top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Logħob bl-istatwi u l-Qaddisin!

  • manuelschembri
  • Apr 7, 2018
  • 4 min read

It-twemmin u l-aspett kulturali għandhom bżonn xuxlin. Wieħed ma jistax jgħaddi mingħajr l-ieħor.


ree

Fl-imgħoddi kienu diversi dawk li meta kienu tfal kienu jilagħbu bl-affarijiet tal-knisja. Diversi kellhom fi

djarhom artali żgħar u statwi tal-qaddisin. Kien żmien ieħor. Imma jidher li xi wħud kibru u xi wħud laħqu

sew ukoll imma xorta għadhom jilagħbu bil-knisja u bl-istatwi!

Li wieħed ikun dilettant tal-festi u tal-vari mhi xejn ħażin. Għall-kuntrarju, hija xi ħaġa tajba. Diversi huma dawk li huma voluntiera u jagħtu ħin u enerġija biex ikun hemm dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Huma parti mill-identit. tagħna l-Maltin. Grazzi għalihom u għas-sagrifiċċji li jagħmlu, dawn it-tradizzjonijiet kulturali u xhieda tal-fidi għadhom ħajjin fostna.

Imma, u hawn tinsab l-‘imma’ kollha, mhux l-ewwel darba li jingħad li l-festi, l-istatwi u t-tiżjin ma jistgħux ikunu biss folklor popolari imma għandhom ikunu espressjoni ġenwina ta’ xi ħaġa aktar profonda, jiġifieri tal-fidi.Wieħed ma għandux ikun biss dilettant tal-festa tal-Madonna jew ta’ San Pawl imma għandu jkun persuna ‘ħabib’ li jħobb u jgħix proprju t-tagħlim tagħhom. Il-festi u l-qaddisin ma għandhomx ikunu biss qoxra imma espressjoni esterna ta’ xi ħaġa aktar profonda. Għaldaqstant, il-festi u l-istatwi ma jistgħux ikunu ‘imneżżgħin’ mill-aspett ta’ twemmin. Jekk jiġri dan, dawn jispiċċaw biss manifestazzjoni ta’ folklor reliġjuż.

Proprju dan kien il-messaġġ li stqarr dan l-aħħar l-Isqof ta’ Għawdex meta tkellem fuq il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Huwa lmenta li hemm riskju li dawn jispiċċaw karnivalata. It-twemmin u l-aspett kulturali għandhom bżonn xulxin.

Wieħed ma jistax jgħaddi mingħajr l-ieħor. Jekk jiġri dan, l-għan tal-festi u tal-istatwi jintilef sew. Il-fidi għandha bżonn il-kultura tal-post biex tesprimi lilha nnifisha b’mod li wieħed jista’ jifhimha. Min-naħa l-oħra, il-kultura reliġjuża għandha bżonn il-fidi ġenwina. Mingħajr il-fidi ġenwina, din tkun biss manifestazzjoni vojta u bla sens... jekk mhux ukoll waħda pagana! Kulħadd jaf b’ċerti ġesti u twerżiq quddiem xi statwa biex jifhem xi rrid ngħid. Ma nistgħux inkomplu ndawru r-reliġjon f’attivita purament folkoristika.

Għaliex qiegħed ngħid dan kollu? Qiegħed ngħid dan għax bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Belt

bħala belt kapitali Ewropea tal-kultura kien hemm attivita msejħa ‘Il-Festa l-Kbira’.

L-istatwi ta’ San Pawl, San Duminku, Santu Wistin u tal-Madonna tal-Karmnu nħarġu flimkien f’dawra sa Pjazza Jum il-Ħelsien. Personalment u b’rispett nistqarr li dan kien kollu logħob bl-istatwi u l-qaddisin!

Nistqarr li dan kien ġest li bih il-fidi u l-kultura ġew separati. Din il-manifestazzjoni kellha doża kbira ta’ festa popolari mneżżgħa mill-fidi u l-ġabra liturġika.Min jafni, jaf sew li jien persuna li nħobb u napprezza l-kultura, imma dawn l-istatwi mhumiex trofej kulturali. Wieħed ma jistax ‘jużahom’ bħala attrazzjoni turistika biss. Dan jgħodd għall-knejjes sbieħ tagħna li ma għandhomx ikunu meqjusa biss bħala mużew tal-arti! Għaldaqstant, nistqarr li din l-attività kienet dak li bl-Ingliż jissejjaħ ‘in bad taste ’ u mhux f’postha!

