top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Mhux jien mamà

  • manuelschembri
  • Jan 31, 2016
  • 3 min read

Updated: Jun 30, 2021

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar toħroġ ċara d-differenza fl-irġulija u l-onestà bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil. Sintendi, għall min irid jara!



Diversi snin ilu kien hawn diska bil-Malti bl-isem ‘Mhux jien mamà’. Min għandu ċerta età żgur li jiftakar sew din il-kanzunetta. Fl-aħħar ġranet smajna diversi drabi lill-eksSegretarju Parlamentari Michael Falzon isostni, li hu ma kienx involut fil-każ tal-iskandlu li fih Gaffarena ngħata kumpens skandaluż għal xiri ta’ parti waħda minn palazzin il-Belt. Ikoll qrajna wkoll il-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Mingħajr ebda tlaqliq, l-Awditur Ġenerali kkonferma dak li l-Partit Nazzjonalista u diversi mezzi talmedja kienu qegħdin isostnu għal xhur sħaħ. Għal darba oħra, Simon Busuttil ingħata raġun. Il-verità ħarġet rebbieħa fuq il-qerq u l-ingann tal-Gvern. Imma għall-eks-Segretarju Parlamentari, hu ma kellux x’jaqsam! ‘Mhux jien mamà’.

Għalkemm l-eks-Segretarju Parlamentari kien politikament responsabbli mit-tmexxija tad-Dipartiment tal-Artijiet, ħass li ma kellu jġorr l-ebda responsabbiltà. Meta fl-aħħar ġie dahru mal-ħajt, kellu jagħmel dak li ma riedx. Irriżenja kontra qalbu. Qiegħed jagħmel donnu t-tfajjel innoċenti Geordie li fid-diska li jsostni, għal darba darbtejn, li ma kienx hu li kisser il-vażun! ‘Mhux jien mamà’.

Imma l-eks-Segretarju Parlamentari mhux biss ma riedx jammetti r-responsabbiltà ta’ għemilu (għaliex kien hu li ffirma l-ftehim), imma wasal biex ikkritika lill-istess Awditur Ġenerali! Stqarr li kien hemm sabutaġġ politiku fil-konfront tiegħu!

Kriżi ta’ governanza tajba


Din hi kritika ta’ attitudni ta’ kif wieħed jagħmel il-politika. Din hi kritika fuq il-governanza ta’ pajjiżna. Nemmen li l-Gvern Laburista għandu problema serja ta’ governanza onesta u serja. Laburisti ġenwini qegħdin huma wkoll jagħmlu din l-osservazzjoni. L-istess Prim Ministru, li fir-realtà huwa -lMinistru tal-Artijiet, ipprova jilgħab gallarija u qisu ma kien qed jiġri xejn. Wara xhur ta’ stennija, iddikjara li se ‘jidħol bir-ras’ biex isolvi l-kwistjoni tal-governanza ħażina. Għal sensiela sħiħa ta’ akkużi ta’ korruzzjoni, il-Gvern ġab diversi skużi biex forsi jsalva wiċċu. Ma’ kull jum qegħdin jinkixfu stejjer ta’ korruzzjoni, gula minn nies tal-qalba, qerq u ingann. U dan kollu wara sentejn u nofs ta’ tmexxija biss!

Din l-attitudni qiegħda tagħmel ħsara mhux daqstant lill-kredibbiltà tal-Partit Laburista, imma qiegħda tagħmel ħsara lill-fiduċja li ċ-ċittadini għandhom lejn il-politiċi kollha. Dan hu ta’ periklu għad-demokrazija ta’ pajjiżna.

Aktar uċuħ b’innoċenza falza


Imma d-Deputat Michael Falzon mhux waħdu f’din l-attitudni ta’ innoċenza falza. Kellna lill-eks-Ministru Mallia li stqarr li ma kellux x’jaqsam fil-cover up tal-isparatura tassewwieq tiegħu. Kellna lill-Ministru Helena Dalli li quddiem l-irregolaritajiet fil-bini ta’ post li hi s-sidt tiegħu wkoll, tistqarr li ma kinitx taf.

Għandna lis-Segretarju Parlamentari Ian Borg li b’wiċċ innoċenti jsostni li r-rapport tal-Ombudsman, li permezz tiegħu sab li l-uża ‘mezzi ta’ ingann’ biex jinħariġlu l-permess, ma kienx imdaħħal fil-kwistjoni tal-applikazzjoni! Ħadd mill-Gvern mhu qiegħed iħossu responsabbli ta’ xejn. Ilkoll innoċenti! ‘Mhux jien mamà’.

Meta l-Gvern jinqabad…


U bħal tifel żgħir li meta jinqabad jagħmel xi ħaġa ħażina jipprova jwaħħal f’ħaddieħor ħalli l-attenzjoni tmur fuq ħaddieħor. Hekk jagħmel il-Gvern meta jinqabad. Il-Gvern Laburista jemmen li meta wieħed isemmi l-passat, allura jista’ forsi jnessi l-preżent. Nesa l-Gvern Laburista li tela’ bil-wegħda solenni li se jagħmel politika ġdida?

Nistqarr li l-Prim Ministru, quddiem dawn l-iskandli, ingann u tgħawwiġ tal-verità, kellu l-isbaħ ċans biex jieħu pożizzjoni ċara u forsi jerġa’ jirbaħ ftit mill-kredibbiltà li l-Gvern immexxi minnu qiegħed jitlef. Il-Prim Ministru, minflok kien sod ma’ dawk involuti, spiċċa biex mar jgħannaqhom u faħħarhom għall-irġulija tagħhom!

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar toħroġ ċara d-differenza fl-irġulija u l-onestà bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil. Sintendi, għal min irid jara!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 31 ta' Jannar, 2016)

BACK
bottom of page