top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
A betrayal of Labour’s values

A betrayal of Labour’s values

The government’s budget measures covering TCNs raise fundamental questions about equality, fairness and social justice, writes Albert Buttigieg. Are foreign workers good enough to sustain Malta’s economy but not good enough to enjoy the same public services?

01/11/26

Diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema barranin

Diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema barranin

Il-proposta tal-Gvern Laburista li l-ħaddiema minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea jibdew iħallsu għat-trasport pubbliku, filwaqt li ċ-ċittadini Maltin jibqgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, tqajjem mistoqsijiet fundamentali. Anki ċ-childcares saru b’xejn għal-Maltin biss.

30/10/26

Francis as a mentor?

Francis as a mentor?

As October ends, I find myself reflecting on St Francis of Assisi and the 800th anniversary of his death.

25/10/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi

Jun 21
1 min read

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti, ġentilment ngħaraf li b’dan ir-riżultat ser ikun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi.


Albert Buttigieg


F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot, għalliem, manager, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu.


Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun vuċi tal-ġid komuni u tar-residenti. Ninsab kburi li matul dan iż-żmien dejjem bqajt konsistenti mal-valuri tiegħi, anke meta ma kientx faċli jew taħt pressjoni biex ma nagħmilx dan. Dan ifisser li ħiereġ mill-kamp politiku kif dħalt, b’subajja dritt!


Filwaqt li qiegħed nagħlaq dan il-kaptilu politiku, xorta ser inkompli nkun ċittadin attiv u ser nibqa’ insemmi leħni b’mod assertiv fuq temi li nemmen bis-sħiħ fihom: l-ambjent, fit-tifsira wiesgħa, l-ġustizzja soċjali, u l-inklusjoni.


Nirringrazzja lil PN għal opportunitajiet li tagħni biex inservi lil komunità, b’mod partikolari nsellem lil Simon Busuttil li emmen fija u numru ta’ kollegi oħra li magħhom ħdimt.


Grazzi lil dawk li kienu ta’ sostenn, b’mod partikolari l-familja tiegħi.


Bil-Malti ngħidu li, ‘il-Mulej jagħlaq bieb u jiftaħ ieħor’.


Il-ħajja tkompli… u kif!

 
 
BACK
bottom of page