Punt ieħor huwa l-isem li ngħata għal din l-attività: Il-Festa l-Kbira. Teoloġikament dan huwa isem falz għall-aħħar. Ma hemm l-ebda festa ikbar mill-festa tal-Għid li għadna kemm iċċelebrajna! Għalina l-Insara, il-Festa tal-Għid – il-mewt u l-qawmien tal- Mulej – hija l-ikbar festa fil-kalendarju Nisrani u ma hemm l-ebda festa li tista’ tissejjaħ b’dan it-titlu! Min għażel dan l-isem juri li huwa fjakk mit-tagħlim teoloġiku. Jikxef ukoll li f’moħħu l-għan tiegħu/tagħha kien li din tkun attività sempliċement folkoristika!

Li wieħed joħroġ erba’ statwi, sbieħ kemm huma sbieħ, ma jagħmilx lil din l-ikbar festa!

Wieħed forsi jista’ jsemmi li din l-attivita ġabret lill-Beltin flimkien. Dan huwa punt tajjeb li l-komunita kollha tista’ tinġabar flimkien. Imma anke hawnhekk inħoss li din kienet ‘għaqda’ artifiċjali għall-aħħar mhux biss għax kulħadd jaf li wieħed irid aktar minn hekk biex verament jingħaqad imma għax kulħadd ġab u ddandan bit-trofew tiegħu!

Sinċerament inħoss li kien ikun aktar għaqli kieku kien hemm sforz ġenwin biex wieħed jipprova jwassal il-minjiera ta’ għerf u tagħlimli dawn il-qaddisin għaddewlna permezz ta’ kitbiethom u ħajjithom. Kemm San Pawl, San Duminku u aktar u aktar Santu Wistin kienu għorrief li kitbu kitbiet kbar. Biżżejjed wieħed isemmi l-ittri ta’San Pawl li huma parti mill-Bibbja jew inkella l-ktieb klassiku ta’ SantuWistin bl-isem ‘Il-Belt t’Alla, Belt tal-bniedem’.

Dawn fihom temi attwali u li fihom x’wieħed jomgħod anke għalina li qegħdin ngħixu issa għax jitkellmu fuq il-korruzzjoni, il-kilba għall-poter uman, is-solidarjeta, l-onesta, il-ġlieda għall-verita, fost temi oħra! Hija ħasra li dawk li huma ‘dilettanti’għal dawn il-qaddisin huma mbagħad sajmin sew mill-għerf tagħhom.

Inħoss li din kienet ukoll opportunit. mitlufa għax ma hemmx sforz li wieħed jipprova jifhem aħjar ir-realtajiet soċjali u umani ta’ din il-belt. Inħoss li għalkemm qed jingħataw l-għajnuniet kollha biex din il-belt tkun riġenerata u terġa’ tingħata l-ħajja (u tajjeb li ngħidu li dan il-proċess bdieh Lawrence Gonzi), ftit qed tingħata importanza lil riġenerazzjoni soċjali ta’ din il-belt. Kulħadd jaf li f’din il-lokalit. hemm diversi problemi soċjali kbar. Diversi anzjani jinsabu jgħixu f’kundizzjonijiet mhux ideali.

Diversi tfal ifallu l-iskola. Tajjeb li wieħed isemmi l-Fondazzjoni li waqqaf id-Deputat Claudio Grech li qiegħed jipprovdi diversi għajnuniet lill-komunita. Ninsab ċert ukoll li l-kappillani u membri reliġjużi oħra qegħdin jaħdmu fis-silenzju f’din il-komunita.

Nawgura li l-enerġija tagħhom jagħtuha proprju fejn jgħodd l-aktar u jmorru lil hinn mill-qoxra reliġjuża jew mis-sbuħija tal-knejjes ħalli jwettqu evanġelizzazzjoni lill-komunitajiet tagħhom.

Żmien li wieħed jilgħab bil-knisja u l-istatwi spiċċa. Sintendi, għal min irid iħares ’il quddiem u mhux lura jew biex inessi l-preżent!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 8 ta' April, 2018)

BACK
bottom of page