top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Rikonċiljazzjoni

  • manuelschembri
  • Dec 3, 2017
  • 3 min read

Fir-rikonċiljazzjoni hemm l-għaqda u fl-għaqda hemm is-saħħa… u fis-saħħa hemm ir-rebħa!


ree

Il-kelma ‘rikonċiljazzjoni’ mhix kelma ġdida fil-vokabularju tal-Partit Nazzjonalista. Fis-snin 80 ħadem qatigħ biex ikun il-partit tar-rikonċiljazzjoni. Nistqarr b’qalb imtaqqla li din is-sejħa għal rikonċiljazzjoni hija meħtieġa issa fil-PN. Lil hinn minn kull diskors ta’ rettorika, preżentement il-Partit għaddej minn esperjenza ta’ firda. Għaldaqstant għandna bżonn urġenti li ngħixu mumenti ta’ rikonċiljazzjoni.

Rikonċiljazzjoni ma tfissirx li naħa jew oħra tieqaf taħsibha kif taħsibha. Ma tfissirx li wieħed jagħlaq ħalqu biex iżomm il-paċi. Rikonċiljazzjoni lanqas ma tfisser li wieħed jimponi fuq ħaddieħor l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu bl-iskuża biex tinżamm l-għaqda.

Ir-rikonċiljazzjoni vera u sinċiera tfisser li:

1. Wieħed jaċċetta li hemm mhux biss firda imma weġgħat u verament jixtieq jagħmel xi ħaġa dwar dawn il-weġgħat. Fejn hemm rieda tajba, hemm soluzzjoni.

2. Wieħed jaċċetta li ma għandux raġun jew tort f’kollox. Kull naħa għandha ftit raġun u ftit tort. Għaldaqstant, wieħed jagħmel tajjeb li jisma’ l-istorja ta’ ħaddieħor u jaċċetta li seta’ kien il-kawża ta’ dawn il-weġgħat. Is-suppervja politika, bħal kull suppervja oħra, qatt ma wasslet imkien.

3. Ma għandniex nibżgħu mill-kritika ġenwina. Hija l-kritika ġenwina li tista’ tgħinna nħossu l-polz tas-sitwazzjoni. Ikun żball kbir li kull kritika nifhmuha bħala attakk personali jew azzjoni ta’ tradiment. Wieħed għandu jikkummenta fuq il-messaġġ u mhux jinfexx f’dagħdigħa fil-messaġġier!

Għaldaqstant ikun żball li persuni validi li lesti joffru kritika ġenwina jitwarrbu sempliċement għaliex ħaddieħor iħossu mhedded! Jekk iseħħ dan allura t-tmexxija tkun imdawra minn nies li jgħidu ‘iva’ għal kollox.

4. Ir-rikonċiljazzjoni tfisser li weħed jaċċetta li biex nimxu ’l quddiem għandna bżonn lil xulxin. Għaldaqstant għandu jkun hemm tfixxija għal dak li huwa komuni u hemm qbil fuqu. Nistqarr li fil-Partit hemm aktar ħwejjeġ li naqblu dwarhom milli li ma naqblux.

5. Wieħed għandu jitbiegħed minn dawk li huma aġenti ta’ firda u jħaddan dawk li huma strumenti ta’ għaqda. Sfortunatament, ċerti persuni qegħdin jużaw il-mezzi soċjali jew strutturi tal-Partit biex ikomplu jġibu l-firda.

6. Biex proprju ma jiġrix dan, hemm bżonn li jkun hemm struttura interna fejn persuni li huma mweġġgħin ikollhom post fejn huma jistgħu jesprimu lilhom infushom. Dan huwa meħtieġ u wieħed irid jevita li dawn il-weġgħat jinbidlu f’rabja. Jekk il-weġgħat jinbidlu f’rabja, ilkoll nafu fejn ir-rabja tista’ twassal! Fl-aħħar artiklu tiegħi ktibt proprju fuq in-neċessità li l-amministrazzjoni l-ġdida twaqqaf struttura interna.

Nerġa’ nwassal din il-proposta. Persuni li jgawdu l-fiduċja ta’ ħafna, bħalma huma Louis Galea, Tonio Borg, Joe Borg u oħrajn, għandhom jiġu mistiedna jiġbru lil dawk imweġġgħin madwar mejda u jisimgħuhom! Waħda mir-raġunijiet tat-telfa fl-elezzjoni tal-2013 kienet proprju li ma smajniex biżżejjed lin-nies. Donnu din il-problema għadha fostna! Ejjew nisimgħu issa lil dawk ta’ ġewwa nett fil-Partit. Ċert li hemm deputati, kandidati, kunsilliera, tesserati u oħrajn li għandhom bżonn ikunu mismugħa!

7. Fl-aħħar nett biex isseħħ ir-rikonċiljazzjoni wieħed għandu bżonn jaħfer, jaċċetta li jagħmel kompromess u joffri l-id ta’ ħbiberija. Meta wieħed jagħmel dan, mhux qiegħed iwassal sinjal ta’ dgħufija imma għall-kuntrarju, qiegħed iwassal messaġġ ta’ kuraġġ u maturità. L-amministrazzjoni l-ġdida għandha tagħmel kompromess fil-ħidma tagħha billi tinkludi lil kulħadd u toffri spazji u opportunità lil kulħadd. Ħadd ma għandu jħossu barrani jew eżiljat!

Jekk mhux se ngħixu din l-esperjenza ta’ rikonċiljazzjoni, se ndumu ma nkunu fdati bit-tmexxija ta’ pajjiżna! Fil-firda ma hemmx qligħ! Min-naħa l-oħra, fir-rikonċiljazzjoni hemm l-għaqda u fl-għaqda hemm is-saħħa… u fis-saħħa hemm ir-rebħa!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 3 ta' Diċembru, 2017)

BACK
bottom of page