top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Paceville mania

  • manuelschembri
  • Nov 22, 2015
  • 3 min read

Updated: Jun 30, 2021

Meta l-Prim Ministru stqarr li huwa kien mgħaddab għal dak li ġara u li se jintroduċi liġijiet aktar ibsin, ħassejt li kien qed jerġa' jipprova jgħaddina minn għajn il-labra!


Paceville ħa l-isem minn villa li kienet iġġib dan l-isem. Sa 50 sena ilu, Paceville kien meqjus bħala post tal-villeġġjatura. Post għall-kwiet u l-ħemda! Illum, Paceville huwa l-mekka tad-divertiment. Ċentru ta’ stabbilimenti tad-divertiment ta’ kull għamla. Ma hemmx rokna waħda vojta. Kull rokna saret tiswa mitqlu deheb. Diversi djar twaqqgħu biex minflokom jinbnew appartamenti u lukandi. Euf ta’ żgħażagħ Maltin u barranin jispiċċaw joħonqu t-toroq ta’ Paceville.

Għalkemm għal diversi żgħażagħ, Paceville jfisser lejl ta’ divertiment sabiħ mal-ħbieb, għal oħrajn Paceville jfisser divertiment mingħajr kontroll, avventuri sesswali mingħajr responsabbiltà, alkoħol u sokor bla rażan, vandaliżmu, drogi u mġiba mingħajr mistħija. Min jaħdem jew ħadem maż-żgħażagħ jaf li ż-żgħażagħ minn et. bikrija jibdew joħolmu li jibdew imorru hemm. Donnu Paceville għandu seħer fuqhom. Min-naħa l-oħra, għall-ġenituri, Paceville jfisser uġigħ ta’ ras, preokkupazzjoni ta’ kull tmiem il-ġimgħa u nuqqas ta’ rqad sakemm it-tfal tagħhom jinġabru fi djarhom qawwijin u sħaħ.

L-inċident li seħħ il-ġimgħa l-oħra, meta diversi żgħażagħ, fosthom uħud taħt l-età, weġġgħu f’wieħed mill-istabbilimenti prinċipali, huwa inċident fost sensiela ta’ inċidenti u stejjer koroh li joħorġu minn Paceville. Huwa inċident li jkompli jsaħħaħ l-impressjoni li Paceville ma għadux post tal-kwiet imma sar pjuttost post tal-inkwiet! Donnu Paceville sar post ’il fuq mil-liġi. Donnu sar post li jitmexxa bil-liġi tal-ġungla. Kollox jgħodd u jgħaddi. Donnu sar post fejn l-uniku valur hu l-flus. Donnu sar post għal attivitajiet illegali, immexxi minn gruppi ta’ kriminalità organizzata. Donnu sar red district ta’ Malta.

Nistqarr li dan ma sarx f’ħakka t’għajn. Paceville ilu snin jintelaq lura bil-mod il-mod. Paceville ilu snin jiġi traskurat mill-Gvern ċentrali. Dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u fl-oqsma soċjali ilhom diversi snin jiġbdu l-attenzjoni li f’Paceville l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb. Ikoll nafu li jkun hemm konsum ta’ xorb alkoħoliku esaġerat minn żgħażagħ taħt l-età u li l-ebda azzjoni ma ttieħdet. Għal diversi snin ilna nafu li donnu hemm ċerta familjarità żejda bejn is-sidien u min suppost iżomm l-ordni. Għal diversi snin ilna nafu li ċerti sidien ta’ stabbilimenti għandhom bħal ‘poter’ f’Paceville. Ilkoll nafu li f’diversi stabbilimenti u klabbs ikun hemm ‘it-tfal’, meta dan huwa kontra l-liġi u l-permessi tal-liċenzja li s-sidien għandhom. Ilkoll nafu li lpreżenza tad-droga hija realtà.

Inħoss li kif żviluppaw l-affarijiet matul is-snin, mit-taġen spiċċajna ġon-nar. Min kellu ċerta ‘arja’, kilba u arroganza, kompla jżidha. Meta l-Prim Ministru stqarr li huwa kien mgħaddab għal dak li ġara u li se jintroduċi liġijiet aktar ibsin, ħassejt li kien qed jerġa’ jipprova jgħaddina minn għajn il-labra! Ikun ferm aħjar li minflok jintroduċi aktar liġijiet ġodda, jara li jkun hemm infurzar serju fuq il-liġijiet li diġà jeżistu ma’ kull sid ta’ post ta’ divertiment! Meta l-Prim Ministru jipprova jingħoġob u jgħid li se jkun iebes ma’ dawn is-sidien, ikun biss qiegħed jgħaddina biż-żmien. Jekk verament jemmen dak li qal, allura jwettqu. Kliem sabiħ mhuwiex biżżejjed!

Pereżempju: kemm hemm infurzar serju biex ma jkunx hemmx persuni taħt l-età f’dawn l-istabbilimenti? Kemm ġew imħarrka persuni taħt l-età li jkunu taħt l-effett tal-alkoħol? Kemm ikun hemm infurzar tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-bibien tal-emerġenza? Il-bouncers għandhom taħriġ biex jikkontrollaw il-folla? Kemm hemm infurzar biex kull post ta’ divertiment ma jkollux aktar nies milli jista’ jkollu? Kemm ġew immultati sidien meta ma josservawx il-liġijiet stabbiliti? Għaliex il-Kunsill Lokali ma għandux ikollu s-saħħa legali biex jara li dawn ir-regolamenti kollha jkunu mħarsa? Kif inhi s-sitwazzjoni, il-Kunsilli Lokali lanqas għandhom saħħa fuq tant imwejjed u s-siġġiet li jinsabu f’postijiet pubbliċi li ma jħallux spazju għar-residenti. Kemm qegħdin jingħataw fondi l-Kunsilli Lokali ta’ San Ġiljan u tas-Swieqi biex iwettqu miżuri ta’ sigurt. għal residenti li jgħixu madwar dawn il-postijiet ta’ divertiment? Min-naħa l-oħra, il-Pulizija reġgħet tat l-impressjoni li hija tuża l-forza mad-dgħajjef biex imbagħad hija stess tkun dgħajfa ma’ min huwa b’saħħtu. Dan huwa l-messaġġ li ħareġ meta l- Pulizija arrestat żewġ persuni li allegament bdew xi ġlieda imma naqset milli tarresta lis-sid tal-istabbiliment. Huwa s-sid li għandu r-responsabbiltà legali li ma jkunx hemm żgħażagħ taħt l-età fl-istabbiliment tiegħu.

Dan l-aħħar inċident ikompli juri l-bżonn urġenti għal aktar preżenza proattiva tal-pulizija fit-toroq u fl-inħawi ta’ Paceville. Hemm il-ħtieġa li jinfetħu klinika, għassa tal-Pulizija u latrina pubblika. Hemm bżonn li jkun hemm riinfurzar tal-liġijiet tassaħħa u s-sigurtà, u miżuri oħra li jagħtu aktar serħan il-moħħ lil kulħadd, fosthom lill-ġenituri li jkollhom lil uliedhom f’Paceville.

Filwaqt li nawgura fejqan ta’ malajr lil dawk iż-żgħażagħ li ndarbu f’dan l-aħħar inċident, nittama li flimkien ma’ oħrajn jifhmu li fil-ħajja għal kull azzjoni hemm konsegwenza x’tinġarr.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 22 ta' Novembru, 2015)

BACK
bottom of page