu diversi l-kunsilliera/tesserati li segwew mhux biss b’interess, imma b’entużjażmu sħiħ. Nemmen li huwa importanti li, meta wieħed jiġi biex jagħmel għażla, ikun jaf verament x’għażla ser jagħmel u jifli sew dak li qiegħed jintqal! Ilkoll nafu li, meta wieħed ikun f’kampanja, wieħed jgħid u jwiegħed ħafna affarijiet sbieħ biex jiġbed l-attenzjoni. Xi drabi jsir ukoll ħafna diskors li, meta wieħed jagħsru sew, isib li huwa biss kliem fieragħ u vojt. Għalhekk huwa importanti li wara li smajna dak li kellna nisimgħu, nagħmlu distinzjoni bejn kliem fieragħ u vojt u dak li mhuwiex. Bejn dak li huwa possibbli u dak li huwa biss zokkor. Nemmen li jekk ma nagħmlux hekk, allura nistgħu nispiċċaw bħalma ġralhom ir-Repubblikani f’Amerika bil-ħatra ta’ Donald Trump. Trump kellu ħafna kliem sabiħ u ħafna buzz words. Imma bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar kbir. Issa, ir-Repubblikani Amerikani qegħdin jiddispjaċihom u anke xi wħud iħossuhom skomdi bid-diskors u l-imgiba ta’ dan il-President! Il-politika serja mhiex mibnija fuq buzz words u kliem vojt imma fuq viżjoni u pjan serju ta’ proposti.

Għażla libera


Biex għażla tkun verament għażla tajba, trid tkun għażla meħuda fil-libertà kollha u b’kuxjenza tajba. Nemmen li huwa importanti li l-għażla tal-kap tkun libera u mhux manuvrata minn xi jdejn moħbija! Għalkemm nifhem li wara kull kandidat hemm kunsilliera/kandidati/deputati li qegħdin jaħdmu u jistinkaw għall-kandidat tagħhom, imma huwa importanti li ma nħallu lil ħadd li jiddeċiedi għalina. Ma għandniex inħossu l-ebda obbligu għaliex forsi aħna nammiraw lil xi delegat/kandidat/deputat fid-distrett tagħna, allura rridu bilfors insegwu dak li jgħid!

Huwa importanti wkoll li naraw min huwa wara kull kandidat. Qiegħed ngħid dan għaliex jista’ jkun hemm persuni li fir-realtà għandhom interessi u ambizzjonijiet personali. Ħokkli dahri biex imbagħad inħokk tiegħek, meta jasal il-mument! Dawn jagħmlu ħsara mhux biss lill-kandidat innifsu, imma lill-partit stess.

Għażla favur il-partit


Għalkemm wieħed japprezza l-ħidma u s-sagrifiċċji li żgur li lerba’ kandidati għamlu matul din il-kampanja, wieħed jifhem li l-għażla hija għal kap wieħed! Dan ifisser li, wara din l-għażla, irridu lkoll naħdmu biex niġbdu l-istess ħabel flimkien. Irridu nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat meta ċerti ġerħiet baqgħu miftuħa! Irridu nifhmu wkoll li l-ebda kandidat mhu akbar mill-PN! Għalhekk il-lealtà għandha tkun mhux daqstant lejn dak jew l-ieħor, imma lejn il-partit li, bid-diffikultajiet u bid-difetti kollha tiegħu, kien partit li lil Malta għamilha nies!

Filwaqt li nirringrazzja lill-erba’ kandidati, nistieden lilna lkoll biex nagħmlu din l-għażla bis-serenit., maturità, responsabbiltà u bit-trankwilità meħtieġa għall-ġid mhux biss tal-partit, imma ta’ pajjiżna.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 27 ta' Awwissu, 2017)

BACK
bottom of page