top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
I uphold the politics of values

I uphold the politics of values

Politics is about upholding the common good and empowering people, especially the most vulnerable, to go through their life journey with dignity, writes Albert Buttigieg. Labour’s environmental track record is abysmal.

17/05/26

The right to sleep

The right to sleep

Malta is a vibrant Mediterranean island fiercely proud of its roots, traditions and culture. However, an increasing number of residents are frustrated by excessive commercial noise. Such noise is not only disturbing their daily lives and their well-being but is undermining their right to a decent night’s sleep, which is one’s fundamental right.

07/05/26

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

PN raises concerns over childcare standards, urges investment

MP Albert Buttigieg suggests parents should get paid to keep children at home instead of childcare. The number of childcare centres has increased sharply.

01/04/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

L-identità tal-Partit Nazzjonalista

  • Aug 30, 2015
  • 3 min read

L-għajta tal-PN għandha tkun li kull persuna hija l-ewwel u qabel kollox! Nemmen li din hija l-karta tal-identità tal-PN.



Il-karta tal-identità tagħti l-informazzjoni bażika fuqna: isimna, kunjomna, data tat-twelid u l-indirizz fejn noqogħdu. Imma aħna ferm aktar minn hekk! Aħna nsarrfu aktar minn sitt numri! Wara kull karta tal-identità, hemm persuna bi storja twila ta’ ħajja, snin u esperjenzi varji li l-ħajja taf toffri. Xi wħud minnhom sbieħ u ta’ sodisfazzjon. Xi wħud minnhom koroh. Oħrajn huma mumenti ta’ diżappunt u qtigħ il-qalb. Dan kollu jinġabar flimkien biex jagħġinna u jagħmilna dak li aħna. Aħna dak li aħna għaliex għandna l-passat u l-preżent magħġuna flimkien. Il-passat u l-preżent jinġabru flimkien biex jagħtuna l-identità vera tagħna lil hinn minn sitt numri. Jien dak li jien illum, bis-saħħa ta’ dak li kont ilbieraħ!

L-identità tagħna twassal x'inhuma l-valuri tagħna. Turi liema huma l-għażliet tagħna tal-bieraħ, tal-lum u ta’ għada. L-identità tikxef kif inħarsu lejn il-ħajja u x’inhi l-viżjoni li għandna. L-identità tagħna tikxef min aħna verament. Dan huwa proċess kontinwu li jaf il-waqfien tiegħu mal-mewt fiżika.

Imma min-naħa l-oħra, min mhuwiex f’kuntatt kontinwu miegħu nnifsu, jista’ jidħol fi kriżi ta’ identit. – ma jafx xi jrid mill-ħajja, ma jafx x’se jagħmel fil-ħajja u ma jafx għaliex qiegħed jgħix! Għaldaqstant, kif minn żmien għal ieħor ikollna nġeddu l-karta tal-identità li tkun skadiet, hekk ukoll biex fil-ħajja ‘ma niskadux’, hemm bżonn li nġeddu l-identità tagħna. Dan huwa proċess f’mixja kontinwa ta’ tiġdid.

Għaliex qiegħed ngħid dan? Qiegħed ngħid dan kollu biex inkun nista’ nsaqsi mistoqsija provokattika: X’inhi l-karta ta' l-identità tal-Partit Nazzjonalista? Dak kollu li ktibt hawn fuq l-identità u l-bżonn ta’ tiġdid, japplika għall-PN? Ir-risposta sinċiera, bla aġenda hi IVA. Jekk ma rridux ikollna kriżi ta’ identità, il-Partit irid jistaqsi fuq l-identità aġġornata tiegħu.

Matul din is-sena qegħdin niċċelebraw 135 sena mit-twaqqif tal-Partit. Għal dawn l-aħħar 135 sena, il-PN kien forza ta’ ġid u progress. Malta mmexxija mill-PN imxiet ’il quddiem. Għalkemm kien hemm mumenti ta’ diżappunt, telf, żbalji u stejjer u persuni li jimbarazzawna, kollox ma’ kollox nistgħu ngħidu b’wiċċna minn quddiem li bit-tmexxija Nazzjonalista ‘rajna wiċċ Malta jinbidel’. Seħħet rivoluzzjoni silenzjuża. Tul dawn is-snin, il-PN, permezz tal-mexxejja tiegħu, dejjem offra identità ċara ta’ pajjiżna. Minn pajjiż magħluq fih innifsu, intimidat mill-aggressività ta’ Mintoff, spiċċa pajjiż modern, liberu u bi kwalit. għolja tal-ħajja għal kulħadd.

Permezz ta’ Nerik Mizzi, il-PN ħadem favur id-dinjità tal-Maltin taħt il-kolonja Ingliża. Permezz ta’ Ġorġ Borg Olivier, il-PN ġab l-identità ta’ pajjiż sovran u indipendenti li jemmen fih innifsu. Permezz ta’ Eddie Fenech Adami, il-PN mhux biss ħareġ mill-morsa Soċjalista, imma ħadem biex jikkonferma l-identità Ewropea tagħna fi ħdan il-komunit. Ewropea. Permezz ta’ Lawrence Gonzi, il-PN offra l-viżjoni ta’ Malta moderna u ugwali fil-komunità Ewropea li taħdem ma’ membri oħrajn.

U issa? X’inhi l-identità tal-Partit? X’inhi l-viżjoni tagħna għal Malta tal-lum u għada? Malta tal-bieraħ mhix Malta tallum.


U Malta tal-lum mhix Malta ta’ għada. Għaldaqstant, il-PN irid iħares ’il quddiem. Il-Partit irid jerġa’ jiskopri l-għeruq u l-valuri tiegħu. Irid jerġa’ jemmen fih innifsu. Jerġa’ jisfida lill-Maltin b’viżjoni ta’ Malta onesta u bieżla. Wara sentejn fit-tmexxija, il-Partit Laburista tbiegħed mill-għeruq u l-valuri ta’ kull partit Laburista. Il-Partit Laburista sar donnu partit neo-Liberali u neo-Kapitalista.

Il-PN ma jistax joqgħod ‘gallarija’ u jistenna ‘lill-Imperatur jispiċċa mingħajr ħwejjeġ’. Irid ikun proattiv. Il-PN irid iġedded l-identità tiegħu bħala partit li lest joffri viżjoni ċara ta’ Malta onesta, bieżla u moderna. Nemmen li bit-tmexxija ta’ Simon Busuttil dan qiegħed bil-mod il-mod iseħħ. Jekk fl-imgħoddi l-għajta Laburista kienet ‘Malta, l-ewwel u qabel kollox’, nemmen li issa l-għajta tal-PN għandha tkun li kull persuna hija l-ewwel u qabel kollox!

Nemmen li din hija l-karta tal-identità tal-PN.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 30 ta' Awwissu, 2015)

BACK
bottom of page