top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Malta onesta

  • manuelschembri
  • Sep 26, 2015
  • 3 min read

Il-PN għandu jirbaħ il-fiduċja tal-poplu mhux fuq l-iżbalji ta' ħaddieħor imma fuq il-merti tiegħu.


ree

Il-folla nġabret bi ħġarha fid-daħla tal-Belt Valletta. Kienu qatigħ dawk li ġew matul il-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru l-51 sena tal-Indipendenza. Jien ukoll kont hemm. Għalkemm kienet l-ewwel esperjenza tiegħi f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bħala kandidat, ħassejtni f’dari. Kont milqugħ sew minn diversi kollegi kandidati u nies oħra li bħali ġew biex jisimgħu x’għandu xi jgħid il-Partit Nazzjonalista. U x’kellu xi jgħidilna l-PN, permezz tal-interventi u d-diskorsi ta’ Simon Busuttil? Simon ma tkellimx biss fuq il-passat tal-Partit matul dawn il-51 sena. Simon ma tkellimx biss fuq it-tajjeb u l-inqas tajjeb li wettaq il-Partit matul is-snin fir-responsabbiltà tat-tmexxija. Simon ma tkellimx biss fuq il-politika żbaljata tal- Gvern Laburista u l-iskandli li diġà fnewh wara sentejn u nofs.

Simon tkellem fuq il-futur tal-PN. Il-passat għadda u mar. Il-passat tgħallimna minnu. Issa rridu nħarsu ’l quddiem. Bħala l-futur mexxej ta’ dan il-pajjiż, Simon tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal Malta ta’ għada. Simon jaf sew li biex mill-ġdid ikollna l-fiduċja tal-poplu, il-Partit ma jistax jibqa’ jitkellem biss fuq il-passat glorjuż tiegħu. Dak li kellu jseħħ, twettaq. Jaf ukoll li l-Partit ma jistax joqgħod isemmi biss l-iżbalji tal-Partit Laburista. Il-PN għandu jirbaħ il-fiduċja tal-poplu mhux fuq l-iżbalji ta’ ħaddieħor imma fuq il-merti tiegħu. Simon jaf sew li jekk il-Partit jista’ jerġa’ jgawdi l-fiduċja, il-Partit għandu bżonn jitkellem fuq viżjoni għal Malta ta’ għada.

U Simon hekk għamel b’konvinzjoni u onestà. Tkellem li se jaħdem biex il-poplu jifhem il-ħtieġa li wara li għażel li jidħol membru fil-komunit. Ewropea, issa jrid jagħmel pass ieħor. Irid jagħmel qabża ta’ kwalità u jsir poplu Ewropew fis-sens kollu tal-kelma. Poplu li jaħseb u jġib ruħu ta’ poplu Ewropew f’Ewropa matura. Poplu Ewropew huwa poplu bi standards għoljin ta’ ħajja. Poplu li jistenna li jkollu tmexxija pubblika Ewropea. Din hija bidla ta’ mentalità. Bidla ta’ kultura.

Bidla ta’ kwalità ta’ ħajja.

Tkellem fuq il-bżonn li l-politika u l-politiċi jkunu għas-servizz taċ-ċittadini kollha u mhux bil-kontra. Malta trid verament issir tagħna lkoll! Ma jistax ikun li Malta tkun immexxija biss mill-‘ħbieb tal-ħbieb’ li qegħdin ‘jiffangaw’ f’gula sfrenata bil-benefiċċji kollha! Standards li ma jħallu lill-ebda Ministru jwettaq deċiżjonijiet żbaljati mingħajr mistħija ta’ xejn. Mhux kollox jgħaddi. Kull Ministru huwa qaddej pubbliku. Għalhekk jissejjaħ ‘ministru’, jiġifieri ‘qaddej’. Wara 51 sena ta’ pajjiż indipendenti, ma jistax ikun li ċ-ċittadini jibqgħu jiddependu fuq lil min jafu u liema ministru jista’ jaqdihom. Iċ-ċittadini jridu jakkwistaw issa l-indipendenza mill-ħakma tal-ministru u dawk ta’ madwaru! Iċ-ċittadin irid jieħu dak li hu dovut lilu bi dritt u mhux bi pjaċir! Għaldaqstant, l-awtoritajiet u l-entitajiet tal-Gvern iridu jkunu għas-servizz ta’ kulħadd u mhux għal ftit.


Biex iseħħ dan, huma wkoll iridu jakkwistaw l-indipendenza mill-ministeru! Din ukoll hija bidla ta’ mentalità. Bidla ta’ kultura!

Tkellem dwar l-ambjent u l-ħtieġa li nieħdu ħsiebu għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Simon ma qagħadtx jinħeba wara subgħajh. Stqarr li l-Partit tgħallem min-nuqqasijiet tiegħu. Wiegħed li se jaħdem qatigħ biex dawn l-iżbalji ma jerġgħux isiru! Ma jistax ikun li ċerti żviluppaturi diżonesti, li jħossuhom ‘untouchable ’ bħal fi żmien Lorry Sant, jippruvaw jixtru lil Malta kollha! Ma jistax ikun li l-ftit kampanja li baqa’ tispiċċa miksija bis-siment!

Tkellem fuq Malta onesta fejn il-prinċipji u l-valuri tagħna ma jkunux għall-bejgħ. Mhux kollox jista’ jsir flus. Mhux kollox għandu prezz. Mhux kollox qisu xejn mhu xejn. Għalkemm qegħdin ngħixu f’soċjetà materjalista u konsumerista, il-Gvern ma jistax jistma liċ-ċittadini bl-istess mod.


Bħala kandidat ġdid ningħaqad ma’ Simon f’din il-viżjoni ta’ Malta.

Għal dawn l-aħħar 30 sena ħdmit fil-qasam soċjali u man-nies, u għaldaqstant nemmen u nifhem lil Simon bis-sħiħ meta jisħaq li se jaħdem biex il-Partit u Gvern Nazzjonalista futur ikunu Partit u Gvern viċin in-nies. Partit u Gvern li jifhmu lin-nies u d-diffikultajiet reali ta’ kuljum. Kien proprju minħabba f’hekk li għażilt il-motto tiegħi: ‘People Matter – Inti tgħodd!’

Dan għandu jwassalna biex noffru l-appoġġ meħtieġ lil dawk il-persuni li jinsabu fit-tarf tas-soċjetà. Għandna nagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ lil min irid jimxi ’l quddiem bl-onestà kollha, lin-negozjanti onesti u beżlin. Ma għandux ikollna ‘ħniena’ ma’ min huwa korrott. Irridu gvern nadif b’Malta nadifa! Ħadd mhu ’l fuq mil-liġi! Partit li jemmen tassew fil-meritokrazija, akkontabbiltà u trasparenza, li jemmen f’Malta ġusta u mhux Malta vendikattiva, li jkompli jibni soċjetà aktar umana u onesta, li ma jibżax juri l-valuri tiegħu favur il-ħajja, il-familja, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, ix-xogħol, l-ambjent, il-libertà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. Partit inklużiv li jiġbor lil kulħadd ħalli ħadd ma jħossu barrani.

Flimkien ma’ Simon, nixtieq naħdem għal Malta onesta. U inti?


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 27 ta' Settembru, 2015)

BACK
bottom of page