top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Mhux beħsiebni nsaħħan is-siġġu!

  • manuelschembri
  • Nov 15, 2022
  • 3 min read

F’kull irwol u responsabblità li kelli dejjem għamilt ħilti b’onestà u b’integrità sħiħa biex naqdi dmiri kif kien mitlub minni. Għaldaqstant, nixtieq inkun vuċi mhux biss ta’ ċittadini tagħna imma vuċi għal ambjent, għal ġustizzja soċjali u għal inklużjoni.


ree
Credit: DOI - Omar Camilleri

Wara l-mewt tal-maħbub Robert Arrigo, jiena ġejt elett bħala d-Deputat l-ġdid fuq 10 distrett.


Għalija din hija opportunità oħra biex inkun ta’ servizz mhux biss għal komunità Ġiljaniża, fejn kont Sindku, imma opportunità fejn nista’ nagħti s-servizz tiegħi lil komunità aktar wiesgħa. Hija opportunità li nkun għas-servizz tal-ġid komuni! Nemmen bis-sħiħ li l-politika vera hija dik għas-servizz tal-ġid komuni! Kull persuna li tidħol għall-politika tagħmel dan biex toffri servizz u mhux biex tinqeda’ u tisserva bil-politika!


Il-politika mhix dwari. Lanqas mhi dwarek. Il-politika hija dwarna. Pajjiżna jieħu r-ruħ meta nagħmlu l-politika ta’ flimkien, jigifieri politika fejn il-kelma ‘aħna’ tiġi qabel il-kelma ‘jiena’. Għaldaqstant, għalija l-kelma ‘flimkien’ turi l-ħidma għall-ġid komuni li jmur lil hinn mill-interessi tal-ftit imma tħares l-interessi tal-ħafna.


Għaldaqstant, nixtieq nagħmel politika li tħares l-interessi tal-ħafna u mhux tal-ftit.


Għaldaqstant, filwaqt li qiegħed nilqa’ din l-istedina li saritli, nixtieq li nkun il-vuċi lil dawk il-valuri li jsostnu l-ġid komuni. Dawn huma:


  • Il-ħarsien tal-valur tal-ħajja. Kull ma għandna u kull ma aħna, huwa kollu frott tal-ħajja li għandna. Għaldaqsant, irridu nħarsu lejn il-ħajja bħala rigal. Il-ħajja hija valur mhux biss fil-ġuf imma anke barra l-ġuf! Dan ifisser li l-ħarsien tal-valur tal-ħajja f’dak li jagħmel il-ħajja sabiħa, jiġifieri l-annimali, l-ambjent, il-kultura, id-diversità, l-arti, il-mużika u tant ħwejjeġ oħra. Minn naħa l-oħra, irridu nwieżnu, nisimgħu u nifhmu lil dawk ta’ fehmiet oħra.

  • Il-ħarsien tal-ambjent tagħna. L-ambjent huwa l-preżent u l-futur tagħna. Ilkoll naqblu li l-ambjent jinsab taħt assedju ta’ dawk li ma għandhomx xabgħa. L-ebda lokalità mhi ħielsa minn dan il-bini sfrenat kollu. L-ambjent huwa d-dar komuni tagħna. Jekk mhux ser nieħdu ħsieb l-ambjent mhux biss ser nagħmlu pajjiżna belt waħda imma ser ikollna diversi problemi ta’ saħħa mentali. L-istudju juri biċ-ċar li hemm rabta sħiħa bejn is-saħħa mentali u bini żejjed li ma jħallix spazji miftuħa! Għalhekk irridu neżaminaw sew il-policieseżistenti tal-kostruzzjoni u nieħdu bla biża' dawk il-passi meħtieġa. Personalment nemmen li dawn il-policies għandhom bżonn li jiġu reveduti u ssir masterplan nazzjonali fejn l-ambjent jingħata aktar importanza u ħarsien. Hemm bżonn li l-UCA u l-ODZ jkunu verament imħarsa. Irridu nħarsu l-ftit ġonna li baqalna u l-karattru tal-irħula tagħna. Hemm bzonn ikollna aktar kwalità ta’ bini, aktar minn kwantità bla gost ta’ xejn. Hemm bżonn nitkellmu fuq is-‘solar rights’ tar-residenti. Ma jistax ikun li r-residenti jispiċċaw b’ħitan ma’ wiċċhom u fid-dlam jew inkella donnhom f’xi shaft! L-ambjent mhuwiex biss il-bini u l-iżvilupp imma anke t-tibdil tal-klima, l-immaniġġjar tat-traffiku, id-dipendenza żejda fuq il-karrozzi, l-enerġija alternattiva mibnija fuq stil u kultura ta’ ħajja, il-ġbir tal-iskart, it-tniġġis tal-arja u l-baħar, il-ħarsien tas-siġar u l-widien. L-ambjent ifisser ukoll li nibżgħu għall-patrimonju tagħna u mhux qed nispiċċaw neqirdu l-arkitettura li għaddewlna missirijietna. L-ambjent ifisser ukoll il-ħarsien tal-annimali u l-qtil jew moħqrija tagħhom f’isem xi ‘passatemp’ jew ieħor.

