top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Meta l-persuni jiġu l-ewwel (2)

  • Feb 22, 2015
  • 3 min read

Il-Politika vera hija meta l-persuni jiġu l-ewwel. B'hekk nistgħu nħallu din is-soċjetà ftit aħjar milli sibnieha.




Il-Ħadd li għadda qsamt magħkom xi ftit punti dwar xi tfisser il-politika għalija u liema huma dawk il- valuri li nħoss li għandhom ikunu preżenti fil-ħajja politika. Illum nixtieq inkompli naqsam magħkom xi punti oħra.

Fedeltà lejn il-Partit li tfisser fedeltà lejn viżjoni u valurikomuni. Għalkemm tajjeb li jkun hemm ideat differenti, dawn l-ideat differenti għandhom jinġabru f’viżjoni waħda. Fejn hemm il-firda m’hemmx l-għaqda u fejn m’hemmx l-għaqda m’hemmx saħħa. Flimkien biss b’saħħitna u jista’ jkollna mill-ġdid il-fiduċja tal-maġġoranza.

Ħsieb politiku li għandu jkun mibni fuq il-valuri u l-għeruq tal-Partit u mhux fuq konvenjenzi, opportuniżmu, opinjoni pubblika jew marketing . Waqt li l-Partit għandu jżomm ruħu aġġornat ma’ dak li jkun għaddej biex ikollu l-kuraġġ ibiddel dak li ma għadux jgħodd għal-lum, jibqa’ jkollu fedelt. lejn l-għeruq.

Livell ta’ etika fejn mhux kollox jgħaddi jew jgħodd. Għalkemm il-ħajja personali ta’ kull politiku għandha tkun imħarsa u rispettata, kull politiku għandu jaħdem biex ikollu livell ta’ integrit. pubblika. Il-fiduċja fil-politiku tinbena meta hemm l-onest. – lil hinn minn kull xamma ta’ korruzzjoni jew ċerti ‘ħbiberiji’. Il-politiku jrid ‘jgħid dak li se jwettaq u jwettaq dak li jgħid’. Ċertu livell ta’ frustrazzjoni taċ-ċittadini qed jikber għaliex għejjew jisimgħu wegħdi, roadmaps , u timeframes.

Promozzjoni ta’ diversità u ugwaljanza soċjali. Għalkemm wieħed għandu japprezza l-identit. u l-valuri li jsawruh, dan għandu jseħħ b’rispett kbir lejn il-minoranzi. B’hekk ikollna għaqda fid-diversità. Ħadd ma għandu jħossu barrani f’daru stess.

Investiment. Il-politika għandha sservi biex ikun hemm investiment qawwi fl-infrastruttura edukattiva formali, informali u edukazzjoni vokazzjonali. L-edukazzjoni fiddiversi forom tagħha, hija mhux biss iċ-ċavetta għal futur ta’ kwalità għal uliedna, imma hija l-pedament ta’ soċjetà demokratika u inklużiva fejn kull persuna għandu jkollha l-opportunitajiet meħtieġa biex timxi ’l quddiem u twettaq l-aspirazzjonijiet tagħha.

Vuċi tal-persuni mingħajr vuċi. Meta l-politika tkun mibnija fuq id-dinjit. umana, allura l-politika ma tistax ma titkellimx f’isem il-persuni li jinsabu fit-tarf tas-soċjetà u ssir leħen ta’ solidarjetà. Politika vera taħdem id f’id mas-soċjetà ċivili biex tinħoloq kultura ta’ kenn u appoġġ.

Politika li tmur lil hinn minn politika ta’ tgħajjir u insulti u minflok tkun Politika bil-‘P’ kbira – li toffri rispett, soluzzjonijiet u alternattivi ta’ tmexxija. Id-differenzi tal-ħsieb politiku għandhom jgħinu biex ikollna soċjetà b’demokrazija aktar matura.

Ħarsien tal-ambjent u l-patrimonju tagħna bħala investiment għall-futur ta’ wliedna. Dan il-pajjiż ma jistax jispiċċa donnu belt waħda. Il-kampanja tagħna ma tistax tinkesa bis-siment jew taqa’ fis-silenzju. B’rispett lejna u lejn uliedna għandna bżonn politika li taħdem mas-soċjet. ċivili biex ikun hemm żvilupp sostenibbli.

Għaqal fit-tmexxija. Il-politika tkun kredibbli meta tkun serja, trasparenti, kontabbli fi tmexxija pubblika. Spiss nisimgħu dwar dan, IMMA bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar imqalleb! Kull proposta politika trid tirrispetta l-intelliġenza taċ-ċittadini u toffri l-informazzjoni kollha. Spiċċa żmien li ċ-ċittadini jemmnu u jaqblu ma’ kollox. Ċittadini serji u maturi jistennew risposti serji u maturi mill-politiċi tagħhom.

Sekulariżmu pożittiv. Għalkemm wieħed għandu japprezza u jgħożż il-patrimonju Nisrani u l-kontribut li dan ta lill-pajjiż, ikun ta’ ġid għas-soċjetà u għall-istess komunità li jkun hemm awtonomija sħiħa u rispett reċiproku. Illum il-ġurnata s-soċjetà hija magħmula minn diversi persuni ta’ opinjonijiet, valuri u twemmin differenti. Għaldaqstant, il-politiku, waqt li għandu jkollu fedeltà sħiħa lejn il-valuri li jagħtuh identità, irid jifhem li huwa qiegħed f’isem kulħadd.

Il-Politika vera hija meta l-persuni jiġu l-ewwel. B’hekk nistgħu nħallu din is-soċjetà ftit aħjar milli sibnieha.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 22 ta' Frar, 2015)

BACK
bottom of page