  • Il-ħtieġa tal-inklużjoni. B’hekk ħadd ma jibqa’ lura. Ħadd ma għandu jħossu barrani f’daru stess. Iridu nkomplu naħdmu qatigħ biex nsostnu lil anzjani biex jibqgħu jgħixu sa kemm jistgħu fil-familji u komunitajiet tagħhom. Hemm bżonn inkomplu neliminaw imġieba/’kultura’ ta’ diskriminazzjoni lejn persuni bl-orjentazzjoni sesswali differenti, għax huma parti ntegrali mill-familja Maltija tagħna. Hemm bżonn nindirrizzaw il-problema ta’ obeżità u llitterizmu fost it-tfal li jwassal għal esklużjoni soċjali. Hemm bżonn ikollna l-kuraġġ nitkellmu fuq l-unaccompanied children li jaslu fostna u l-ħajja tar-refuġjati. Dawn tal-aħħar huma bnedmin bħalna. Għalkemm is-suġġett tar-refugjati huwa wieħed sensittiv u jitlob maturità politika, żgur li r-razziżmu qatt mhu s-soluzzjoni. Irridu nevitaw li jkollna ‘ghettos’. Nitgħallmu mill-iżbalji ta’ pajjiżi oħra fejn il-ghettos kienu benniena għal problemi soċjali kbar.

  • Il-bżonn tal-ġustizzja soċjali. Nemmen f’politika għal ħafna u mhux għal ftit. L-istudji juru biċ-ċar li d-distakk bejn il-fqir u s-sinjur qiegħed jikber. Il-politika vera hija dik li tqassam il-ġid ugwali lil kulhadd mingħajr ma tara wiċċ ħadd! Hija ironika li filwaqt li xi wħud bit-titlu ta’ ‘konsulenti’ qegħdin jaqilgħu l-eluf, numru ta’ tfal qegħdin jitolbu lil ‘father Christmas’ biex fil-Milied jagħtihom l-ikel! Hija ironika li l-paga ta’ irġiel hija ogħla minn dik tan-nisa għall-istess xogħol! Hija ironika li xi wħud jieħdu li jridu, anke jekk mhux suppost, waqt li oħrajn qegħdin jgħaddu minn ‘martirju’ biex jieħdu dak li huwa tagħhom bi dritt!

F’dawn l-aħħar 40 sena okkupajt diversi rwoli u responsabbiltajiet fis-setturi soċjali, reliġjużi, edukattivi u maniġerjali, fosthom: għalliem, patri Franġiskan Kapuċċin, manager fis-Sedqa, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Amministratur f’Caritas, Direttur fl-Equal Partners li taħdem fost it-tfal b’diżabbiltà, ħidma fil-UĦM, Viċi Sindku u Sindku f’San Ġiljan.


F’kull irwol u responsabblità li kelli dejjem għamilt ħilti b’onestà u b’integrità sħiħa biex naqdi dmiri kif kien mitlub minni. Għaldaqstant, nixtieq inkun vuċi mhux biss ta’ ċittadini tagħna imma vuċi għal ambjent, għal ġustizzja soċjali u għal inklużjoni.


Żgur li m’iniex ser ‘insaħħan’ is-siġġu mogħti lili.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Illum – 15 ta' Novembru, 2022)

BACK
bottom of page